Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
NEWSPAPER POST Nr 542 • 05 ta' Marzu 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Joseph Zerafa Ara paġni 34 u 35 Buġibba 92 applikazzjoni għal 1,085 residenza ġdida b'żieda ta' 15% fi l-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar Minn Ruben Anthony Xuereb ILLOKALITÀ ta' San Pawl il-Baħar, li tkopri Buġibba u l-Qawra, fost l-oħrajn, mistennija tara żieda massiċċa fin-numru ta' nies li jgħixu fiha, in-numru ta' vetturi fit- toroq tagħha, kif ukoll qabża kbira fin-numru ta' siti ta' kostruzzjoni. Dan tikkonfermah riċerka li għamlet din il-gazzetta li turi li bejn is-sena li għaddiet u l-ewwel xhur ta' din is- sena, saru xejn inqas minn madwar 92 applikazzjoni għal bini residenzjali. Dawn l-applikazzjonijiet huma kollha għal numru ta' units residenzjali li jew se jinbnew bħala parti minn blokok ġodda, jew inkella jiġu miżjuda fuq blokok eżistenti. Dan ammonta għal total ta' 1,085 residenza ġdida li mistennijin jinbnew u jkunu okkupati f 'mhux aktar minn ħames snin oħra. Dan it-total ma jinkludix bini ta' residenzi jew appartamenti li qed iseħħ bħalissa u li ma jinsabx fil-lista pubblika fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA). Min eżerċizzju li għamlet l-ILLUM, it-92 applikazzjoni se jfissru madwar 3,200 resident ġdid, temporanju jew permanenti, jew żieda allarmanti ta' 15.5% fil- popolazzjoni preżenti tal-lokal. Dan ikun daqs li kieku qbadt ir-residenti kollha tal-Imqabba u f 'daqqa waħda poġġejthom f 'post li diġà għandu popolazzjoni densa ta' aktar minn 21,000 resident. Tkompli f 'paġna 11 Ara paġni 10-11 Il-ġlieda kontra l-kanċer. X'hemm propost fi l-pjan nazzjonali? 'Il-Ministeru sar qisu l-ETC' Minn Albert Gauci Cunningham Il-Ministru Anton Refalo qed jiffaċċja pressjoni u kritika mhux biss mill-Partit Nazzjonalista, imma wkoll minn diversi bnadi oħrajn, mhux l-inqas minn numru ta' attivisti Laburisti li ma jappoġġjawx lilu. Minn naħa, Refalo qed iqanqal ir-rabja ta' negozjanti li jħaddmu u li mhumiex isibu nies, għax ħafna qed jippreferu li jmorru jaħdmu mal-Gvern jew f 'xi skema u min-naħa l-oħra qed jiffaċċja pressjoni jew minn dawk li qed 'jaqdi' u li ġejjin għal aktar, jew inkella minn dawk li kienu mwiegħda impjieg qabel l-elezzjoni imma baqgħu jittewbu. Dan apparti pressjoni minn Kastilja stess. Sorsi qrib il-Partit Laburista qalu lill-ILLUM li l-operat ta' Refalo mhu qed jinżel tajjeb assolutament xejn ma' bosta, fosthom mal-privat u min iħaddem u lanqas mal-Prim Ministru innifsu, tant li dan tal-aħħar lanqas il-proġett ta' 'link' bejn il-gżejjer mhu se jħalli f 'idejn Refalo. Fil-fatt l-ILLUM tinsab infurmata wkoll li r-relazzjoni bejn Refalo u Muscat bħalissa hija waħda ħażina ħafna. • Jitolbu lil Refalo jżomm kelmtu u jtihom xogħol mal-Gvern • Entitajiet tal-Gvern imballati b'ħaddiema żejda • Il-PL mistenni jitlef it-tielet siġġu fuq Għawdex, dak ta' Justyne • Ir-relazzjoni Refalo-Muscat iggravat Tkompli f 'paġna 10 Tiela' Tiela' TIELA'