Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Avviż dwar ir-IV Sejħa għall-Proposti ta' Proġetti taħt l-Assi Prijoritarji 4 u 5 Estensjoni tad-Data għas-Sottomissjonijiet tal-Proġetti L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta tixtieq tinforma lill-applikanti prospettivi illi d-data ta' meta se tagħlaq ir-IV sejħa għall-proposti ta' proġetti taħt l-Assi Prijoritarji 4 u 5 ġiet estiża sal-5 ta' Mejju 2017 f'nofsinhar. Informazzjoni addizzjonali fuq l-applikanti eliġibbli kif ukoll fuq l-"Standard Scales of Unit Cost" applikabli għall-proġetti taħt l-Ass Prijoritarju 4 hija disponibbli fl-Avviż ippubblikat fuq www.eufunds.gov.mt. Iktar informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz ta' posta elettronika fuq: info.ppcd@gov.mt. Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Tliet lukandi ordnati jagħlqu l-bibien fl-2016 L-MTA tinżel b'ponn tal-ħadid u tieħu azzjoni legali kontra 10 lukandi u tmien operaturi, fosthom Żaren Vassallo Minn Albert Gauci Cunningham MATUL l-2016, l-Awtorità Maltija tat- Turiżmu (MTA) niżlet b'ponn tal-ħadid fuq numru ta' operaturi ta' lukandi li ma kinux konformi mar- regolamenti kif stabbliti jew fejn l-istabbiliment kien taħt l-istandards permissibbli. L-MTA, fil- fatt, ħarġet ordnijiet ta' infurzar għall-għeluq ta' tliet lukandi, waħda f 'San Pawl il-Baħar u tnejn f 'San Ġiljan. Minn spezzjonijiet li saru mill-istess awtorità s-sena l-oħra, jirriżulta li kien hemm b'kollox 17-il lukanda li ma kinitx konformi, b'azzjoni legali tittieħed kontra 10 lukandi u tmien operaturi. Operatur wieħed...tliet ordnijiet ta' infurzar Il-lukanda Santa Marija f 'San Pawl il-Baħar immexxija mill-operatur Krister Jose Zackrisson, l-operatur ta' żewġ lukandi oħra li ffaċċjaw azzjoni mill-MTA, ġiet sfurzata tagħlaq u ma tistax tiftaħ qabel ma jkollha l-approvazzjoni tal- awtorità. Jirriżulta, minn informazzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra tar-Rappreżentanti mill- Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, li din il-lukanda ma kinitx l-unika waħda ta' Zackrisson li kellha xi forma ta' kundizzjonijiet imposti fuqha. Fil-fatt, il-lukanda ta' faċċata tas- Santa Marija, il-Blue Seas San Anton ukoll laqqtet azzjoni mill-istess awtorità minħabba dak li kien deskritt bħala 'problema għaż-żamma u d-dehra tal- lukanda'. Fil-każ tal-lukanda Santa Marija, anke jekk din l-informazzjoni ma ngħatatx minn Zammit Lewis, ħaddiema mill- lukanda, kkonfermaw mal- ILLUM li għaddej rinovar, kif fil-fatt għaddej ukoll fil-lukanda Blue Seas San Anton. Lukanda oħra tal-istess operatur, li jirrapreżenta il-Cavendish Hotels Ltd., is-St. George's Park ta' Paceville, ukoll spiċċat fil-mira ta' azzjoni mill- Awtorità, b'multa ta' €1,165 talli l-lukanda ma kinitx konformi mal-livelli legali u sussegwentement ordni għall-għeluq tal-lukanda minħabba li ma kinitx konformi mal-livelli kif stabbiliti skont il-liġi. Fl-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa, ġie spjegat kif il-lukanda reġgħet kienet miftuħa mill-MTA, "b'mod gradwali wara li l-operatur beda jirranġa u jallinea ruħu mal-livelli legali." Imma din il-katina ta' lukandi ma kinitx waħedha, fil-fatt lukanda oħra, din