Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Sports 30 Manchester United miżmuma minn AFC Bournemouth f 'Old Trafford MANCHESTER United ġewwa darhom f 'Old Trafford sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 minn AFC Bournemouth, bil-gowl għar-Red Devils jasal minn Marcos Rojo fit-23 minuta, b'Joshua King iġib id-draw għal AFC Bournemouth fl-40 minuta minn penalti. Rimarkabbli huwa l-fatt li Manchester United fallew penalti mogħti minn Zlatan Ibrahimovic fit-72 minuta waqt li AFC Bournemouth spiċċaw il-konfront jilagħbu b'10 plejers wara li fil-45 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Andrew Surman wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' 12-il minuta. Leicester City ġewwa darhom fil-King Power Stadium għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għall-Foxes jaslu minn Christian Fuchs, Riyad Mahrez u minn awto-gowl tal- plejer ta' Hull City, Tom Huddlestone. Intant, kienu Hull City li fetħu l-iskor fl-14-il minuta permezz ta' Sam Clucas. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Middlesbrough bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Marko Arnautovic. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Martin Olsson u minn doppjetta ta' Fernando Llorente. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Burnley waslu minn doppjetta ta' Andre Gray, bl-ewwel gowl għalih jasal minn penalti fl-20 minuta. Southampton barra minn darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 4-3 bil-gowls għalihom jaslu min Dusan Tadic, Manolo Gabbiadini u minn doppjetta ta' Nathan Redmond. Intant, it-tliet gowls għal Watford waslu minn Troy Deeney, Stefano Okaka Chuka u Abdoulaye Doucoure. Crystal Palace barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Wilfried Zaha u Andros Townsend fil-55 u fl-84 minuta rispettivament. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Napoli barra minn darhom fi Stadio Olimpico għelbu l-isfida ta' Roma bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu mill- attakkant internazzjonali Belġjan Dries Mertens fis-26 u fil-50 minuta. Min-naħa l-oħra, Roma naqsu l-marġni tal-iskor fid-89 minuta permezz tal- midfielder internazzjonali Olandiż, Kevin Strootman. Alessia Cristina tkompli timpressjona fl-atletika FIL-25 ta' Frar li għadda ġewwa t-trakka tal-Marsa sar avveniment ewlieni tas-sena fl-atletika fejn tnedew il-kampjonati tax-xitwa tal-atletika, fejn fil-kategorija tal- youths tat-tfajliet ta' bejn l-14 u l5-il sena Alessia Cristina rebħet il-midalja tad-deheb tad-distanza 60m f 'ħin ta' 7.93 sekondi. Dan kien l-uniku ħin li niżel taħt it-tmien sekondi f 'din l-istess kategorija kif ukoll kien biss tliet milleżimi ta' sekondi 'l bogħod sabiex jitlaħaq ir-rekord preżenti tal-istess kategorija, liema rekord ilu mbattibli għal dawn l-aħħar ħames snin. Ta' min jgħid ukoll li l-ħin ta' Alessia kien is-sitt l-aqwa ħin tal-ġurnata fost l-atleti nisa ta' età akbar. Dan jawgura tajjeb ħafna għall-futur immedjat u qrib ta' Alessia fl-atletika. Wara assenza ta' sentejn, hija rebħet ukoll il-midalja tal-fidda fil- long jump b'distanza ġdida għaliha fejn issuperat il-ħames metri u tliet ċentimetri. L-atleta żagħżugħa ewlenija Maltija Alessia Cristina RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 4 ta' Marzu Manchester U. vs AFC Bourn. 1-1 Leicester C. vs Hull C. 3-1 Stoke C. vs Middlesbrough 2-0 Swansea C. vs Burnley 3-2 Watford vs Southampton 3-4 WBA vs Crystal Palace 0-2 FIXTURES Il-Ħadd 5 ta' Marzu 14:30 Tottenham H. vs Everton 17:00 Sunderland vs Man. City It-Tnejn 6 ta' Marzu 21:00 West Ham U. vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 4 ta' Marzu Roma vs Napoli 1-2 Il-Ħadd 5 ta' Marzu 12:30 Atalanta vs Fiorentina 15:00 Cagliari vs Inter 15:00 Crotone vs Sassuolo 15:00 Empoli vs Genoa 15:00 Torino vs Palermo 15:00 Udinese vs Juventus 20:45 Bologna vs Lazio Zlatan Ibrahimovic deluż bid-draw ta' 1-1 kontra AFC Bournemouth

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017