Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum 3 Aħbarijiet Bonnici: 'Simon Busuttil għandu jieħu azzjoni kontra Beppe Fenech Adami' ...imma Beppe Fenech Adami jisħaq li Bonnici u Cardona qed jigdbu fuqu u jisfidahom jgħidu min indaħal f 'każijiet ta' traffikar Minn Albert Gauci Cunningham ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta' Beppe Fenech Adami li kif ħareġ ismu, waqfet investigazzjoni tal-Pulizija dwar kumpanija f 'Malta bl-isem ta' Capital One li tagħha kien direttur u li kienet investigata dwar ħasil ta' flus u traffikar tad-drogi. Intqal dan f 'konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun indirizzata mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona u l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif il-Gvern kien ħatar inkjesta magħmula mill-eks Imħallfin JD Camilleri, Lawrence Quintano u Philip Sciberras wara li kienet ħarġet storja fil-gazzetta MaltaToday. Wara li kienet inbdiet investigazzjoni mill-awtoritajiet Olandiżi, instab li kien hawn kont bankarju f 'Malta mmexxi minn Capital One li fiha kien hemm suspett li qed jintefgħu flus maħmuġin li ġejjin mid-droga u għaldaqstant kien ordnat l-iffrizar ta' dan il-kont, qal Bonnici. Il-Pulzija f 'Malta bdew ukoll jinvestigaw it-tranżazzjonijiet miljunarji u qawwija li seħħew bejn l-2009 u l-2010, u mill-istess investigazzjoni tfaċċa l-isem ta' Beppe Fenech Adami f 'Jannar 2013, xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali, u hemmhekk twaqqfet ħesrem l-investigazzjoni, sostna l-Ministru Bonnici. Il-Ministru tal-Ġustizzja, elenka wkoll il-fatt li dawn il-listi tat-tranżazzjonijiet ma baqgħux fil-fajl tal-Pulzija u l-inkjesta magħmula mill- Gvern kellha aċċess għalihom għax reġgħet talbithom lill- BOV. Owen Bonnici staqsa jekk li kieku dawn il-listi tat-tranżazzjonijiet għaddew għand l-Awtoritajiet Olandiżi, li ma saritx għax għebu mill-fajl tal-Pulizija, l-investigazzjoni fl- Olanda kinitx tieħu xorta oħra? L-espert li tqabbad mill- inkjesta biex janalizza dawn id- dokumenti f 'Malta kkonkluda li dan il-każ jimmerita li jkun investigat mill-Pulizija u mill- FIAU, stqarr Bonnici filwaqt li saħaq li dan huwa każ serju ħafna u li mill-inkjesta li saret joħorġu diversi fatti li juru dan. 'Dan il-każ seħħ waqt li Beppe Fenech Adami kien de facto Ministru tal-Pulizija' Min-naħa tiegħu, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal- Partit Chris Cardona tenna li l-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni, li ddeskriviet il-każ bħala a hot potato, huma serji u fakkar kif dan kollu seħħ meta Beppe Fenech Adami kien de facto Ministru tal- Pulizija. Cardona staqsa jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni kienx se jieħu azzjoni fil-konfront ta' Beppe Fenech Adami jew inkella hux ser jagħmel bħal m'għamel fil-konfront ta' nies bħal Jason Azzopardi, Toni Bezzina, Giovanna Debono, George Pullicino u oħrajn, li ddefendihom. Simon Busuttil huwa komdu li jkollu Viċi Kap li manifestament għandu rizultat ta' dan it-tip wara inkjesta minn 3 eks Imħallfin? Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jieħu azzjoni mmedjata, saħaq il- Ministru Cardona. 'Dubji dwar il-kontijiet bankarji ta' Beppe Fenech Adami' Chris Cardona semma wkoll kif fl-istess perjodu tal-investigazzjoni, il-kontijiet bankarji ta' Beppe Fenech Adami żdiedu għal ammont ta' miljun ewro, dan qajjem dubji kbar li hemm bżonn spjegazzjonijiet jekk dan hux sempliċi koinċidenza. Il-Ministru tal-Ekonomija stqarr li indubjament kieku l-każ kien jinvolvi xi membru tal-Gvern u mhux lil Beppe Fenech Adami, fuq dan il-każ kienu jintalbu r-rizenji filwaqt li nsista li Simon Busuttil għandu jieħu azzjoni minkejja li m'għandux l-awtorità politika jagħmel dan għax il-PN huwa maħkum minn klikka estremista li jmexxi Beppe Fenech Adami u għax m'għandux l-awtorità morali li jagħmel dan. Intant, Fenech Adami saħaq li r-rapport tal-inkjesta "jgħid bl-aktar mod ċar iswed fuq l-abjad li jiena qatt ma ndħalt lill-Pulizija u lill-Avukat Ġenerali u kull awtorità oħra f 'xi investigazzjoni li seta' kien hemm. Ir-rapport jgħid bl-aktar mod ċar li jiena qatt ma abbużajt mill-pożizzjoni pubblika tiegħi. Dak li qed jgħidu l-Ministri ta' Muscat hija gidba oħra bħall-ħafna gideb l-ieħor fuqi matul l-aħħar sena." Fenech Adami sfida lil Cardona u Bonnici biex flok ikomplu "jigdbu fuqi, messhom jgħidu min huma ż-żewġ politiċi tal-Gvern tagħhom li ndaħlu biex każijiet ta' traffikar tad-droga spiċċaw biex qatt ma tressqu quddiem il-Qorti."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017