Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Intervista 12 Nuqqas ta' pjan u struttura... I s-sitwazzjoni preżenti, fejn il-prezzijiet tal-kirjiet privati għolew sa tali punt li ħafna Maltin ma jifilħux iħallsu għall-kera ta' xahar bil-pagi li għandhom, hija riżultat ta' nuqqas ta' pjanar fis-settur tal-'housing' min-naħa tal-Gvern. Dan qalu Kurt Xerri, avukat u riċerkatur fil-qasam tal-'housing', li spjega lill-ILLUM kif bħala parti mill-istrateġija ekonomika tal- pajjiż, il-Gvern investa f 'ċerti swieq partikolari bħall-igaming, u ċerti servizzi finanzjarji, li huma setturi li minħabba xi kwalifiċi jew użu ta' lingwi partikolari, jirrikjedu numru sostanzjali ta' ħaddiema barranin jiġu jaħdmu Malta. Xerri sostna li suppost, il-Gvern, preċedenti u preżenti, kellu jipprevedi li investiment daqshekk kbir f 'dawn is-setturi, se jattira ħafna ħaddiema bir-riżultat li se jkollhom bżonn joqogħdu xi mkien. "U dak li ma ħasibx għalih il-Gvern; x'se jiġri fil-qasam tal-'housing' meta l-popolazzjoni tiżdied daqshekk malajr, u x'effett se jħalli dan fuq il-Maltin." Malta qatt ma kien hawn, u s'issa għad m'hawnx 'housing policy' Xerri spjega li din is-sitwazzjoni kellha tiġi prevista qabel. Huwa qal li "d-domanda għall-kirjiet ma rdoppjatx f 'sena, iżda l-prezzijiet tal-kirjiet iva," hekk kif żied jispjega li kieku s-suq mexa b'mod loġiku, il-prezzijiet kienu jirdoppjaw għax id-domanda tirdoppja, u mhux għax ikollok żieda fid-domanda, il-prezzijiet "jisplodu mingħajr kontroll." Dwar dan, Xerri sostna li irrispettivament mill-partit, il-Gvern għandu tort ta' nuqqas ta' pjanar fejn il-'housing' ħadd qatt ma ħaseb dwaru, hekk kif Malta qatt ma kien hawn, u s'issa għad m'hawnx 'housing policy' iddokumentata kif suppost. Il-Gvern ippretenda li s-sidien tal-proprjetà għall-kiri jagħmlu x-xogħol li suppost kien qed jagħmel hu Is-suq tal-kirjiet privati dejjem kien xi ħaġa diffiċli biex tikkontrolla fi kwalunkwe pajjiż li qatt ikkunsidra xi forma ta' riforma jew regolarizzazjoni. L-iżball li sar ħafna drabi, u li sar anke Malta, kien f 'ċertu punt, speċjalment mis-snin 90 'il quddiem, li l-Gvern ippretenda li s-sidien għall-proprjetà tal-kiri jagħmlu x-xogħol li suppost kien qed jagħmel hu, fis-sens li l-piż tas- 'social housing' intefa' fuq il-privat. Xerri spjega li din is-sitwazzjoni ma nħolqitx minn Gvern partikolari, iżda minn Gvern wara l-ieħor li baqa' passiv għal sitwazzjoni li nħolqot bil-mod tul is-snin wara ż-żewġ interventi leġiżlattivi prinċipali li qatt saru Malta. L-ewwel intervent seħħ fl-1925, bi proposta mill-Gvern Laburista fl- Assemblea Leġiżlativa meta Malta kienet għadha taħt l-Ingliżi, u li mbagħad ġiet estiża fl-1944 meta l-provvista ta' proprjetà naqset b'mod konsiderevoli b'riżultat tal- gwerra. Fl-1979, taħt Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Dom Mintoff, il-'home-owner policies' li bihom il-Gvern kien qiegħed jipprova jħeġġeġ aktar nies biex jibnu djarhom u jsiru sidien, ma kinux qed ikunu ta' suċċess, u kien hemm problema ta' nies li kienu se jispiċċaw bla dar hekk kif jagħlqilhom il-kuntratt tal- kera. Għaldaqstant, reġa' ddaħħal intervent leġiżlattiv fuq il-kirjiet. Is-suq ħieles qatt ma jista' jagħti risposta għall-eżigenzi tan-nies Xerri spjega li din il-lezzjoni ta' storja turi ċ-ċiklu li jifforma l-problema tal-kirjiet li kien dejjem magħmul minn suq kompletament liberalizzat li biż- żmien, iwassal għall-kontrolli. Meta dawn il-kontrolli jsiru riġidi żżejjed, jerġgħu jinneċessitaw liberalizazzjoni tas-suq...u hekk jerġa' jibda ċ-ċirku. "Il-fatt hu," tenna Xerri, "li peress li s-suq ħieles qatt ma jista' jagħti risposta għall-esiġenzi tan-nies, ifalli u jitlob intervent leġiżlattiv ieħor." Fil-każ ta' Malta, is-suq ġie liberalizzat fl-1995, u issa wara 20 sena, ninsabu fil-parti taċ-ċiklu fejn qiegħed jinħass