Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
illum Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Sports 30 CHELSEA kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu l-isfida ta' Arsenal bl-iskor ta' 3-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Marcos Alonso, Eden Hazard u Cesc Fabregas. Min-naħa l-oħra, l-uniku gowl għall-Gunners wasal minn Olivier Giroud mad- 90 minuta. Liverpool barra minn darhom sfaw sorpriżi minn Hull City meta ġew megħluba mit-Tigers bl- iskor ta' 2-0 bil-gowls għar- rebbieħa jaslu minn Alfred N'Diaye u Baye Oumar Niasse. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu l-isfida ta' AFC Bournemouth bl-iskor kbir ta' 6-3, b'erba' mis-sitt gowls għat-Toffess jaslu minn Romelu Lukaku, waqt li ż-żewġ gowls l-oħra għalihom waslu minn James McCarthy u Ross Barley. Min-naħa l-oħra, it-tliet gowls għal AFC Bournemouth waslu minn Harry Arter u minn doppjetta ta' Joshua King. Sunderland barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Crystal Palace bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Lamine Kone, Ibrahim Didier Ndong u doppjetta ta' Jermain Defoe. West Ham United irritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Andy Carroll, Pedro Mba Obiang u Mark Noble. Min-naħa l-oħra, kien Manolo Gabbiadini li fetaħ l-iskor għal Southampton fit- 12-il minuta. Watford ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Troy Deeney u Mbaye Niang, waqt li l-gowl uniku għal Burnley wasal minn penalti ta' Ashley Barnes fit-78 minuta. Tajjeb ngħidu li Burnley spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Jeff Hendrich permezz ta' karta ħamra diretta wara biss sitt minuti logħob. West Bromwich Albion ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Stoke City, bil-gowl uniku għalihom jasal minn James Morrison wara biss sitt minuti logħob. Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 4 ta' Frar Chelsea vs Arsenal 3-1 Crystal Palace vs Sunderland 0-4 Everton vs AFC Bournemouth 6-3 Hull City vs Liverpool 2-0 Southampton vs West Ham United 1-3 Watford vs Burnley 2-1 WBA vs Stoke City 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 5 ta' Frar Manchester City vs Swansea City Leicester City vs Manchester United Kampjonat Serie A TIM 12:30 AC Milan vs Sampdoria 15:00 Atalanta vs Cagliari 15:00 ChievoVerona vs Udinese 15:00 Empoli vs Torino 15:00 Genoa vs Sassuolo 15:00 Pescara vs Lazio 18:00 Palermo vs Crotone 20:45 Juventus vs Inter Tliet wirjiet qalbiena mhux biżżejjed għat-tim nazzjonali tal-Futsal minn Cristian Antony Muscat TLIET wirjiet qalbiena validi mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej tal-Futsal 2018, ma kinux biżżejjed għat-tim nazzjonali tal-Futsal, hekk kif safa megħlub mill- Ingilterra u mill-Albanija bl-iskor identiku ta' 6-1 waqt li tilef fl-aħħars ekondi kontra l-Albanija bl-iskor ta' 3-2. Malta bdiet b'telfa kontra l-Ingilterra bl-iskor ta' 6-1. Sal-ewwel taqsima, il-Maltin kienu fil-partita għal ħafna ħin u anki meta sabu ruħhom gowl minn taħt skurjat wara żewġ minuti minn Raoni Medina, huma rnexxielhom iġibu l-gowl tad-draw fis-6 min u 20 sekonda minn Andy Mangion. It-tim ta' Peter Pullicino irnexxielu jżomm lill-Ingliżi 'l bogħod mil- lasti tiegħu iżda ċeda għall- pressjoni fit-12-il minuta b'gowl minn Luke Ballinger. Medina reġa' skorja fis- 16-il minuta u Maximilian Kilman skorja r-raba' wieħed fid-19-il minuta biex l-ewwel taqsima ntemmet 4-1 favur it-tim Ingliż. L-Ingliżi fetħu tajjeb fit-tieni taqsima u żiedu ieħor fit-22 minuta minn William Wallace, waqt li Kilman reġa' skorja għall- Ingilterra fl-34 minuta. L-għada, it-tim nazzjonali Malti tilef bl-istess skor kontra l-Bulgarija, biex fl-aħħar konfront, il-Maltin fl-aħjar wirja tagħhom f 'dan il-Grupp kienu sfortunati meta tilfu kontra l-Albanija bl-iskor ta' 3-2 bl-aħħar gowl għall-Albaniżi jasal propju ftit sekondi qabel tmiem il-partita. Wara rebħiet konvinċenti kontra l-Bulgarija (7-1) u l-Ingilterra (5-1), l-Albanija kienu favoriti li jikkonkludu l-impenji b'rebħa oħra komda iżda t-tim Malti qam għall-okkażjoni biex jagħmel l-affarijiet ferm diffiċli għall-avversarji. It-tim Malti, li tilef l-ewwel żewġ logħbiet tal- grupp konta l-Ingilterra u l-Bulgarija, temm l-ewwel taqsima b'vantaġġ ta' 2-1 wara gowls minn Carl Azzopardi (12) and George Frendo (19). Narcis Alibegu kien poġġa lill-Albanija minn fuq wara 10 minuti u Azem Brahimi ġab id-draw kmieni fit- tieni taqsima iżda l-plejers Maltin żammew sod. It-tim immexxi minn Peter Pullicino mar anke viċin li jiskorja t-tielet gowl iżda kienu l-Albanija li kisbu r-rebħa b'gowl ta' Halim Selmanaj fl-aħħar sekondi. "Il-fortuna żgur li ma kinitx fuq in-naħa tagħna," Mark Borg, il-president ta' Futsal Malta li qed mexxa l-kontinġent Malti f 'Varna fil-Bulgarija, qal f 'kummenti li għadda lis-sit elettroniku, www.mfa.com. mt. "L-Albanija, ir-rebbieħa tal-grupp b'punti massimi, batew ferm biex rebħu u kellhom jistennew sal-aħħar 30 sekonda biex żguraw ruħhom mit-tliet punti. "Konna ferm viċin l-ewwel punt internazzjonali tagħna iżda ma kellux ikun." It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal fil-Bulgarija kien kompost minn: Neil Cuschieri (GK); Giancarlo Sammut; Jovica Milijic; Mark Zammit; Andy Mangion; Matthew Xerxen (GK); Carl Azzopardi; Glenn Bonello; Nicola Del Re; George Frendo; Melvin Borg; Xavier Saliba; Dylan Musu; Matthew Attard. It-tim nazzjonali tal-Futsal l-Bulgarija Chelsea jikkonsolidaw posthom l- quċċata b'rebħa fuq Arsenal Il-captain ta' Chelsea, Gary Cahill, jikkongratula lil Eden Hazard wara li dan skorja t-tieni gowl għall-Blues