Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 24 Kummerċjali / Pjazzetta Merill Sicav tniedi High Income Fund u Global Equity Income Fund Wara t-tnedija b'suċċess ta' Merill SICAV plc u l-ewwel sottofond tagħha, il-Merill Total Return Income Fund (Fond ta' Dħul ta' Kreditu Totali ta' Merill) li issa laħaq €22.4 miljun f'assi mmaniġġjati, il-kumpanija issa ser tintroduċi żewġ sottofondi ġodda – il- Merill High Income Fund (Fond ta' Dħul Għoli ta' Merill) u l-Merill Global Equity Income Fund (Fond ta' Dħul ta' Ekwità Globali ta' Merill). Il-Merill High Income Fund (Fond ta' Dħul Għoli ta' Merill) għandu fil-mira li jipprovdi rendiment ġeneralment għoli bil-potenzjal għal tkabbir ta' kapital. Il-fond jista' jinvesti l-assi kollha tiegħu f'titoli ta' dħul fiss klassifikati u mhux klassifikati u jista' jinvesti sa 60 fil-mija tal-assi f'unitajiet ta' skemi ta' investiment kollettiv u fondi negozjati fil-borża. Il-High Income Fund (Fond ta' Dħul Għoli) jista' jinvesti sa punt limitat f'ekwitajiet, u prodotti li jikkwalifikaw bħala titoli trasferibbli, iżda li huma magħquda madwar għadd ta' titoli sottostanti li minnhom jidderivaw il-valur tagħhom. Il-fond jista' jinvesti fi swieq emerġenti għalkemm se jiffoka fuq swieq żviluppati. Il-mira ewlenija tal-Merill Global Equity Income Fund (Fond ta' Dħul ta' Ekwità Globali ta' Merill) hija li tikseb tkabbir tal-kapital u dħul minn portafoll diversifikat ta' investimenti. Is-sottofond ser jinvesti primarjament f'ekwità ta' kumpaniji mifruxa mad- dinja kollha u sa 60 fil-mija tal-assi mmaniġġjati jistgħu jiġu investiti f'unitajiet ta' skemi ta' investiment kollettiv u fondi negozjati fil-borża. Il-Fondi ser jiġu pprezzati u ser jinnegozjaw kuljum u huma adatti bħala investiment fuq terminu medju sa twil - u d-dħul ser jitħallas fuq bażi ta' kull tliet xhur. L-investituri jistgħu jagħżlu investiment ta' somma f'daqqa jew bħala pjan ta' tfaddil. Jesmond Mizzi, direttur ta' Merill Sicav plc, qal li "l-fondi huma mmirati lejn dawk l-investituri li jixtiequ jxerrdu l-investimenti tagħhom f'portafoll diversifikat ta' assi sottostanti varji inkluż rendiment għoli globali, bonds ta' grad ta' investiment, ishma internazzjonali u lokali. Is- Sur Mizzi enfasizza wkoll li huwa importanti għall-investituri li japprezzaw li dawn iż-żewġ fondi ġodda jinkorporaw firxa sħiħa ta' prodotti ta' investiment li jippermettu l-fondi biex jaqilgħu dħul minn sorsi alternattivi ta' investimenti li jingħadda lill-investituri fuq bażi ta' kull tliet xhur. Issa aktar minn qatt qabel l-investituri jeħtieġu jiddiversifikaw fi klassijiet ta' assi differenti biex jiġġeneraw dħul iżda wkoll biex jipproteġu u jsaħħu l-kapital tagħhom." Bħala offerta introduttorja l-investituri kollha jistgħu jibbenefikaw minn miżati inizjali skontati għall-akkwist ta' dawn iż-żewġ Fondi Merill ġodda. Dawn il-miżati huma skontati għal 1.25 fil-mija għall- applikazzjonijiet kollha li jaslu sal-15 ta' Marzu 2017. L-investimenti għandhom ikunu bbażati fuq id-dettalji li jinsabu fil-Prospett u d-Dokumenti bit-Tagħrif Ewlieni għall-Investituri (KIIDs). Il-kumpanija u s-SICAV huma liċenzjati mill-Awtorità għas- Servizzi Finanzjarji ta' Malta. Il-Qlugħ Aħmar u 31 novella oħra KTIEB li jiġbor fih 32 novella, miktuba minn Lawrence Gatt, u b'daħla tar-Rev. Prof. Peter Serracino Inglott, dawn in-novelli ġew miktuba fuq medda twila ta' snin, bl- ewwel waħda tmur lura għall-1959. Sa