Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Sports 33 tat-trasferimenti internazzjonali... MATTEO DARMIAN - Fl-aħħar jiem, Matteo Darmian deher idur mat-toroq ta' Milan fl-Italja ifittex dar hekk kif qed ifittex li jingħaqad ma' Inter mingħand Manchester United sa mill-jiem li ġejjin. Dan id-difensur Taljan jidher frustrat għall-fatt li bħal ċerti plejers oħra mhux qed jiġi utilizzat b'mod regolari minn José Mourinho u jidher li jinsab ħerqan li jirritorna jilgħab l-Italja. Intant, interessati fl-akkwist ta' Darmian hemm ukoll Napoli, Juventus u Roma. MARCO REUS - Arsenal reġgħu qed juru interess fl-attakkant ta' Borussia Dortmund, Marco Reus. Jidher li Arsene Wenger se jkun qed jitlob lid-diriġenti tal-Gunners biex jagħmlu offerta uffiċjali għal dan il-plejer jekk Alexis Sanchez jiddeċiedi li jħalli lill-klabb minn Londra, liema trasferiment jidher li se jkun qed jimmatterjalizza ruħu fi tmiem dan l-istaġun. U jekk dan iseħħ, Arsenal jakkwistaw is-somma ta' £50 miljun, u b'hekk Arsenal ikunu jistgħu joffru somma tajba għal Marco Reus biex jimlew il-vojt ta' Alexis Sanchez. ARTURO VIDAL - Jidher li l-midfielder internazzjonali miċ-Ċilì Arturo Vidal diġà qed jitgħallem l-Ingliż hekk kif jidher li huwa jista' jingħaqad ma' Chelsea fl-Ingilterra sa mis-sajf li ġej. Jidher li Antonio Conte għandu fiduċja kbira f 'dan il-plejer hekk kif diġà kkowċjah ma' Juventus fejn kien jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-Bianconeri, partita wara l-oħra. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - Huwa fatt magħruf li Jurgen Klopp jaf sew lil Pierre-Emerick Aubameyang għax kien jikkowċjah ma' Borussia Dortmund. Issa jidher li dan il-kowċ Ġermaniż tefa' ħarstu fuq dan l-attakkant fit-tentattiv li jieħu post Daniel Sturridge. Huwa mifhum li r-Reds se jkunu qed joffru s-somma ta' £70 miljun għal dan l-attakkant internazzjonali mill-Gabon li f 'dawn l-aħħar sentejn sploda fir- rendiment tiegħu u sar magna tal-gowls. Huwa mistenni jieħu post Daniel Sturridge li t-tluq tiegħu minn ma' Liverpool jidher wieħed imminenti. ALVARO MORATA - Jidher li Alvaro Morata xejn mhu kuntent ma' Real Madrid speċjalment għax ftit li xejn qed jiġi utilizzat minn Zinedine Zidane. Fil-fatt, f 'intervista li ta lill-ġurnal Spanjol, huwa qal li jekk dan il-kowċ Franċiż jibqa' jmexxi lill-Galacticos anki wera tmiem dan l-istaġun huwa jkun qed jagħmel minn kollox biex jitlaq lill-Madrileni bix- xewqa numru 1 tiegħu tkun dik li jerġa' lura fl-Italja ma' Juventus. Dan hekk kif huwa stqarr li mal-Bianconeri huwa kien kuntent ħafna u jinsab ċert li dawn ikunu lesti li jilqgħuh lura b'idejhom miftuħa jekk huwa jagħżel li jerġa' lura lejn Turin. RIZA DURMISI - Liverpool tefgħu ħarsithom fuq il-plejer internazzjonali Daniż Riza Durmisi li jilgħab ma' Real Betis fi Spanja. Bħalissa r-Reds għandhom diffikultà f 'dak li għandu x'jaqsam ma' pożizzjoni ta' left-back fid-difiża u Jurgen Klopp iħoss li dan il-plejer ikun qed jimla dan il-vojt b'mod impekkabbli. L-istess plejer għandu klawżola tar-release ta' £17-il miljun iżda r-Reds lesti li jħallsu din is-somma wkoll biex jakkwistawh matul is-sajf li ġej. LIONEL MESSI - Inter qed jippjanaw li jagħmlu offerta sensazzjonali għal Lionel Messi matul is-sajf li ġej, iżda diġà għamlu offerta daqstant ieħor sensazzjonali ta' €110 miljun għall-attakkant ta' Atletico Madrid, Antoine Griezmann, fl-eventwalità li jfallielhom it- tragward ta' Messi. Jidher li t-taħdidiet rigward kuntratt ġdid ta' Messi ma' Barcelona qed jieħdu fit-tul, u bil-futur tiegħu mal-Katalani qed jidher bħala wieħed inċert, is-sidien ta' Inter, Suning Group, qad jippruvaw jagħmlu dan l-akkwist, li jekk jiġi mmaterjalizzat ikun wieħed tabilħaqq sensazzjonali. Intant, interessati fl-akkwist ta' Messi, hemm ukoll Manchester City, Cheslea u PSG.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017