Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Sports 31 Tingħata preżentazzjoni mill-MFA rigward il-ħarsien tat-tfal fil-futbol minn Cristian Antony Muscat WAQT laqgħa tal- Kunsill tal-MFA li saret fil-jiem li għaddew fis-sala li tinsab biswit is-Centenary Stadium f ' Ta' Qali, Andrew Azzopardi Uffiċjal tas-Sigurtà tal-MFA ta preżentazzjoni dettaljata fuq il-ħidma tiegħu bl- għan li jissalvagwardja lil tfal minorenni li huma membri tad-diversi nurseries imxerrdin madwar Malta ħalli jingħataw l-ogħla protezzjoni possibbli. L-għan hu li jkun hawn ambjent pożittiv għat-tfal u persuni vulnerabbli. L-MFA ddiskutiet linji ta' gwida li għandhom iwasslu għall- implimentazzjoni ta' strateġija u regolamenti ġodda dwar il-ħarsien tat- tfal u adulti vulnerabbli fil-futbol. Ir-regolamenti proposti ġew imfassla minn Andrew Azzopardi, Safeguarding Officer tal-MFA, li ħadem fuq preżentazzjoni dettaljata tas-suġġett għall-Membri tal-Kunsill tal-MFA, fil-laqgħa tal-bieraħ. "Li tifel ikun f 'ambjent sigur hu ta' importanza enormi għall-MFA," qal is-Sur Azzopardi fl- introduzzjoni. "L-għan tar-regoli u l-istrateġija hu li nippromwovu ambjent sportiv sigur għat-tfal tagħna." L-istrateġija għall-ħarsien tat-tfal hi bbażata fuq erba' pilastri, b'fuq quddiem: reklutaġġ ta' nies li tista' tafda, strateġija u taħriġ, li tittieħed azzjoni ġusta meta tinħtieġ u li jinħoloq spazju għall-vittmi biex jersqu 'l quddiem. Taħt ir-regolamenti li ġew diskussi matul il-laqgħa tal-lum, il-persuni kollha li għandhom pożizzjoni ta' fiduċja (imħallsin jew volontarji) se jgħaddu minn proċess li l-għan tiegħu hu li jissalvagwardjaw lil kull min hu nvolut fil-futbol. L-MFA hi kommessa li tipprevjeni kull forma ta' abbuż u prattika fqira u f 'din il-linja u r-regolamenti proposti jagħtu saħħa lill-MFA biex tissalvagwardja t-tfal u l-adulti vulnerabbli. "Qed jiġi ssuġġerit li dan il-proċess ikun separat għall-mekkaniżmi tad- dixxipplina stabbilita peress li ż-żewġ proċessi se jitrattaw materji differenti," qal Azzopardi. "Filwaqt li l-proċess tradizzjonali dixxiplinari jistabbilixxi jekk persuna kisritx irregolamenti tal-MFA, l-eżerċizzju tas- safeguarding jħares lejn riskji potenzjali lit-tfal u adulti vulnerabbli." Għal dan il-għan, se jinħoloq bord ġdid tas-safeguarding biex jindirizza il-każijiet li jiġu rrapurtati lill- uffiċjal tas-safeguarding. Qed ikun propost li il- membri kollha tal-Bord ikollhom l-esperjenza fil- protezzjoni tat-tfal. Skont ir-regolamenti proposti, dan il-bord ikollu l-awtorità joħroġ ordnijiet kemm fuq bażi proviżorja u anke permanenti. Kull sanzjoni tista' tiġi appellata permezz ta' proċess stabbilit. L-MFA se tkompli taħdem mill- viċin mal-Pulizija u l-aġenziji ta' appoġġ għat- tfal biex dejjem tipproteġi lill-minuri u adulti vulnerabbli. Il-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo beda biex qal li din il-laqgħa kienet l-aħħar waħda li fiha l-media setgħet tattendi waqt li din kienet l-aħħar laqgħa wkoll li kienet se ssir fis-sala li tinsab biswit is-Centenary Stadium f 'Ta' Qali. Dan hekk kif mil- laqgħa li jmiss, il-Laqgħat tal-Kunsill se jibdew isiru f 'lukanda li tinsab fil- viċinanzi ta' Ta' Qali, waqt li wara ssir konferenza stampa fejn jingħataw dettalji lill-membri tal- media fir-rigward ta' dak li jkun intqal fl-istess laqgħa tal-Kunsill. Angelo Chetcuti saħaq li l-MFA kienet tefgħet tliet nominazzjonijiet għall- unuri annwali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li huma Silvio Vella - kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena li ġab rekord ta' 11-il punt fil-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewroopej, l-istess tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena għall-unur ta' Tim tas-Sena u l-eks referi Esther Azzopardi li fil-jiem li għaddew ħabbret li kienet irtirat mid-dinja tar-refereeing għall-unur tal-Uffiċjal tas-Sena. Chetcuti qal ukoll li wara diskussjonijiet li kien hemm fil-passat riċenti rigward ir-relazzjoni bejn il-futbol Għawdxi u dak li ntqal li f 'Laqgħa tal-Eżekuttiv tal-MFA kien intlaħaq ftehim biex plejers li jilagħbu fil-Gozo League ikunu jaqgħu taħt l-istess regolamenti tal-MFA f 'dak li għandu x'jaqsam ma' regolamenti ta' trasferimenti, liċenzji u reġistrazzjonijiet. Bażikament it-timijiet Għawdxin se jkunu qed jimxu fuq l-idea li jilagħbu erba' plejers li ma telgħux min-nurseries Għawdxin jew kif jiġu msejħa aħjar non-Gozo trained. Dawn l-emendi fl-istatut tal- MFA għad iridu jiġu approvati b'mod uffiċjali fil-ġimgħat jew ix-xhur li ġejjin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas tkellem il- president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, li qal li wara l-bidla amministrattiva li għamlet l-MFA f 'dawn l-aħħar ġimgħat, issa se jkun hemm sitt pożizzjonijiet ġodda b'uħud minnhom kienu hemmhekk diġà li se jkunu qed jagħmlu l-MFA taħdem b'mod aktar professjonali. Dawn huma Manuel Cassar bħala Direttur tal-Iżvilupp Kummerċjali, Kevin D. Azzopardi bħala d-Direttur tal- Komunikazzjoni, Norman Saliba bħala Direttur tal-Kummerċ u l-Marketing, Robert Gatt bħala Direttur Tekniku, Kevin Azzopardi bħala Direttur tar-Refereeing u Joe Cassar bħala Direttur tad-Dipartiment Inernazzjonali, Avvenimenti u Ospitalità. Darmanin Demajo qal ukoll li l-MFA se tkun qed toħloq Hospitality Lounge fit-tieni livell tal-MFA biex tipprova tattira interess minn persuni li għal xi raġuni jew oħra mhumiex qed jiġu l-grawnd biex isewgu lill-benjamini tagħhom. Fost dawn hemm il-ħsieb ukoll li jinfetaħ restaurant li jkun miftuħ il-ġurnata kollha kif ukoll mużew b'memorabilja tal-MFA. Andrew Azzopardi flimkien ma' Norman Darmanin Demajo Ritratt: Domenic Aquilina / MFA