snin wara, kienu nkitbu sebgħa minn dawn in-novelli, fit-tmeninijiet tlestew 4 oħra, fid-disgħinijiet 10 novelli, u fl-ewwel sena ta' dan is-seklu nkitbu l-11 li baqa'. Fil-Preżentazzjoni tiegħu, il-Prof. Serracino Inglott osserva li, "L-istejjer li jirrakkonta l-Perit Gatt setgħu ssemmew 'Rajt Malta Tinbidel'." U bir-raġun, għax il-ħajja fis-sittinijiet ma kinitx bħal dik tas-sebgħinijiet, jew tal-bidu ta' dan is-seklu. Per eżempju, fin-novella 'Id-Dota ta' Marjetta', żgur li ħafna żgħażagħ tal-lum jistaqsu x'inhi d-dota. In-novelli huma meħudin minn ġrajjiet li tassew ġraw, bħal fin-novella 'Meta lħaqt Professur', u 'Il-Purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira', jew minn ġrajjiet li setgħu ġraw lil kull wieħed jew waħda minna. F'każi li l-istejjer ġraw tassew, ħlief 'Meta lħaqt Professur', inbidlu l-ismijiet u l-ambjent biex ma jintgħarfux il- protagonisti tal-istorja. In-novelli, li huma miktuba b'Malti mexxej ħafna, jittrattaw suġġetti varji li jinkludu dawk drammatiċi, umoristiċi, u stejjer ta' mħabba, li jżommu l-qarrejja bil-kurżità sal-aħħar għax kollha jispiċċaw b'sorpriża li ma tkunx tistennieha. Meta taqra waħda, tqanqallek il-kurżità biex taqra oħra, sakemm tispiċċa l-ktieb kollu. Kolbe – ir-Rock-Opera ġdida f 'Għawdex BĦALISSA, fl- Oratorju Don Bosco t'Għawdex qed isiru l-aħħar preparamenti biex fil-ġranet li ġejjin jittella' spettaklu mużikali ġdid bl-isem ta' Kolbe. Din hija rock-opera bil-Malti li qed issir f 'għeluq il-75 sena mill-mewt ta' San Massimiljanu Kolbe fil-kamp tal-konċentrament ta' Auschwitz fil-Polonja matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-ġrajja ta' Kolbe hija msejsa fuq il-fidi qawwija ta' dan l-eroj u d-devozzjoni tiegħu lejn il- Madonna. Hija ġrajja minsuġa mal-valuri tas- solidarjetà, l-inklużjoni, l-paċi u l-ħelsien - kollha valuri li għadhom meħtieġa fis-soċjetà tagħna tal-lum. U għalhekk il-messaġġ li trid twassal din ir-rock- opera għadu attwali ħafna. Ir-rock-opera Kolbe se ssir għall-ewwel darba fit-teatru tal-Oratorju Don Bosco, Għawdex nhar is-Sibt 11 ta' Marzu fis-7.30pm, b'ripetizzjoni l-għada l-Ħadd 12 ta' Marzu fis- 2.30pm (matinee show), kif ukoll is-Sibt 18 ta' Marzu fis-7.30pm. Bla dubju dan se jkun wieħed mill-isbaħ xogħlijiet mużikali kbar li l-Għaqda Drammatika tal- istess Oratorju qatt tellgħet f 'dawn l-aħħar snin fit- teatru tagħha. Kolbe hu spettaklu ta' sagħtejn mużika kontinwa mill-isbaħ minsuġa b'kant u żfin u mtella' minn kast ta' madwar mitt persuna. Il- mużika tiegħu għal solisti u korijiet, hija miktuba fuq stili differenti li jvarjaw minn ballads, għal rock, folk, blues u ġeneri oħra, li imma jolqtu żgur il-gosti ta' kulħadd. Fir-rock-opera se jieħdu sehem uħud fost l-aqwa talent Għawdxi tal-mument. Il-karattri ewlenin f ' Kolbe qed ikunu nterpretati minn Ruth Portelli, Mario Caruana, Jamie Camilleri u Lara Xerri Mompalao. Kantanti oħra jinkludu Sarah Bonnici, Maria Cassar, Fabian Galea, Angelica Portelli u Mario Portelli. Il- mużika nkitbet mit-Taljan Daniele Ricci, waqt li l-arranġamenti vokali tħallew f 'idejn Mario Caruana u Evelyn Bonnici. Id-direzzjoni artistika hija f 'idejn Saviour Cremona. Il-biljetti għal dan l-ispettaklu mużikali jistgħu jinkisbu mill-Oratorju Don Bosco t'Għawdex kuljum wara l-5.00pm, jew inkella billi wieħed iċempel fuq in-numri 21556616 jew 99487751. Il-booking jista' jsir ukoll permezz tal-indirizz elettroniku odbgozo@yahoo.com.