Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Opinjoni 19 Ħ idmieti fit- tfittxija għal soluzzjoni għall-pjaga soċjali li qed tirrenja fis-suq tal-kera f 'pajjiżna mhix se tkun qiegħda tnaqqas mir-ritmu tagħha! Soluzzjoni tista' tinstab u se tkun qiegħda tinstab. Iż- żieda fil-prezzijiet tal-kera kważi bid-doppju qed iwassal għal abbużi u faqar ġdid fost dawk l-aktar batuti. Li persuna tikri post mingħajr ma tiġi pprovduta kuntratt qiegħda toħloq sitwazzjoni fejn is-sid jista' jkeċċi lill- inkwilin meta jrid u kif ukoll l-istess inkwilin lanqas jista' japplika għas-sussidju tal-kera, sussidju tal-kera li ġie rduppjat għal dawk li jikkwalifikaw għalih minn €83 għal massimu ta' €166 fix-xahar. Din il-miżura għamilnieha għax bħala Gvern b'qalb soċjali ridna ngħinu lil min hu fil-bżonn. Iva nemmen li soluzzjoni tista' tinstab! Bħalissa qed niltaqa' ma' numru ta' persuni li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur, biex naqsmu ideat bejnietna, fejn dawn l-ideat se nkun qed inressaqhom għal aktar diskussjonijiet fi ħdan il-Grupp Parlamentari Laburista. Ma' kull min qed niltaqa', qegħdin naqblu fuq prinċipju primarju. Li diversi abbużi qegħdin isiru fil-kirjiet tal-proprjetà. It-tieni punt ta' qbil huwa li hemm bżonn li jitressqu diversi proposti u jiena se nkun qed nagħmel ċert li dan isir. Jiena ġej minn familja ta' ħaddiema b'filosofija ta' ħidma, fejn immaturajt inħoss il-polz ta' dawk l-aktar batuti. Matul il-ħidma elettorali tiegħi fuq is-sitt u s-seba' distrett, qed niltaqa' ma' ħafna każijiet kuljum relatati mal-problema tal-kirjiet u ma' tal-akkomodazzjoni soċjali, fejn bħalissa hemm aktar minn 3,000 persuna jistennew akkomodazzjoni. Barra mis-sussidji tal-kera, mit-twessigħ tat-test tal-mezzi fejn familja bi €23,300 il-bank issa xorta tista' tikkwalifika għas-sussidji, it-taxxa fuq il-kirjiet niżżilnieha minn 35% għal 15% u ħabbarna l-Proġett Pilota fuq riduzzjoni fit-taxxa għal 5% fuq kirjiet ta' seba' snin u fuqhom, xorta waħda jeżistu abbużi kbar fil-kirjiet, fejn hemm bżonn ta' regolarizzazzjoni stretta! Il-Gvern jirrikonoxxi s-suq tal-proprjetà u jirrikonoxxi wkoll l-aspett soċjali f 'dan is- suq, fejn jemmen li l-kontroll fuq il-prezz tal-kirjiet mhix is-soluzzjoni. Proposti li jiena qed inressaq u li nemmen li jistgħu jindirizzaw parti mill-problema huma li jiġu imposti multi ħorox fuq dawk is-sidien li ma jipprovdux kuntratt bil-miktub għal kirjiet ta' aktar minn tliet xhur. Għandu jitwaqqaf ukoll mekkaniżmu li jekk persuna turi bil-provi li ilha toqgħod f 'post bil-kera għal aktar minn tliet xhur u s-sid ma tahiex kuntratt, tiskatta l-liġi u awtomatikament jidħol fis- seħħ kuntratt tal-kera, hekk kif ipprovdut fl-istess liġi tal- kera u dan ikun jorbot għal perjodu ta' ħames snin bil- prezz li tkun qiegħda t-talba dak iż-żmien. Jeżisti ftehim inġenerali li ma jistax ikollok kirja indefinita, fejn flimkien qegħdin nikkunsidraw mudelli differenti ta' kirjiet fi Franza, Spanja u l-Italja u kif nistgħu nieħdu ideat minn dawn il-mudelli li jkunu tajbin għal pajjiżna. Nemmen bis-sħiħ li hemm bżonn