Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Sports 32 X'qed jinħema mis-suq tat-trasferimenti DELE ALLI - Bayern Munich qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Dele Alli matul is-sajf li ġej. B'hekk iċ-champions Ġermaniżi huma l-aħħar tim li qed jinteressa ruħu f 'dan il-plejer li qed ikollu staġun mill-aqwa mal-Ispurs. Dele Alli li għad għandu biss 20 sena fadallu ħames snin kuntratt mat-tim minn White Hart Lane u l-Ispurs qed jitolbu s-somma ta' £85 miljun għall- akkwist tiegħu, li hija l-istess somma li huma rċevew mingħand Real Madrid għat-trasferiment ta' Gareth Bale lura fl-2013. YANNICK FERREIRA CARRASCO - Arsenal huma l-aħħar klabb li qed juru interess fl-attakkant ta' Atletico Madrid, Yannick Ferreira Carrasco. Dan il-plejer internazzjonali Belġjan qed jattira wkoll l-interess ta' Bayern Munich u PSG, iżda issa jidher li t-tim minn Londra jinsab ikar favorit li jakkwistah. Madankollu, għadha ma ġiet irrapurtata l-ebda somma li għaliha dan il-plejer jista' jiġi trasferit. KEITA BALDE DIAO - Manchester United se jkunu qed ifittxu li jegħlbu l-isfida ta' Juventus biex jakkwistaw lil Keita Balde Diao mingħand Lazio. Dan il-plejer li jidher li r-relazzjoni tiegħu mal-kowċ u d-diriġenti tal-klabb minn Ruma m'għadhiex waħda ottimali għandu kuntratt ma' Lazio li jintemm f 'Ġunju tal-2018. L-aġent tiegħu Jorge Mendes qed jipprova jipperswadih biex jingħaqad ma' Manchester United iżda Juventus qed jagħmlu ħilithom kollha biex ikunu huma li finalment jakkwistawh matul is- sajf li ġej. RUBEN LOFTUS-CHEEK - Borussia Monchengladbach jinsabu interessati li jakkwistaw lill- midfielder ta' Chelsea, Ruben Loftus-Cheek. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena naqas li jistabbilixxi lilu nnifsu taħt il-gwida ta' Antonio Conte u dan it-tim Ġermaniż diġà għandu relazzjoni tajba mal-Blues wara li Chelsea sellfu lill-plejer Andreas Christensen lil Borussia Monchengladbach. Dawn tal-aħħar jinsabu interessati wkoll li jakkwistaw b'self lil Gerdion Zelalem mingħand Arsenal. LUKE SHAW - Tottenham Hotspur jinsabu fil-pole position biex jakkwistaw lid- difensur Luke Shaw mingħand Manchester United dejjem jekk dan jagħżel li jħalli lit-tim minn Old Trafford matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż naqas li jsib post regolari taħt il-gwida ta' José Mourinho matul dan l-istaġun bl-aħħar partita tiegħu mar-Red Devils tmur lura għad-29 ta' Ottubru li għadda. Qed jiġi indikat li Mauricio Pochetino jinsab ferm ħerqan li jakkwista lil dan il-plejer wara li diġà kkowċjah ma' Southampton, waqt li jekk dan it-trasferiment jiġi mmaterjalizzat, jista' jkun li Danny Rose ikun involut ukoll fi trattattiva ta' tpartit. SERGIO AGUERO - Real Madrid tefgħu ħarsithom fuq l-attakkant Arġentin ta' Manchester City, Sergio Aguero, li jidher li xejn ma jinsab kuntent ma' Manchester City fejn ukoll jidher li m'għandux postu garantit mal-ewwel 11 tal-Blues. Dan speċjalment wara l-akkwist ta' Gabriel Jesus li Manchester City għamlu matul ix-xahar li għadda u li tant qed ikollu wirjiet tajbin magħhom. Pep Guardiola qed jinsisti li Sergio Aguero mhux għall-bejgħ iżda fit-trattattiva jista' jidħol l-attakkant Franċiż ta' Real Madrid Karim Benzema li jista' jkun involut fi trasferiment li jinkludi tpartit mal-istess Sergio Aguero. ROMELU LUKAKU - L-attakkant ta' Everton, Romelu Lukaku, jinsab ħerqan li jirritorna ma' Cheslea sa mis-sajf li ġej. Dan il-plejer li bħalissa jinsab fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra sostna li wara esperjenza mhux daqstant sodisfaċenti li kellu fil-passat ma' Chelsea fejn beda mal-ewwel 11 f 'logħba waħda biss, iħoss li fadallu x'joffri lil dan it-tim dejjem jekk jaċċettawh lura. Madankollu, qed jiġi rrapurtat li jekk il-Blues iridu lura s-servizzi ta' Romelu Lukaku, huma jridu jħallsu s-somma ta' €75 miljun lil Everton. minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017