Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Sports 29 Ritratt: Dominic Borg Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat St Andrews .......................0 Floriana ............................0 ST Andrews żammew lil Floriana fi draw ta' mingħajr gowls biex b'hekk is-Saints kisbu punt prezzjuż waqt li tellfu żewġ punti daqstant ieħor prezzjużi lill-Greens Madankollu, wara r-rebħa ta' Gzira United kontra Hamrun Spartans, St Andrews jinsabu fl-10 post tal-klassifika. Min-naħa l-oħra dan kien riżultat negattiv għal Floriana li naqsu milli jiksbu r-raba' rebħa konskuttiva hekk kif qed ifittxu li jiksbu post fl-Ewropa. Il-kowc ta' Floriana Giovanni Tedesco wettaq tliet tibdiliet mit-tim li għeleb lil Pembroke Athleta matul il-ġimgħa li għaddiet hekk kif Ryan Camenzuli, Steve Pisani u Amadou Samb ħadu post Clyde Borg, Sebastian Nayar u Mario Fontanella rispettivament. Min-naħa l-oħra, St Andrews kellhom lil Godwin Mckay jieħu post Enmy Manuel Pena Beltre li kien sospiż. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti meta l-captain Joseph Farrugia niżżel il-ballun lejn Aidan Jake Friggieri bix-xutt ta' dan jgħaddi ftit għoli. Floriana wieġbu sitt minuti wara meta Amadou Samb xeħet kross lejn Nicolas Chiesa li min-naħa tiegħu xeħet il- ballun għan-nofs bid-difiża ta' St Andrews tikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fil-21 minuta, Amadou Samb għadda tajjeb lejn Ignacio Varela bil-konklużjoni tiegħu tkun waħda erratika. St Andrews wieġbu fid-39 minuta meta Godwin McKay mill-ġenb avvanza fil-kaxxa bix-xutt tiegħu jiġi milqugħ faċilment mill-goalkeeper ta' Floriana, Matthew Grech. Reġgħu kienu St Andrews li ħolqu l-periklu fl-74 minuta meta s-sostitut Udoh avvanza mix-xellug iżda kellu x-xutt fraġli tiegħu milqugħ mingħajr diffikultà minn Matthew Grech. Fis-87 minuta Floriana resqu viċin li jiskorjaw il-gowl tar-rebħa iżda naqsu milli jagħmlu dan meta minn korner ta' Steve Pisani, kien Mario Fontanella li sab quddiemu lill-goalkeeper tas-Saints Jake Galea li ħareġ minn tulu biex salva gowl ċert. St Andrews - Galea, Johnson, Kesinovic, Bong Won Che, Kastrevec, McKay (Okon Udoh 73'), Farrugia, Belacevic, Friggieri (Brandle 90'), Paz, Nwoko (Darmanin 90') Floriana - Grech, Scicluna, Monticelli, Ruiz, Pisani, Varela, Vella (Fontanella 58'), Pisani, Samb, Chiesa (Borg 73'), Camenzuli Referi - Genc Nuza (Kosovo) minn Cristian Antony Muscat Sliema W ..........................1 Hibernians ........................2 HIBERNIANS ikkonvinċew u għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1 biex issa telgħu fil-quċċata tal-klassifika għalkemm għandhom logħba iktar minn Balzan li jkunu mpenjati llum kontra Pembroke Athleta. Il-Pawlisti fetħu l-iskor wara biss seba' minuti meta wara azzjoni veloċi Jorge Pereira Da Silva għadda tajjeb lejn Jurgen Degabriele li mill-viċin għeleb lill-goalkeeper tal- Wanderers Giuseppe Sarao permezz ta' xutt fil-baxx. Il-Pawlisti rduppjaw l-iskor fl-34 minuta meta wara li rċieva min freekick tipiku ta' Glmiar da Silva Ribeiro, Bjorn Kristensen kien pront u mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-43 minuta Hibernians fallew ċans tad-deheb li jagħmluhom tlieta meta f 'kontrattakk veloċi Gilmar Da Silva Ribeiro għadda tajjeb lejn Clayton Failla li min-naħa tiegħu għadda pass qasir lejn l-awtur tal-ewwel goal Jurgen Degabriele li xxamplat waħdu minn pożizzjoni ferm ideali ra x-xutt angulat tiegħu jintemm ftit għoli minn fuq il-lasti ta' Giuseppe Sarao. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Sliema Wanderers ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fit-48 minuta wara li rċieva l-ballun minn freekick, għola tajjeb Jonathan Parson ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras mill-viċin jiġi milqugħ mingħajr wisq diffikultà minn Andrew Hogg. Fil-61 minuta Sliema Wanderers rebħu penalti meta minn azzjoni ta' corner, Clayton Failla deher jimbotta lil Jonathan Pearson biex mill-11- il metru nkariga ruħu l-captain Alex Muscat li ma żbaljax. Sliema W. - Sarao, Muscat, Temile, Bianciardi, Wisdom, Pearson (Spiteri 86'), Mintoff, Calixto Correa Duarte, Scerri, Incorvaia (Farrugia 46'), Aquilina (Muchardi 73') Hibernians - Hogg, Soares, Dias, Lima, Kristenesen, Failla, Ribeiro Da Silva (Moore 81'), Boljevic (Bezzina 68'), Pereira Da Silva, Degabriele (Vella 77'), Agius Referi – Glen Tonna IGNACIO VARELA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka kien l-aqwa plejer fil- grawnd. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil. Qabel ingħaqad ma' Hibernians, lagħab ukoll ma' Naxxar Lions kif ukoll ma' Bangu fil- Kampjonat Carioca 1 fil-Brażil. Floriana miżmuma draw minn St Andrews Hibernians jegħlbu lil Sliema Wanderers u jitilgħu fil-quċċata Aidan Jake Friggieri jipprova jisraq il-ballun mingħand Andrè Scicluna Ritratt: Christine Borg Marcelo Dias segwit minn Frank Temile

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017