Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ......................... 0 Birkirkara. ....................... 1 BIRKIRKARA kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Tarxien Rainbows biex b'hekk wara d-draw ta' 2-2 kontra St Andrews irritornaw għar-rebħ. Kienu r-Rainbows li ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss żewġ minuti logħob, xutt angulat ta' Daniel Ponce de Leon Garcia kien imblukkat mill-goalkeeper taI-Istripes, Henry Bonello. Ħames minuti wara, Alex Nilsson ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli minn fuq il-lasta Karkariża. Birkirkara wieġbu fil-31 minuta meta Joseph Zerafa xeħet cross mil-lemin lejn Gonzalo Malan li ra d-daqqa ta' ras ċentrali tiegħu tiġi salvata faċilment mill-goalkeeper tar-Rainbows, Philip Schranz. Fit-42 minuta kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-periklu meta Daniel Ponce de Leon Garcia għadda tajjeb lejn Alex Nilsson li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f 'korner minn Henry Bonello. Eżattament qabel intemmet l-ewwel taqsima, Birkirkara skorjaw il-gowl li kellu jkun dak tar-rebħa permezz ta' freekick mill-isbaħ ta' Miguel Angel Alba. Freeekick ieħor din id-darba mogħti minn Emerson Marcelina għal Tarxien Rainbows fis-60 minuta ġie mblukkat mill- barriera Karkariża qabel spiċċa għand Matthew Tabone li mill-viċin tefa' barra. Fit-63 minuta, wara li rċieva l-ballun minn freekick ieħor mogħti mill-BOV Plejer tal-Logħba Miguel Angel Alba għall-Istripes, Edmond Agius, venven xutt sabiħ iżda Philip Schranz kien attent u salva tajjeb. Fil-ħin miżjud, is-sostitut James Brincat seta' rdoppja l-iskor għal Birkirkara iżda x-xutt mill-viċin tiegħu ġie salvat bi bravura minn Philip Schranz. Tarxien R. - Schranz, Baker, Marcelina, Caruana, Ponce De Leon Garcia, Nilsson, Azzopardi (Micallef 72'), Agius (Galea 63'), Zerafa, Tabone (Borg 79'), Zammit Birkirkara - Bonello, Herrera (Bonnici 91'), Sciberras, Agius (Brincat 90'), Dimitrov, Vukanac, Zerafa, Alba, Attard, Jovic, Malan (Plut 86') Referi - Clayton Pisani MIGUEL ANGEL ALBA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl f 'din il-partita minn freekick spettakolari. Ingħaqad ma' Birkirkara f 'Jannar li għadda. Birkirkara jiksbu rebħa minima kontra Tarxien Rainbows Daniel Pone de Leon Garcia jaqbeż lil Cain Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017