Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Opinjoni 19 G ħaddew erba' snin ta' din il-leġislatura u dħalna għall- aħħar sena ta' dan il-gvern. Però jekk wieħed iħares lura u jmur għaż-żmien tal-kampanja u jara l-manifest tal-Partit Laburista faċilment jasal għall-konklużjoni li dan il-gvern falla f 'Għawdex. Falla fil-wegħdiet li għamel hu stess lilna l-Għawdxin. Il-propaganda u l-kliem sabiħ ta' qabel l-elezzjoni ma wasslu għall-ebda ħidma fil- konkret għalina l-Għawdxin. Dan jiġi kkonfermat minn statistika u stħarriġ li saru fosthom mill-EY li fih ħareġ li 85% taż-żgħażagħ Għawdxin għandhom xewqa li jaħdmu f 'Għawdex, 77% minnhom iħossu li Għawdex ma joffrix oppurtunitajiet għalihom u 12% jippreferu li jaħdmu Malta biex ikomplu l-karriera tagħhom. 66% jixtiequ li jiżviluppaw l-idea tagħhom f 'negozju li jkun ibbażat Għawdex. Meta soċjetà toqtlilha l-ambizzjonijiet u l-aspirazzjonijiet taż- żgħażagħ kif jista' jkollha futur? X'inhu l-irwol tal-gvern jekk mhux jara li jkollna futur għall- ġenerazzjoni żagħżugħa? Ilum, in-nies jistaqsu… se jibqa' ġenerazzjoni żagħżugħa f 'Għawdex? Skont studju wkoll li sar mill-Għaqda tal-Istudenti Għawdxin ħareġ li 84% qalu li kieku hemm fast boat service jużawh, 81% jaqblu li għandu jkun hemm Kunsill Reġjonali għal Għawdex, 87% jaqblu li l-kampus t' Għawdex għandu jiftaħ għal studenti barranin fejn 66% minnhom kieku jippreferu jistudjaw Għawdex. Dawn kollha kienu wedghiet tal-Partit Laburista li ma sarux. Dan apparti wkoll l-istatistika tal-NSO li tikonferma li n-numru ta' Għawdxin jaħdmu Malta żdied b'aktar minn 600 Għawdxi. Dan jenfasizza li Għawdex u l-Għawdxin huma dipendenti mill- ekonomija Maltija imma mhumiex parti integrali minnha. Għawdex jixraqlu li jkun mainstream fl- ekonomija nazzjonali. Il-Partit Laburista mhux biss falla f 'Għawdex imma wkoll tradixxa l-fiduċja tagħna l-Għawdxin meta ma kienx wiegħed ċertu affarijiet iżda għamilhom xorta, bħal meta twaqqfu l-vjaġġi tal-merkanzija lejn Sa Maison. Ħaġa oħra li l-Gvern Laburista ma kienx semma' qabel l-elezzjoni, kienet il-privatizzazzjoni tal- Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Tradiment ieħor li deher mill-ewwel ġurnata kien il-fatt li l-Ministeru għal Għawdex baqa' biss bit-titlu għaliex tilef il-poteri tiegħu. Dan ġie rifless fil-vot kapitali għal Għawdex li huwa wieħed miżeru ta' €9 miljuni meta fis-sena 2014 dan kien ta' €14-il miljun. Dan il-Gvern m'għandux viżjoni fit-tul għal Għawdex u dan, in-nies qed jinnotawh anke bil-mod ta' kif qed isiru l-ftit toroq li saru li qed iħasbu ħafna Għawdxin Il-PN kien inbarka fuq proġetti biex jinbnew it-toroq mill-ġdid, bis-servizzi kollha mgħoddija kif suppost skont l-istandards Ewropej, però f 'dawn l-aħħar erba' snin ma saritx triq waħda sħiħa bħala proġett komplut, iżda biss 'patching' fuq toroq eżistenti. Il-Partit Nazzjonalista se jmur għall-elezzjoni ġenerali li jmiss bi programm politiku speċifiku għal Għawdex li jkollu l-aqwa sett ta' proposti li qatt kellu partit politiku għall-Għawdxin. Jissalvagwardja l-identità Għawdxija għax iħoss li l-identità Għawdxija għandha tkun imsaħħa. Is-suċċess tal-ekonomija Għawdxija m'għandux jitkejjel permezz tan-numru ta' nies li jaqsmu kanal, il- maġġoranza kbira tagħhom huma Għawdxin li jivvjaġġaw għall-ħidma, iżda fuq in- numru ta' xogħol ta' valur miżjud maħluq f 'Għawdex għal dawk li jixtiequ jaħdmu f 'Għawdex irrelevanti jekk ikunux Għawdxin jew Maltin. Meta wieħed iħares lejn Għawdex u l-Għawdxin, irid jagħmel dan billi jaħseb b'mod reġjonali u mhux distrettwali għaliex l-isfidi huma ferm differenti kif ukoll il-potenzjali li għandhom Għawdex u l-Għawdxin. Hemm bżonn ninvestu f 'Għawdex però l-ewwel investiment li jrrid isir huwa fil-ħsieb li dan ma jiswiex il-miljuni, però jista' jissarraf f 'miljuni. Il-PN dejjem ta lil Għawdex id-dinjità tiegħu b'mod ħolistiku u inklussiv u mhux rah bħala 'problema li trid tissolva'. Dejjem kellu viżjoni għal Għawdex u issa jmiss li nagħmlu waħda ġdida. L-Għawdxin jixirqilhom opportunitajiet indaqs u standards ugwali ta' xogħol u għajxien u din is-sejħa mhux biss hija parti mill-ġustizzja soċjali imma quo sine għall-iżvilupp nazzjonali. Investiment f 'Għawdex huwa investiment f 'Malta. Futur għal Għawdex huwa futur għal Malta. L-Għawdxin għadhom jemmnu li Għawdex, jekk jitmexxa tajjeb u jibni fuq is-sens ta' inizjattiva tal- Għawdxin, jista' jkun mutur ta' ħidma ekonomika u soċjali mill-aktar siewi. U jista' jirnexxi minkejja li l-gżira għandha l-iżvantaġġi taċ-ċokon u tad-distanzi li kulħadd jaf bihom. Niddejjaq inħares lura minflok 'il quddiem, però mil-passat tal-Partit Nazzjonalista f 'Għawdex, wieħed jista' jara il-futur tal-politika għal Għawdex u l-Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem, jisma' u jifhem l-Għawdxin biex fi żmien li ġej jipproponi l-aħjar triq lejn progress veru f 'Għawdex. Għawdex mhux se jimxi 'l quddiem sakemm ikollna gvern li jibqa' jgħix gidba. Għawdex politiċi li jifhmu lill-Għawdxin u jaħsbu għal Għawdex irridu. Ilum il-ġurnata aktar minn qatt qabel l-Għawdxin iridu Ministru ta' Għawdex u l-Għawdxin. Ryan Mercieca huwa kandidat tal-PN fuq it-13-il distrett RYAN MERCIECA Gvern li falla f 'Għawdex "Il-Partit Laburista mhux biss falla f 'Għawdex imma wkoll tradixxa l-fiduċja tagħna l-Għawdxin meta ma kienx wiegħed ċertu affarijiet iżda għamilhom xorta" "Il-Ministeru għal Għawdex baqa' biss bit-titlu għaliex tilef il-poteri tiegħu, u dan jidher mill-vot kapitali għal Għawdex, minn €14-il miljun għal €9 miljun"