Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Tkompli minn paġna 1 B'kollox, bejn applikazzjonijiet approvati u dawk pendenti, fuq is-sit tal- Awtorità tal-Ippjanar hemm madwar 92 applikazzjoni. Minn dawn, kien hemm 50 applikazzjoni għal blokok ġodda ta' appartamenti li se jinbnew wara t-twaqqigħ ta' bini eżistenti u 14-il applikazzjoni għal blokok ġodda fuq art mhux żviluppata. Hemm ukoll 26 applikazzjoni għal żieda ta' appartamenti fuq blokok eżistenti, li kollha kemm huma ngħataw permess li jgħollu sa' seba' sulari b'numru ta' appartamenti u penthouses ġodda, miżjuda fuq blokok antiki li bħalissa huma għoljin tlieta jew erba' sulari. In-numru ta' residenzi ġodda li wisq probabbli jkunu lesti u okkupati sa mhux inqas minn ħames snin oħra, jammontaw għal 1,085, bejn penthouses, maisonettes u appartamenti b'numru ta' kmamar tas-sodda li jvarja bejn waħda u tlieta. L-ILLUM għamlet kalkulazzjoni bbażata fuq medja ta' 3 persuni għal kull residenza li hija ċifra qrib statistika tal-Eurostat tal- 2015, li kienet ikkalkulat li l-medja ta' persuni jgħixu f 'kull dar f 'Malta hija ta' 2.5. Il-gazzetta żiedet din il-medja għal 3 minħabba n-natura tal- lokalità b'ħafna appartamenti għall-kiri li fihom jgħixu sa ħames jew anke sitta min-nies f 'ċerti każi. Dan ifisser li se nkunu qed inħarsu lejn il-prospett ta' 3,255 resident ġdid f 'San Pawl il-Baħar. Din tkun żieda ta' 15.5% fuq in-numru diġà kbir ta' 21,000 resident f 'din il-lokalità ffullata. Din iż-żieda waħedha tammonta għar-residenti kollha ta' xi raħal żgħir bħall- Imqabba b'popolazzjoni ta' 3,315, li jiddeċiedu li 'jemigraw' kollha f 'daqqa lejn San Pawl il-Baħar. Żieda fin numru ta' djar u residenti se ġġib magħha wkoll żieda fil-karozzi Minbarra ż-żieda sostanzjali fin-numru ta' residenti f 'kull waħda mill-1,085 residenza ġdida, l-ILLUM ikkalkulat ukoll li fil-lokalità se tiżdied medja ta' karozza għal kull residenza, jew aktar minn 1,000 karozza ġdida ssuq fit- toroq u tfittex parkeġġ. Dwar iż-żieda fin-numru ta' karozzi, fir-riċerki li saru mill-ILLUM, ġie nnutat li kważi l-applikazzjonijiet kollha kienu almenu jinkludu garaxxijiet taħt il-livell tat-triq. Minn dawk l-applikazzjonijiet li fihom kien hemm iddikjarat in-numru ta' garaxxijiet li se jinbnew, se jkun hemm madwar 530 garaxx ġdid. Uħud mill-applikazzjonijiet ma speċifikawx in-numru ta' garaxxijiet li se jkun hemm fil-blokka, jiġifieri ċ-ċifra tista' tkun aktar. Kien hemm ukoll ftit applikazzjoiijiet li ma kinux jinkludu garaxx, u fil każ ta' blokok ta' appartamenti li se jinbnew flok djar antiki, l-applikazzjoni kienet tinkludi garaxx wieħed biss għal blokka ta' madwar sitt unitajiet. Filwaqt li tajjeb li almenu se jiżdiedu wkoll il-garaxxijiet fil-lokalità biex itaffu l-problema ta' parkeġġ li se ġġib magħha żieda ta' eluf ta' karozzi, ma jfissirx li kull min jixtri waħda minn dawn il-proprjetajiet ġodda se jiflaħ jixtri garaxx ukoll, u għaldaqstant, il-problema diġà gravi tal-parkeġġ fiż- żona, se tmur biss għall- agħar. U għalissa lanqas biss mhu qed insemmu l-ġenerazzjoni ta' traffiku żejjed li se teffetwa l-madwar kollu. 7 sulari jgħoddu bħala 'high-rise'? Din il-ġimgħa fuq is-siti soċjali deher ritratt ta' blokka appartamenti fil-pjazza ta' Buġibba, li qajmet ħafna reazzjonijiet fost in-nies li l-maġġoranza tagħhom maqdru l-għoli kuntrastanti ta' din il-binja l-ġdida, filwaqt li oħrajn ikkumentaw dwar id-daqs żgħir tal-erba' appartamenti, 'ppustjati' wieħed fuq l-ieħor. Filwaqt li bħalissa din il-blokka li qisha feles dejjaq f 'nofs ta' triq, imdawra b'bini aktar baxx, tispikka ħafna, kull min ikkummenta forsi ma jafx li t-92 applikazzjoni għall-bini ġdid fiż-żona huma kollha ta' sitt jew seba' sulari. Dan ifisser li bir-rata ta' kif qegħdin jingħataw il-permessi tal-bini, l-għoli tal-bini l-ġdid kollu f 'San Pawl il-Baħar se jkun livell ta' din il-blokka li qajmet tant kontroversja din il-ġimgħa, għaliex inzertat waħda mill- ewwel li tlestew. Infatti waqt ir-riċerka tal-applikazzjonijiet għall- bini li għamlet l-ILLUM, irriżulta li kważi nofshom kienu għal twaqqigħ ta' djar antiki eżistenti, li bħal ma jaf kulħadd f 'San Pawl il-Baħar, huma żgħar u dojoq. Dan ifisser li ħafna mill-1,085 residenza ġdida li se tinbena fis-snin li ġejjin, se jkunu appartamenti żgħar u dojoq, xi drabi wieħed f 'kull sular li jitilgħu sa għoli ta' sitt sulari, b'bejt jew penthouse fuq is- seba' sular. 26 applikazzjoni oħra kienu għal estensjoni ta' blokok ta' appartamenti eżistenti, li minn tlieta jew erba' sulari, issa ngħataw il- permess iżidu fuqhom numru ta' appartamenti ġodda. Tul dawn l-aħħar xhur, il-kelma tant mibgħuda 'high-rise' issemmiet ta' spiss għal postijiet bħal Sliema u San Ġiljan, li fihom qegħdin jiġu proposti numru ta' binjiet għoljin f 'ċerti żoni tal-lokalità. Filwaqt li l-applikazzjonijiet għall-bini f 'San Pawl il-Baħar s'issa ma jinkludux proġetti ta' 20 sular u aktar, il-fatt li l-lokalità kollha se tinbidel f 'ġungla ta' blokok għoljin sa seba' sulari, xorta jista' jitiqies bħala sitwazzjoni ta' 'high-rise' sa ċertu punt. Flok żewġ torrijiet ta' madwar 40 sular il-wieħed, hawnhekk se nkunu qed inħarsu lejn mijiet ta' blokok, ta' seba' sulari, waħda ħdejn l-oħra. Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum 3,200 resident ġdid u 1,000 karozza aktar fis-snin li ġejjin Żvilupp li mistenni jiggrava l-problema tal-parkeġġ Blokka abbandunata se titwaqqa' biex flokha titla' waħda ġdida b'98 appartament Bħalissa jistona...imma abbli l-bqija tat-triq dalwaqt tkun kollha dak l-għoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017