il-bżonn ta' kontroll tas-suq tal-kera. "Li jrid isir issa," sostna Xerri, "huwa li nitgħallmu mill-passat, li ma tistax tikkontrolla s-suq, iżda li liberalizazzjoni kompleta mhux soluzzjoni lanqas." Huwa spjega li din twassal għal kriżi bħalma qed nesperjenzaw bħalissa, fejn m'hemmx kontroll fuq prezzijiet, rati, tul tal-kirjiet u kundizzjonijiet għall-kirja. Min-naħa l-oħra, kontrolli riġidi żżejjed ma jaħdmux lanqas, għax dawn ma jinċentivawx lis-sidien ipoġġu l-proprjetà tagħhom għall-kiri u ma jkunx hawn disponnibbiltà. Suq ikkontrollat b'mod riġidu żżejjed ma jagħmilx tajjeb għall-ekonomija, hekk kif is-sid li mhux se jagħmel profitt raġonevoli mhux se joħroġ il-post fuq is-suq u jippreferi jħallih vojt, bħalma ġara sal-1995. Il-problema l-oħra hija dik legali, li issa għandna sentenza tal-Qorti Ewropea ta' Strassburgu li tgħid li sid għandu d-dritt jiġġenera profitt adegwat mill-proprjetà tiegħu. Intervent m'għandux itellef is-suq, iżda joħloq linji gwida ta' kontroll Xerri issuġġerixxa li l-intervent li għandu jiġi propost, irid ikun wieħed li jtellef mill-inqas lis-suq. Huwa semma mudelli li ntużaw fil-passat f 'pajjiżi bħall-Italja u Franza, fejn il-Gvern jistipula tul minimu tal-kiri, per eżempju mhux inqas minn erba' snin, jew bħalma sar u ħadem fil-Ġermanja fejn jiġi stipulat li l-kirja ma tistax togħla aktar minn ċertu persentaġġ fuq medda speċifikata ta' snin. L-ILLUM staqsiet lil Xerri jekk għall-Malta, bil-għan li l-prezz inizjali tal-proprjetajiet ikun ikkontrollat, jagħmilx sens li naddottaw sistema użata fl-Olanda. Hemmhekk, kull post jingħata punti bbażati fuq il-lokalità, iż- żmien tal-post, id-daqs, numru ta' kmamar u l-kwalità tal-għamara u l-appliances li jinsabu fih. Skont il-punti imbagħad, jiġi determinat prezz adegwat. Xerri spjega li dan, jinvolvi ħafna xogħol ta' pjanar, surveys fuq il-postijiet disponibbli u reġistrazzjoni tal-kuntratti tal- proprjetà kollha. "F'Malta, din is-sistema għadha qatt ma ġiet implimentata u m'hawnx struttura għaliha, li tagħti lok għal abbużi jekk is-sistema tal-punti tiġi implimentata issa fuq proprjetà li diġà teżisti." Bid-differenza ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa fejn il-prezz tal-kirja jiġi determinat ukoll mid-distanza miċ-ċentru, Malta kullimkien viċin, u allura, din il-miżura mhux valida. Xerri qal li l-problema ta' Malta hija li s-suq tal-kera 'sploda' f 'daqqa waħda. Huwa qal li kienu ħafna li raw li l-ħafna barranin li se jiġu jaħdmu Malta se jkunu jridu jikru lejn San Ġiljan u Tas-Sliema, allura l-kirjiet f 'dak l-inħawi għolew b'mod esaġerat f 'qasir żmien. "Hekk kif il-kirjiet fl-inħawi ta' San Ġiljan għolew wisq għall-bwiet tal-Maltin, dawn kellhom jimxu fl-eqreb raħal, bir-riżultat li għoliet id-domanda f 'dawk l-irħula viċini wkoll u għaldaqstant anke l-prezz. B'hekk, il-pajjiż esperjenza inflazzjoni ġenerali li laqtet l-irħula kollha." Is-sidien għandhom id-dritt jevalwaw u jipprezzaw il-proprjetà tagħhom "Sakemm ma nkunux f 'sitwazzjoni kritika," sostna Xerri, "jien mhux favur li jiġu kontrollati l-prezzijiet inizzjali, u s-sidien għandhom dritt jevalwaw il-proprjetà tagħhom u jiddeċiedu huma l-prezz inizjali tagħha." Huwa żied jgħid li jekk isiru xi restrizzjonijiet fuq dan, se terġa' tonqos id-disponibbiltà ta' postijiet għall-kiri. L-ILLUM staqsiet lil Xerri jekk jikkunsidrax bħala każ kritiku L-aqwa mod biex jitbaxxew il- prezzijiet huwa li tiżdied il-provvista ta' postijiet disponibbli Malta m'għandniex kultura tal-kera; mhi l-ħolma ta' ebda Malti li jqatta' ħajtu jikri u jippreferi jkun proprjetarju ta' daru " " " " Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Il-popolazzjoni tiżdied, iżda postijiet fejn tmur tgħix, le. Domanda, disponibbiltà u prezzijiet tal-kiri għoljin?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017