Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 14 Post it-teżori, rivolti, gwerer Minn Ruben Anthony Xuereb FTIT 'il fuq mill-port ta' Marsilja, wieħed jista' jsib it-toroq ta' Benghazi fejn saret rivolta mdemmija, li jinsabu wkoll viċin binjiet Rumani...li daqs nofs siegħa bogħod minnhom, hemm il-post fejn qam Ġesù mill-mewt. Jekk forsi tħawwadt b'dan, qegħdin nitkellmu fuq imkien ħlief il-gżira tagħna, li minkejja d-daqs żgħir tagħha, tul is-snin ġiet magħżula biex jinġibdu xeni ta' films popolari li l-produtturi tagħhom għażlu t-toroq, il-bajjiet u l-fortifikazzjonijiet tagħna biex iservu flok it-toroq ta' Ġerusalemm jew Tel Aviv, il-port ta' Marsilja, il-post fejn issallab Ġesù, kif ukoll saħansitra nbena l-Kolossew Ruman. L-ILLUM se tagħti ħarsa lejn ftit mill- films il-kbar li nħadmu Malta u li użaw pajjiżna minflok il-postijiet oriġinali fejn suppost kienet qed isseħħ l-istorja tal-film. Tul is-snin, f 'Malta nħadmu ħafna films, li anke għamlu użu mit-tankijiet li hemm fil-film studios tar-Rinella. Kieku jkollna nsemmu l-films kollha li nħadmu Malta, mhux feature fuq il- gazzetta nagħmlu, iżda jkollna materjal għal ktieb sħiħ. Għaldaqstant, illimitajna ruħna għal selezzjoni ta' wħud mill- films li dehrilna li kisbu popolarità kbira u li fihom, udjenzi minn madwar id-dinja kienu qegħdin jaraw it-toroq u l-pajsaġġi Maltin bl-impressjoni li qegħdin Ruma, Ġerusalemm, Spanja jew it-Turkija...fost il-ħafna postijiet oħra li flokhom intużat Malta. Midnight Express Tajjeb li nibdew b'film li jista' jisejjaħ 'klassiku' llum u li ta spinta 'l quddiem sew lil Malta bħala lokazzjoni għall- films. Qed nirreferu għall-film tal-1978 dirett minn Oliver Stone, 'Midnight Express'. Għal dan il-film, Malta ntużat biex tirrapreżenta t-Turkija, fi storja fejn ġuvni Amerikan ġie arrestat fl-Ajruport ta' Istanbul fuq pussess ta' droga. Il- famuża xena tal-ajruport li fiha anke ħa sehem l-attur Malti Joe Cordina inġibdet fl-ajruport nazzjonali f 'Ħal Luqa. Apparti xeni f 'dar il-Mediterran u f 'toroq fil-Belt, l-aktar xeni li ma jintesewx minn 'Midnight Express' huma dawk li seħħew fil-ħabs, li għalih intużat il-parti t'isfel tal-forti Sant Iermu. Ħlief għalina l-Maltin li nafu li l-film inġibed Malta u fehmna lil Joe Cordina jitkellem bil-Malti minflok bil-lingwa Torka, għall-bqija tad-dinja, 'Midnight Express' huwa film ibbażat fuq storja vera li saret it-Turkija, u li għall-kull fini, nġibed ukoll fit-Turkija stess. Gladiator Fl-1999 id-Direttur Ridley Scott għażel lil Malta biex tintuża għall-partijiet mill- film epiku tiegħu 'Gladiator'. B'differenza minn films oħra li fihom wieħed seta' jara t-toroq tal-Belt u xi veduta tal-bajja t'Għajn Tuffieħa, ir-rwol ta' Malta għal 'Gladiator' kien biex tinbena replika tal- Kolossew ta' Ruma, fejn fih il-gladjatur Maximus, interpretat minn Russell Crowe, ikollu wħud mill-isbaħ xeni ta' ġlied tal-film. Is-sett ta' 'Gladiator' inbena kollu fil-fortizza tar-Ricasoli. Gladiator u s-suċċess mondjali tiegħu għenu biex jaffermaw lil Malta bħala lokazzjoni għall-films, tant li l-industrija tal-films f 'Malta ħadet spinta kbira minn wara 'Gladiator'. Dan