li jsiru kuntratti residenzjali bil-miktub li jkopru d-drittijet tal-bniedem. Qegħdin niddiskutu wkoll il-bżonn ta' liġi li tirregola li kuntratt bil-miktub ikollu durata minima obbligatorja għas-sid, fejn eżempju sid ma jkunx jista' jiżgombra l-post qabel ma jgħaddu erba' snin, fejn l-inkwilin jitlaq meta jrid, imma mhux qabel ma jgħaddu sitt xhur. Għandha tiddaħħal ukoll klawżola fil-kuntratt tal-kera bl-obbligu tan-'notice', fejn jekk l-inkwilin ikun irid jitlaq, javża lil min jikri ammont ta' xhur qabel. B'hekk ikun imħares kemm id-dritt tal-inkwilin u kif ukoll dak tal-kerrej. Fuq in-naħa l-oħra, ma naqbilx assolutament mal- proposta mressqa mill- Alternattiva Demokratika fejn skont din il-proposta, il-problema hija minħabba proprjetà li tinsab vojta. F'dawn l-aħħar jiem inġibditli l-attenzjoni għal statistika maħruġa miċ- ċensiment tal-2011, fejn skont dan iċ-ċensiment jeżistu madwar 72,000 proprjetà vojta madwar Malta u Għawdex (32% tal-proprjetà kollha). L-interpretazzjoni li dawn it-72,000 proprjetà vojta kienu lesti biex jinkrew ma kienx il-każ. Għaliex? Għax minn dak l-ammont trid tnaqqas kważi in-nofs li jikkonsistu f 'postijiet mikrijin għal skopijiet ta' villeġjatura (użu sekondarju), trid tneħħi dawk vakanti kompletament (shell form), dawk li jinsabu fi stat ħażin ta' manutenzjoni u dawk bl-ikbar ċans li jkunu abitabbli minn familji Maltin (terraced houses/town houses). Minn dawk it-72,000 proprjetà, bejn wieħed u ieħor jibqagħlek bejn 12,000 u 15,000 proprjetà fi stat tajjeb għall-kera. Minn dawk ukoll trid tnaqqas il-proprjetà miżmuma mhux bil-ħsieb li tinkera. Jekk saħansitra taqbad dan l-ammont u tkejlu vis à vis ż-żieda fl-immigranti li jaslu pajjiżna tinduna kemm hawn nuqqas kbir fil- provvista tal-kiri. Nixtieq nieħu spunt ukoll mill-proġett ta' bini ta' postijiet ta' akkomodazzjoni soċjali mill-Gvern b'investiment ta' €50 miljun. Dan se jkun qed ifisser żieda fl-akkomodazzjoni soċjali fuq perjodu ta' tliet snin. Proposta oħra li tista' tindirizza parti minn din il-pjaga soċjali hija dik fejn tingħata għajnuna lil persuni fil-ħlas tad-depositi tat-10% waqt ix-xiri ta' proprjetà li ma jaqbiżx ċertu ammont. Din tista' ssir wara li jsir ittestjar tal-mezzi adegwat u skemi soċjali fejn bihom jingħataw anke għajnuniet fuq depożiti tal-kera bil-quddiem lil dawk tassew fil-bżonn. Pass pass se nkunu qegħdin nilħqu ftehim bejn il-partijiet kollha involuti f 'din il-ħidma sfiqa biex tinstab soluzzjoni għall-ġid ta' kulħadd, fejn personalment se nkun qed nassigura l-ħeġġa tal-Gvern li jintervjeni fejn ifalli s-suq. U nassigurakom li l-Gvern se jkun qed jagħmel dan! Silvio Schembri huwa Deputat Parlamentari tal-Partit Laburista Lejn suq tal-kera aktar ġust "Għandhom jiġu imposti multi ħorox fuq dawk is-sidien li ma jipprovdux kuntratt bil- miktub għal kirjiet ta' aktar minn tliet xhur" "Għandha tiddaħħal ukoll klawżola fil- kuntratt tal-kera bl-obbligu tan- 'notice', fejn jekk l-inkwilin ikun irid jitlaq, javża lil min jikri ammont ta' xhur qabel" SILVIO SCHEMBRI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017