Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

FI stqarrija maħruġa minn BirdLife Malta, l-organizzazjoni ikkundannat l-aġir tas- Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal- Annimali Roderick Galdes, li sostniet li fir-rwol tiegħu, ma messux kien parti mit-tnedija ta' attività li tippromwovi l-insib tal- għasafar. "Huwa inaċċettabbli li Roderick Galdes fir- rwol tiegħu ta' Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali jagħżel li jkun parti mit-tnedija ta' attività li tippromwovi l-insib tal- għasafar li se ssir illum, 5 ta' Frar. Attivitajiet marbutin mal-insib m'għandhom assolutament l-ebda rabta mad-drittijiet tal-annimali," sostniet BirdLife Malta. BirdLife Malta saħqet li din l-attività tmur kontra l-valuri tal-imħabba lejn in- natura, il-preservazzjoni u l-konservazzjoni, u li jkollok lill-persuna fi ħdan il-Gvern Malti li tirrappreżenta d-drittijiet tal-annimali tniedi din l-attività sempliċiment juri fejn huma l-prijoritajiet tas-Segretarju Parlamentari. Fl-istqarrija tal- BirdLife Malta ġie spjegat li Galdes diġà kien ġie kkritikat f 'Jannar tal-2016 meta organizza attività ma' balzmaturi tal-għasafar bi promozzjoni għall-qtil u l-ibbalzmar tal-għasafar. F'dik l-okkażjoni kien deher maġenb żewġ persuni li kienu nstabu ħatja ta' pussess illegali ta' għasafar protetti, inkluż tajr tal-priża. "Issa, għal darb'oħra," żiedet BirdLife Malta, "tul it- tnedija ta' din l-attività li se ssir illum, Galdes ingħaqad ma' persuna li nstabet ħatja li kienet fil-pussess ta' 20 karkassa ta' tajr protett, l-aktar tajr tal-priża." BirdLife Malta qiegħda tgħid li minflok jitbiegħed minn dawk li ma jirrispettawx l-ambjent u l-liġijiet tal-konservazzjoni, Galdes qiegħed jagħżel li jorganizza l-attivitajiet magħhom. "Dan ipoġġi f 'dubju l-kredibbiltà tiegħu meta jgħid li qed jiġġieled l-illegalitajiet marbutin mal- liġijiet tan-natura," sostniet l-organizzazjoni favur id- drittijiet tal-għasafar. "L-attività ppjanata fil-Buskett tista' tiġi kkunsidrata wkoll bħala waħda illegali għax se ssir f 'riserva naturali li hija sit Natura 2000 fejn mhux permess li persuni jkunu fil-pussess ta' għasafar," qalet BirdLife Malta li qed titlob lill-Awtorità tal- Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tikkjarifika x'inhi l-pożizzjoni tagħha dwar din l-attività. BirdLife Malta qiegħda ssejjaħ ukoll lill-Prim Ministru biex iżomm l-kelma li ta wara r-referendum, li se jkun qed imexxi Gvern b'kuxjenza ambjentali akbar. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-ISTOCKS JINBIEGĦU SIGURTA' LIKWIDITA' IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Triq il-Mall, Floriana, Malta Investiment Sod Ħruġ ta' €130,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €90,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock imsemmi f' (i), (ii) u (iii) hawn fuq, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit l-Erbgħa it-8 ta' Frar, 2017 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). ________ (iii) 2.2% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-EwwelĦruġ) li jimmatura fl-2035, jew Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa It-Teżor iħabbar il-ħruġ ta' €130,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €90,000,000, kif ġej: (i) 1.4% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-TieletĦruġ) li jimmatura fl-2023, u (iv) F'ammonti mit-tliet Stocks imsemmija hawn fuq b'valur nominali flimkien ta' €130,000,000 L-applikazzjonijiet jiftħu t-Tnejn it-13 ta' Frar, 2017 fit-8.30a.m. u jagħlqu fil- ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General: • fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-15 ta' Frar, 2017 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u • f'nofsinhar tat-Tnejn l-20 ta' Frar, 2017 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) mill- Ħamis 9 ta' Frar, 2017. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu fuq fax 2596 7210 jew permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni jew jintefgħu fil-Kaxxa tal- Offerti, t-Teżor – Floriana. (ii) 1.5% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-EwwelĦruġ) li jimmatura fl-2027, u 'Għad-Drittijiet tal-Annimali... jew ta' min m'għandux rispett lejhom' BirdLife Malta tikkundanna l-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal- Annimali f 'attività li tippromwovi l-insib Roderick Galdes waqt tnedija ta' attività li tippromwovi l-insib

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017