Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Sports 33 tat-trasferimenti internazzjonali... ANTOINE GRIEZMANN - José Mourinho jinsab f 'taħditiet mad-diriġenti ta' Manchester United hekk kif hu qed jitlobhom jallokawlu s-somma ta' £110 miljun biex ikun jista' jakkwista lil Antoine Griezmann mingħand Atletico Madrid matul is-sajf li ġej. Jidher li Mourinho jrid lil Griezmann akkost ta' kollox hekk kif huwa jemmen li dan huwa l-aqwa attakkant fl-Ewropa fil-preżent. JOAO CANCELO - Chelsea għamlu lid-difensur ta' Valencia Joao Cancelo bħala wieħed mit- tragwardi ewlenin tagħhom għal matul is-sajf li ġej. Il-Blues kienu diġà għamlu offerta għal dan il-plejer matul ix-xahar li għadda iżda issa jidher li huma se jippressaw iktar biex jakkwistaw lil dan il-plejer hekk kif din tidher li hija x-xewqa ewlenija ta' Antonio Conte. Huwa mifhum li Valencia qed jitolbu s-somma ta' €30 miljun għall-akkwist ta' dan il-plejer, liema somma tidher li tista' tiġi milħuqa minn Chelsea. ARDA TURAN - Jidher li dawn se jkunu l-aħħar ġimgħat u xhur ta' Arda Turan ma' Barcelona hekk kif għal darb'oħra, iċ-Ċina qed tattira plejers tal-ogħla livell bl-aħħar wieħed ikun dan il-plejer Tork. Dan hekk kif qed jiġi rrapurtat li hemm klabb Ċiniż li lest li joffri s-somma ta' £100 miljun lil dan il-plejer fuq kuntratt ta' erba' snin, fejn madankollu dettalji rigward liema hu l-klabb baqgħu ma ngħatawx. Qed jidher ferm diffiċli li Barcelona u Arda Turan jirrifjutaw din l-offerta. JOE HART - Il-goalkeeper internazzjonali Ingliż Joe Hart li jinsab misluf ma' Torino mingħand Manchester City jista' jingħaqad ma' Chelsea matul is-sajf li ġej. Fil-fatt, ġie rrappurtat li fil-jiem li għaddew, dan il- goalkeeper deher f 'lukanda ewlenija f 'Milan flimkien ma' uffiċjali ta' Chelsea. Huwa fatt magħruf li dan il- goalkeeper m'għadux fil-pjanijiet ta' Manchester City waqt li Antonio Conte jidher li għandu stima kbira lejh. GASTON RAMIREZ - Liverpool jinsabu interessati fl-akkwist tal-midfielder ta' Middlesbrough, Gaston Ramirez, matul is-sajf li ġej. Jidher li dan il-plejer igawdi stima kbira tal-kowċ tar-Reds Jurgen Klopp li qed ifittex li jsaħħaħ l-attakk tiegħu għall-istaġun li ġej. Jidher li Liverpool diġà għamlu kuntatt informali ma' rappreżentanti ta' dan il-plejer Urugwajan biex jiġu diskussi affarijiet fid-dettall rigward dan it-trasferiment possibbli, fejn għadha ma ssemmiet l-ebda somma li Liverpool jistgħu joffru għal dan l-attakkant. ANDRE GOMES - Juventus jinsabu ferm interessati fl-akkwist tal-plejer ta' 23 sena, Andre Gomes mingħand Barcelona. Huma kienu diġà tefgħu ħarsithom fuq dan il-plejer matul is-sajf li għadda fejn kellhom f 'moħħhom li jkun sostitut ideali għal Paul Pogba iżda mbagħad kien sfaxxa kollox. Issa jidher li reġgħu jinsabu interessati fih hekk kif il-Bianconeri qed jaffrontaw diversi xquq f 'nofs il- grawnd. Jekk jerġa' jfallielhom dan it-tragward, huma se jkunu qed jippuntaw għall-midfielder Kroat ta' Barcelona, Ivan Rakitic. Interessati f 'dan il-plejer hemm ukoll l-Ingliżi ta' Manchester United. NELSON SEMEDO - Huwa fatt magħruf li biex Bayern Munich isibu sostitut denju għal Philipp Lahm li fil-jiem li għaddew ħabbar li fi tmiem dan l-istaġun se jkun qed jirtira mill-futbol se tkun ta' biċċa uġigħ ta' ras. Iżda jidher li l-Bavarjani xeħtu ħarsithom fuq id-difensur right-back ta' Benfica, Nelson Semedo, li qed ikollu staġun mill-aqwa mal-ġganti Portugiżi. Jidher li hija t-talba tal-kowċ Carlo Ancelotti nnifsu biex dan il-klabb Ġermaniż jakkwista lil dan id-difensur sa mis-sajf li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017