Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 14 Minn Brussell Il-Karnival ta' Binche:Belt daqq tat-tambur għal tlett FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iddeċidejt li naqbad tren u mmur fuq in- naħa tal-lvant tal-Belġju fil- Wallonia, il-belt ta' Binche. Mort għax qrajt li hemm Karnival magħruf ħafna fejn għalih jattendu eluf minn kull naħa tal-Belġju u anke minn barra l-Belġju. Binche hi belt medjevali li fiha jgħixu madwar 40,000 persuna fejn l-akbar komunitajiet fiha huma t-Taljani u l-Griegi li kienu marru hemm aktar minn 50 sena ilu jaħdmu fil-minjieri li kien hemm. Illum hi dominata minn ristoranti Taljani u Griegi u kontra kull belt oħra fil-Belġju, ftit jew xejn tara komunitajiet Għarab jew suwed Afrikani bħalma jimlew kull żona fi Brussell. Hu fatt ukoll li meta kont preżenti jien, kinu l-jiem tal- Karnival u l-ftit Musulmani li jgħixu hemm ma joħorġux għax il-Karnival hi meqjusa bħala festa Kattolika li jifesteġġjaw dawk it-tlett ijiem qabel il-ġranet tas-sagrifiċċju. Forsi kif wieħed se jara r-ritratti se jipprova jqabbel il- karnival li mdorrijin aħna bih u jgħid imma tagħna isbaħ u fih ħafna aktar karrijiet. Jiżbalja min iqabbel, għax dan il-karnival li hu mqassam fuq tlett ijiem hu uniku. Hu tal-poplu kollu tal-belt li jgħixu għalih matul is-sena kollha. Gruppi, soċjetajiet u familji differenti joħorġu kollha jiddevertu mit-trabi sal-aktar anzjani li jifilħu jimxu. Karrijiet ma jeżistux ħlief il-persunaġġ tal-Gille li fl-aħħar tal-Karnival jaħarquh fil-pjazza. F'dawn it-tlett ijiem, ix- xorb ma jieqafx. Ir-ristoranti jibdluhom f 'bars tal-birra u ibigħu biss snacks jew panini kemm titrejjaq. Tant hu magħruf għax-xorb bla rażan li fit-toroq jinbnew speċi ta' latrini għall-irġiel biex jinqdew għal bżonnijiet naturali tagħhom wara dik il- birra kollha. Iżda anke dawn mhux biżżejjed u f 'kull rokna jew triq dejqa tal-belt wieħed ixomm dik l-aroma tal-birra li toħroġ min-natura tar-raġel. Fejn jinqdew in-nisa ma nafx, għalkemm rajt waħda titħażżem ħierġa minn wara siġra. Fl-2003 dan il-Karnival sar parti mill-wirt dinji tal- UNESCO bħala kapulavur intanġibbli tal-umanità, għax hu Karnival ħaj, popolari u soċjali. Dan l-avveniment folkloristiku għandu tradizzjoni ferm antika, eżatt mis-seklu 14. Hu rit fejn il- parteċipanti jagħmluh uniku. Hi festa tradizzjonali, fejn il-familji kollha jipparteċipaw, festa li anke jekk ix-xorb hu eżaġerat, xorta ma jkunx hemm inkwiet jew qżież żejjed, ħlief ferħ, tgħannieq u tliet bewsiet fuq il-wiċċ (li hi t-tradizzjoni Belġjana). Tara nanniet anzjani rġiel bil- pushchairs tan-neputijiet trabi tagħhom fl-isfilati, filwaqt li n-nisa kollha jitbandlu min- naħa għall-oħra għad-daqq tat-tnabar. Il-popolazzjoni ta' Binche taħdem għal dan il-Karnival minn xhur qabel u tagħlaq it-Tlieta bil-lejl eżatt qabel l-Erbgħa tat-tniebri. Mid-9 ta' filgħodu tal-Ħadd, gruppi soċjetajiet u familji jibdew iduru mal-belt lebsin kostumi varjati akkumpanjati minn membri tal-familja u b'wieħed idoqq it-tamburlin. Tisma' tamburlini jdoqqu minn kull rokna u tiltaqa' ma' gruppi b'kostumi differenti jiżfnu jew jiżżegilgu mad- daqq tat-tamburlin. Fit-3 ta' wara nofsinhar tibda l-isfilata bi grupp ta' żwiemel tal- kavallerija. Quddiem kull grupp ikun hemm sett ta' tamburlini u tnabar, idoqqu l-istess ritmu, imbagħad banda żgħira li wkoll iddoqq l-istess kantaliena li ġġiegħlek titbandal mal-eluf li jagħmlu hekk u warajhom, il-gruppi bil-kostumi ferm ikkuluriti b'xi temi attwali. Bl-aktar li laqtitni dik ta' Brexit fejn personaġġi Ingliżi kellhom bandiera b'nofsha Ewropea u nofsha Ingliża. Popolari John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt • Karnival magħruf mill-UNESCO bħala kapulavur • Karnival fejn fi h ma tilmaħx Musulmani u lanqas Afrikani • Il-kostumi milbusa biss minn irġiel...in-nisa jakkumpanjawhom biss fl -isfi lati Il-Gilles bil-kpiepel tar-rix tal-ostrich fil-pjazza medjevali ta' Binche. Kpiepel li li jinkrew għal €300 Il-bandiera ġdida Ingliża: Nofsha tal-Ewropa u nofsha Ingliża: Il-Brexit fil-Karnival It-tnabar jakkumpanjaw kull grupp fil-ftuħ tal-karnival il-Ħadd

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017