Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 10 Tkompli minn paġna 1 Din il-gazzetta qed jaslulha numru ta' każi simili u wegħdi li għamel Refalo qabel l-aħħar elezzjoni, fosthom tnejn li kienu mwiegħda li jiddaħħlu jaħdmu mal-Korpi Dixxiplinati qabel l-elezzjoni li għaddiet, nies li huma parti minn skema għal dawk li m'għandhomx impjieg imma li fil-fatt għandhom negozju u anke transfers ta' nies mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal postijiet oħrajn, fejn mhux neċessarjament ikun hemm bżonn in-nies. Fost il-postijiet fejn qed 'jinħolqu' l-impjiegi għal dawk li jixtiequ jaħdmu mal-Gvern hemm iċ-Ċittadella, Kumplessi sportivi, fil-Ministeru nnifsu u anke fi skemi, bħall- Community Work Scheme. Nies li tkellmu mal-ILLUM qalu li l-Ministeru sar qisu l-ETC, "impjiegi mal-Gvern bħall-pastizzi." Din il-mewġa ta' klijenteliżmu, kontinwazzjoni perfetta tas- sistema li ħaddmet Giovanna Debono, qed tagħmel il-prospett ta' telfa konsiderevoli għall-PL fit-13-il distrett fl-elezzjoni tal-2018, iktar reali biċ-ċans li Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani titlef is-siġġu li għandha fil-Parlament bħalissa. Fl-2013, il-Partit Laburista kien eleġġa tliet Deputati minn Għawdex, għall-ewwel darba, iżda xorta kien baqa' ftit inqas minn 200 vot minn wara l-Partit Nazzjonalista, f 'distrett li fih il-PN dejjem kiseb maġġoranza ta' voti mill-1976 sal-lum. Il-PN dejjem rebaħ dan id-distrett b'mod konviċenti qabel l-2013, bl-inqas maġġoranza tkun akkwistata fl-elezzjoni tal-1996 b'1,634 vot. Dakinhar, il-PN kien tilef l-elezzjoni. L-akbar maġġoranza li ġab il-PN f 'Għawdex kien fl-elezzjoni tal-2003 meta kiseb maġġoranza ta' iktar minn 4,000 vot u l-PN rebaħ l-elezzjoni bl- għajta tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Bosta votanti tat-13-il Distrett, fosthom ukoll Laburisti u switchers huma rrabjati għax iħossu li l-wegħda tax-xogħol f 'Għawdex għall- Għawdxin ma saritx realtà, għajr għal impjiegi li huma direttament marbutin mal- Gvern jew inkella permezz ta' skemi. Oħrajn huma rrabjati għax f 'dawn l-erbgħa snin, ftit jew xejn saru proġetti f 'Għawdex, għajr il-ftuħ taċ- Ċittadella, liema proġett inbeda minn Gvern preċedenti filwaqt li proġetti bħal dak tad-dar tal-anzjani fl-Imġarr u tal-Qorti ġdida waqgħu lura ħafna. Dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu li anke fejn jirrigwarda Direttorati, dawn qed jitilfu s-saħħa tagħhom. "Kellna konferenza dwar kemm ġew turisti Għawdex fit-tmiem il-ġimgħa tal-Karnival u kellna l-Ministru Malti (Edward Zammit Lewis). U d-Direttorat tat-Turiżmu Għawdxi fejn kien?" staqsiet waħda mill- persuni li tkellmu mal-ILLUM. Minkejja li tista' tidher xi ħaġa insinnifikanti, dawk li tkellmu magħna sostnew li dan huwa sintomu tal-fatt li l-Ministeru kif inhu, tilef is-saħħa kollha. Fil-fatt, apparti l-favuri tibqa' problema kbira l-fatt li l-Ministeru ta' Refalo 'tnaqqar' waħda sew mill-poteri li kellhom l-eks Ministri Anton Tabone u Giovanna Debono. Kienet l-ILLUM li lura fit-13 ta' Diċembru 2015 irrappurtat kif mill-2013 il-Ministeru t'Għawdex tilef ir-responsabbiltajiet tas- settur tal-enerġija, diżabilità, skart, saħħa, edukazzjoni, toroq u saħansitra l-bini ta' link permanenti bejn iż-żewġ ġżejjer. Dan ifisser li prattikament il- Prim Ministru, mill-bidu nett 'qata' saqajn' Refalo. Barts: Investiment pożittiv li qed jagħmel lil Refalo inqas popolari Minkejja li l-proġetti li mistenni jġib lil Barts f 'Għawdex kif ukoll il-proġett tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex huwa meqjus bħala pożittiv ħafna, jibqa' fatt li għad hemm element qawwi ta' biża' u inkwiet fost il-ħaddiema. L-ILLUM hija nfurmata li ħafna mis-sostenituri jew anke qraba ta' Refalo, ma baqgħux jaħdmu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u talbu li jkunu trasferiti xi mkien ieħor, fost dawn kien hemm mart il-Ministru Refalo, Michelina. Mart Refalo kienet telqet minn impjegata mal-Ministeru, biex ingħatat impjieg fl-Isptar t'Għawdex. Sena wara, f 'Ottubru 2016, mart il-Ministru kienet ingħatat impjieg mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan kollu aktar qajjem suspetti mill-ħaddiema tal-stess Sptar Ġenerali u wħud minn dawk li tkellmu mal- ILLUM sostnew li l-fatt li mart il-Ministru telqet u sabet impjieg post ieħor kien qisu melħ fuq il-ferita. Refalo moħħu mistrieħ... Minkejja kollox iżda, u minkejja din ir-rabja, dawk li tkellmu magħna qalu li Refalo ma tantx qed jinkwieta jew jitlef wisq irqad. Dan minħabba li jaf li fl- elezzjoni ġenerali li jmiss se jerġa' jkollu numru ta' voti biżżejjed 'biex jitla' sparat, speċjalment mingħand dawk li hu jkun għen jew qeda u dawk li jwegħedhom li se jgħin jew jaqdi,'' sostna wieħed mis-sorsi tagħna. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali Refalo kien ġab l-akbar numru ta' voti mid-distrett kollu b'5,264- il vot, saħansitra iktar minn Giovanna Debono li kienet ġabet 4,756-il vot. L-ikbar uġigħ ta' ras għalhekk se tkun ta' Joseph Muscat għax jekk jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista, se jkollu jagħżel bejn l-aktar kandidat li probabbilment se jġib voti, u Franco Mercieca, il-kandidat Għawdxi preferut tiegħu. (Nhar Il-Ħadd li ġej se nkomplu nirrapurtaw aktar stejjer minn Għawdex u niżvelaw aktar dwar l-iżviluppi politiċi fit-13-il Distrett) Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Jobs Plus Permit No: 112/2016) Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 Equality Beyond Gender Roles, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Diċembru 2017) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tà, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal-proġett; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; u - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Mangement u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 15 ta' Marzu 2017. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2590 3850 | Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett parzjalment iffinanżjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' kofinanzjament: 80% fondi ewropej; 20% fondi nazzjonali Muscat se jkollu għadma iebsa jekk jirbaħ: Jew Refalo jew Franco Il-Ministru Refalo 'moħħu mistrieħ' li xorta se jitla' sparat Jekk jirbaħ fl-2018, Muscat se jkollu jagħżel...jew Franco Mercieca jew iżomm lil Refalo Ministru