il-film jibqa'wkoll sinonimu ma' Malta bħala l-aħħar film tal-attur veteran Ingliż Oliver Reed, li miet f 'bar fil-Belt Valletta tul il-ġbid tal-film. Troy Minn 'Gladiator' tajjeb li naqbżu għal film epiku ieħor li uża diversi postijiet f 'Malta li servew flok il-Greċja antika u l-Belt ta' Troy. Fl-2003, ir-ramla ta' Għajn Tuffieħa serviet flok ix-xatt ta' Troy, li fuqu niżlu eluf ta' vapuri Griegi biex jattakkaw il-Belt maestuża ta' Troy. Bi Brad Pitt fil-parti ta' Achilles u Eric Bana f 'dik ta' Hector, il-film 'Troy' uża wkoll il-forti Ricasoli biex fih jinġibdu xeni jirrapreżentaw l-intern tal-Belt ta' Troy. Il-famuż żiemel ta' Troy, għoli 38 pied inġieb Malta maqsum f 'diversi biċċiet minn Shepperton Studios, fir-Renju Unit u ġie magħqud minn ħaddiema Maltin biex jintuża f 'xeni miġbuda fil-fortizza Ricasoli. Postijiet oħra li ntużaw għal 'Troy' kienu l-Blue Lagoon ta' Kemmuna, għal xena fil- bidu tal-film, fejn Achilles jitkellem ma' ommu kif ukoll xi postijiet f 'Ħal Far u l-Mellieħa fejn fihom inbnew settijiet oħra li kienu jirrappreżentaw djar u tempji fil-Grecja. Tajjeb li wieħed jinnota li tlieta mill-atturi prinċipali ta' dan il-film, Brad Pitt, Eric Bana u Sean Bean ġew lura Malta jiġbdu films oħra xi snin wara. Brad Pitt ġie Malta darbtejn oħra għal 'WWZ' u 'By the Sea', Eric Bana għal 'Munich' u Sean Bean għal 'Game of Thrones'. The Count of Monte Cristo Wieħed fost l-aktar films li nġibdu Malta li għamel użu estensiv tal-postijiet li joffri pajjiżna kien, 'The Count of Monte Cristo' il-film li nġibed f 'pajjiżna fl-2002 taħt id-direzzjoni ta' Kevin Reynolds. Fl-istil ta' Reynolds, huwa jħobb juża aktar minn lokazzjoni waħda għall-istess xena, li jaqtgħu minn waħda għall-oħra u jagħtu l-impressoni li kollox qed isir f 'post wieħed. U l-fatt li l-post mhux l-istess wieħed indunajna bih biss aħna l-Maltin li rajna karozzin joħroġ mill-bieb tal-Imdina u minnufih jaqsam minn fuq il-pont li jagħti għal Sant Anġlu. Fil bidu ta' 'The Count of Monte Cristo', wieħed jista' jammira xena mill-isbaħ tal-Port il-Kbir fil-Belt Valletta, u minnufih jaqra t-titlu 'Port ta' Marsilja'. Dan huwa parti mill-maġija tad-dinja tal-films, li l-użu ta' numru ta' lokazzjonijiet varji, anke mili 'l bogħod mill-post proprja fejn suppost qegħdin, xorta jieħdu l-udjenza fil- post intenzjonat mill-iskript. Fil-film, wieħed jista' jara l-waterfront tal-Birgu li qabel ma ngħata d-dehra moderna li nafuh biha llum, kien perfett biex iservi bħala l-port ta' Marsilja, fejn il-karattru prinċipali, Edmond Dantes interpretat minn Jim Caviezel kien jaħdem. Fl- istorja, Dantes jiġi arrestat u mibgħut fil-ħabs ta' Chateau d'If, li filwaqt li għall-intern tiegħu intuża post barra minn Malta, l-estern ta' dan il-ħabs kien it-Torri ta' Kemmuna. Il-bajjiet tal-Blue Lagoon u Crystal Lagoon f 'Kemmuna ntużaw ukoll bħala l-gżira ta' Monte Cristo, li fuqha Dantes sab it-teżor. Fost postijiet oħra li dehru b'mod prominenti f 'dan il-film, l-udjenza Maltija setgħet tagħraf il-pjazza tal-Katidral tal-Imdina The Count of Monte Cristo Midnight Express

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017