Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Minn Brussell 15 Binche:Belt sħiħa tiżfen għad- tlett ijiem sħaħ wkoll personaġġi u bnadar Amerikani. Irġiel anzjani, żgħażagħ adulti u tfal mill- aktar ħelwin (hawn il-bniet jilbsu wkoll) iferrħu lill- eluf li jkunu qed jarawhom u jwaddbu l-konfetti fuq kulħadd filwaqt li jiżfnu ż-żifna ritwali tagħhom. It-Tnejn hu aktar mitfugħ fuq l-abitanti tal-post. Hi ġurnata dedikata liż-żgħażagħ u tfal. Iż-żgħażagħ kattoliċi, liberali u soċjalisti jiltaqgħu fil-pjazza kif għamlu f 'dawn l-aħħar 18-il sena fl-10 ta' filgħodu u akkumpanjati mit-tambur, iduru minn kaffetterija għall-oħra, u minn bar għal bar u jiżfnu matul il-ġurnata kollha. Għall-ħabta tal-11 ikun hemm ġlieda bil-konfetti u fit-3 joħorġu fil-pjazza jqassmu l-larinġ lin-nies. Fil-5pm, iż-żgħażagħ kollha jmorru fejn l-istazzjon tal-ferrovija li għadu fi stat taż-żmien meta bdiet it-tren, u jkun hemm il-logħob tan- nar. Atmosfera maġika iżda li fiha ma rajt xejn Medjevali. Però dan kien biss il-ftuħ tal-Karnival li jilħaq il-qofol tiegħu it-Tlieta. Il-Gilles hu persunaġġ li hu speċi ta' buffu li jilbes libsa bil- kuluri tal-bandiera Belġjana, maskla tax-xema' magħmula apposta u żraben tal-injam. It-Tlieta jkun hemm madwar 1,000 Gilles li l-età tagħhom tkun minn 3 snin sa 60 sena u kollha irġiel. Li jkollok l-unur li tilbes ta' Gilles fil-Karnival hi xi ħaġa li kull raġel li jgħix f 'Binche joħlom li jkun, u fil-fatt biex tkun tista' tagħmel dan, trid tkun ilek toqgħod f 'Binche għal mill-inqas ħames snin. Il-festeġġjamenti nhar ta' Tlieta jibdew mill- 4 ta' filgħodu fejn il-Gilles idumu jitlibbsu sew bit-tiben f 'darhom biex jagħtu dehra li huma ħotbin u minn kmieni filgħodu għad-daqq tat-tnabar madwar il-belt kollha wieħed jilmaħ diversi Gilles jiżfnu. Wara nofsinhar jilbsu kappell magħmul mir-rix tal-ostrich, li biex tikrihom trid tħallas madwar €300 u jimmarċjaw madwar il-belt bil-basktijiet tal-larinġ u dan il-larinġ jibda jintefa lejn il-folla li jkunu qed jarawhom u kif jgħid il-Malti, fuq min tiġi jkun sultan. Għax jingħad li min jintlaqat b'larinġa jkollu sena ta' prosperità (jekk ma jagħmuhx b'xi daqqa ta' larinġa). Fil-fatt, għalkemm din it-tradizzjoni ġejja minn mijiet ta' snin ilu, hemm diversi ċittadini li biex ma jkollhomx ħsara fil-bini fejn ġieli tkissru xi twieqi jgħattu t-twieqi bl-injam. Barra minn hekk, dan il-larinġ ma tistax titfgħu lura għax ikun meqjus bħala insult. FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Jgħajtu x-xjuh u jgħajtu ż-żgħar viva via l-Karnival Il-kavallerija tmexxi l-isfilata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017