id-darba f 'San Ġiljan, kellha l-giljottina qrib ħafna t''għonqha' meta anke hawn l-Awtorità ordnat l-għeluq tagħha. Il-Beach Garden Hotel, ta' tliet stillel fil-bajja ta' San Ġorġ laqqtet avviż ta' infurzar b'ordni oħra ta' għeluq tal-lukanda minħabba l-istat ħażin li kienet fiha. Il-lukanda reġgħet ġiet miftuħa mill- MTA b'mod gradwali wara li s-sid ħa azzjoni biex jkun konformi mal-liġi. Anke Żaren Vassallo laqqata'... Anke l-iżviluppatur Żaren Vassallo, f 'isem Oper8malta Ltd. iffaċċja azzjoni mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fuq il-lukanda ta' tliet stillel li jmexxi f 'Buġibba, il- Buġibba Hotel minħabba problema relatata ma' għamara, filwaqt li lukanda oħra ta' tliet stilel f 'Buġibba, Euro Club, kienet mitluba biex tagħmel titjib u twaħħal l-arja ikkundizzjonata kif rikjest mil-liġi. L-informazzjoni li poġġa Zammit Lewis fuq il- Mejda tal-Kamra turi li fiż-żewġ każi, ittieħdu jew qed jittieħdu l-miżuri li kien hemm bżonn. Apparti lukandi ta' żewġ jew tliet stillel, l-MTA kienet kostretta wkoll tieħu azzjoni kontra erba' lukandi ta' erba' stillel, tnejn f 'Tas Sliema, waħda fil-Qawra u l-oħra fil-Mellieħa. F'kull wieħed minn dawn il-każijiet, is-sitwazzjoni wkoll kienet miġjuba skont il-livelli rikjesti mil-liġi. Fil-każ tal-Lukanda Maritim Antonin Hotel tal- Mellieħa, l-MTA tat żewġ multi li laħħqu l-€2,330 minħabba li l-lukanda infetħet u baqgħet topera mingħajr il-permessi meħtieġa. Il-Ministru Edward Zammit Lewis kien qed jirrispondi domanda parlamentari tad-deputat Silvio Schembri. Il-lukanda Santa Marija, waħda mil-lukandi li kienu ordnati jagħlqu mill-MTA, sakemm... Aġenzija ta' kreditu oħra b'ċertifikat pożittiv għal pajjiżna ILFINANZI pubbliċi ssaħħu permezz ta' titjib fid-dħul minħabba tkabbir ekonomiku qawwi kif ukoll galbu fit-tmexxija li wasslet għall-iffrankar ta' madwar €30 miljun fi spiża pubblika. L-aġenzija internazzjonali DBRS ikkonfermat ir-rating għoli ta' 'A' għal pajjiżna. Skont l-esperti tad-DBRS, dan ir-rating jirrifletti l-istruttura pożittiva tad-dejn pubbliku, il-bilanċ solidu fil-pagamenti internazzjonali ta' pajjiżna, kif ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-familji Maltin. L-istess bħalma nnutaw l-IMF u l-Kummissjoni Ewropea, l-esperti tad-DBRS jgħidu li 'Malta's economy is among the fastest growing in the euro area and its growth prospects look favourable.' Ir-rapport jgħid ukoll li issa, il-finanzi pubbliċi ssaħħu permezz ta' titjib fid-dħul minħabba tkabbir ekonomiku qawwi kif ukoll galbu fit-tmexxija li wasslet għall-iffrankar ta' madwar €30 miljun fi spiża pubblika. Id-DBRS tfaħħar ukoll ir-ristrutturar li seħħ fl- Enemalta. L-aġenzija internazzjonali tisħaq fuq l-impenn tal-Gvern li jindirizza nuqqasijiet tal- passat fil-governanza. Ir-rapport tad-DBRS huwa ċertifikat ieħor pożittiv għal pajjiżna. Il-Gvern itenni r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta' riformi ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta' pajjiżna tkompli tissaħħaħ. It-titjib fil-finanzi pubbliċi, fl-ekonomija u fil-governanza li tinnota d-DBRS huma bażi soda għal iktar titjib fiż-żmien li ġej biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd.