Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

LAWTORITÀ għall- Ambjent u r-Riżorsi (ERA) stabbiliet il- prijoritajiet ekoloġiċi għall- immaniġġjar tas-siti kollha tal-art tan-Natura 2000. 22 pjan ta' immaniġġjar u 8 ordnijiet ta' konservazzjoni ġew ippreparati, li jkopru varjetà ta' siti, bħall- irdumijiet ta' madwar il-kosta f 'Malta u Għawdex, għaram tar-ramel bħar- Ramla, bwar salmastri bħall-Ballut ta' Marsaxlokk, imsaġar bħall-Buskett, u gżejjer oħra, bħal Filfla u Kemmuna, inkluż il-gżejjer żgħar ta' madwarhom. Dawn id-dokumenti jindirizzaw l-isfidi urġenti u importanti għall- implimentazzjoni, bil-mira li jħarsu l-kwalitajiet ekoloġiċi u uniċi ta' kull żona. Dawn il- pjanijiet u ordnijiet jinkludu oġġettivi u miżuri speċifiċi għas-sit partikolari bħal restawr ekoloġiku, kontroll ta' xi attivitajiet, immaniġġjar tal-viżitaturi, rikreazzjoni u turiżmu rurali sostenibbli, inizjattivi ta' għarfien pubbliku, u l-ħarsien u monitoraġġ tal-istess siti. ERA żviluppat dawn id- dokumenti b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, inkluż NGOs, kunsilli lokali u entitajiet governattivi, fejn l-involviment tagħhom huwa essenzjali għas-suċċess tal-miżuri li ġew identifikati. Kull wieħed minn dawn il-pjanijiet u ordnijiet ġew preparati apposta skont is-sitwazzjoni individwali ta' kull sit, waqt li ġew kkunsidrati kemm il-kuntest soċjo-ekonomiku kif ukoll il-pressjonijiet ambjentali lokali. Matul is-snin li għaddew, numru konsiderevoli ta' dawn is-siti kienu diġà soġġetti għal azzjonijiet ta' konservazzjoni. Wara l-esperjenza miksuba tul dawn is-snin, l-ERA u l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima ser ikomplu jaħdmu sabiex itejbu u jsaħħu l-azzjonijiet eżistenti waqt li jesploraw modi oħra għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet li ġew identifikati. Natura 2000 hija network Ewropea ta' żoni li ġew protetti minħabba l-valur ekoloġiku tagħhom u li ġew stabbilliti bil-għan li jitħarsu l-ispeċi u ambjenti naturali vulnerabbli u mhedda, li jinstabu fil-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea. F'Malta jeżistu 34 sit tal-art Natura 2000, li flimkien ikopru iktar minn 13% tal-art fil-Gżejjer Maltin. Il-pjanijiet ta' immaniġġjar u l-ordnijiet ta' konservazzjoni għal dawn is-siti ta' Natura 2000 kienu ppreparati permezz tal-proġett 'Management Planning and Implimentation of Communication Measures for Terrestrial Natura 2000 Sites in the Maltese Islands', b'allokazzjoni ta' € 1.3 miljun. Dan kien koordinat mill-ERA u ko- finanzjat mill-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali. Dan il-proġett, li kien implimentat permezz ta' Adi Associates u Epsilon International, kien jinkludi ġbir ta' informazzjoni, organizzar ta' stħarriġ, identifikar ta' oġġettivi speċifiċi ta' konservazzjoni u miżuri neċessarji għall- immaniġjar għal kull sit Natura 2000. Permezz ta' dan l-istess proġett, li rebaħ il-'CIEEM Best Practice Award for Stakeholder Engagement 2016', saret kampanja estensiva u wiesa' biex tqajjem kuxjenza li biha ġiet assigurata li l-partijiet konċernati kienu involuti b'mod sħiħ, tul il-proċess kollu tal-eżerċizzju. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Restawr ekoloġiku, immaniġġjar u konservazzjoni tas-siti ta' Natura 2000 30 Pjan ta' immaniġġjar u ordnijiet ta' konservazzjoni għal Siti Terrestri Natura 2000 f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017