Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Intervista 13 biex immigrant ma jintbagħatx lura fejn ikun hemm periklu għalih. "Iżda l-prinċipju Ewropew jinkludi wkoll li jekk m'għandekx dritt, ma tidħolx. U l-Ewropa nqabdet fuq sieq waħda għax kienet għaddejja minn proċess ta' liġijiet meta sabet miljuni ta' refuġjati ma' wiċċha. Ara llum ninsabu preparati ħafna aħjar minn sentejn ilu. Issa għandek passaport li jingħata lil min daħal b'mod irregolari biex jintbagħtu minn fejn ġew. Dan barra l-ftehim mat-Turkija biex l-immmigranti mis-Sirja jibqgħu t-Turkija u l-ftehim mal-Libja li qed jiġi xprunat ukoll mill-Gvern Malti. Iżda n-nies m'għandhomx paċenzja u qed jaraw it-televiżjoni bl-immigranti deħlin fl-Ewropa. B'hekk, l-inkwiet u l-biżgħat tagħhom qed iwaħħluh fl-Unjoni Ewropea li min-naħa tagħha mhix twassal liċ-ċittadin tagħha dak li tant qed tagħmel tajjeb għall- istess ċittadin. L-akbar problema tal-Unjoni Ewropea hi n-nuqqas ta' kommunikazzjoni maċ-ċittadini. Le Pen u oħrajn bħalha qed ibeżżgħu bil- babaw u mhux bit-theddida reali." Agius jgħid li x-xettiċi ma jinkwetawhx iżda jdejquh biss dawk li ma jibbażawx l-argumenti tagħhom fuq informazzjoni tajba u akkost ta' kollox ikunu jridu jkissru biss. "L-Ewropa għandha bżonn ix-xettiċiżmu. Għax ix-xettiċiżmu jistaqsi. Platun jgħid li jekk fil-ħajja ma tistaqsix, lanqas ħaqq li tgħixha. L-akbar ħalliema tal-Ewropa kienu xettiċi. Kieku Schuman aċċetta l-Ewropa ta' dak iż-żmien, kieku m'għandniex Unjoni Ewropea. Schuman kien qal li ma jistax ikun li fl-Ewropa nibqgħu noqtlu lil xulxin kull 20 sena u qal li allura hemm bżonn li l-faħam u l-azzar isir tat- tnejn, tal-Ġermanja u ta' Franza. Ir- riżorsi saru komuni u l-interessi żgur li se jkunu komuni. "Ħafna mix-xettiċi huma tajbin anke jekk ħafna jħalltuhom mal-ħżiena. U dawn jagħtu kontribut tajjeb ħafna bħall-Ingliżi li għalkemm dejjem xettiċi taw kontribut straordinarju lill- Unjoni Ewropea." 'Irid Ewropa li tagħti riżultati konkreti liċ-ċittadin' Ladarba Peter Agius jikteb id- diskorsi ta' Tajani, bilfors li jaf liema tragward irid jilħaq il-president tal- Parlament Ewropew. "Irid Ewropa li tagħti riżultati konkreti liċ-ċittadin. Tajani ma jistax jaċċetta li għandna ċerti affarijiet li huma faċli biex jinbidlu u nibqgħu ma nibdluhomx. Bħall-burokrazija, il-kumplikazzjoni fil-fondi Ewropej, il-qsim ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet u bejn kull pajjiż biex nipprevjenu l-attakki terroristiċi. Taf li int fil- Belġju stess wara l-attakk terroristiku, irrealizzaw li dawk li jitkellmu bil- Franċiż u l-oħrajn li ġejjin minn żoni li jitkellmu bil-Fleming ma kinux qasmu l-informazzjoni li kellhom? Qed jagħmel enfasi kbira li l-Ewropa tkun viċin iċ-ċittadin. Fil-fatt, meta ġie Malta riedni nlaqqgħu ma' gruppi min-negozji, NGOs, mill- ambjent, mill-pensjonanti, studenti u organizzajnielu dawn il-laqgħat f 'Dar l-Ewropa fejn qasam l-ideat man-nies u qalli li vera ħa gost b'din il-laqgħa. L-interess vera ġenwin tiegħu huma n-nies." Peter Agius temm l-intervista billi qal li l-ħolma tiegħu hi li jkun hemm aktar kommunikazzjoni mal-poplu b'mod dirett u li jifhmuh iċ-ċittadini u mhux ħafna terminoloġiji. "Irridu nitkellmu man-nies kif jitkellmu n-nies. li jgħid biss iżda anke kif iġib ruħu' Ritratt: Ray Attard Fl-Ewropa biex tieħu dak li ħaqqek, l-ewwel jaraw il-kompetenza tiegħek imbagħad lil-liema partit tappartjeni " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017