Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Hamrun S .........................1 Gzira U ..............................3 GZIRA United ikkonvinċew bis-sħiħ u kisbu rebħa meritata ta' 3-1 kontra Ħamrun Spartans. Kienu Hamrun Spartans li fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu wara biss ħames minuti, meta minn freekick ta' Brandon Paiber, il-goalkeeper żagħżugħ ta' Gzira United Jurgen Borg iddevja l-ballun qasir li spiċċa għand Philip Chircop li minn anglu magħluq tefa' l-ballun fix-xibka. Huma tilfu ċans tajjeb li jirduppjaw l-iskor fit- 33 minuta meta wara li rċieva minn pass tajjeb ta' Massimiliano Giusti, Saturday Nanapere żmarkat u minn qagħda ideali tefa' l-ballun għoli minn fuq il- lasti ta' Jurgen Borg. Iżda Gzira United wettqu reazzjoni tajba u l-gowl kien fl-arja u fil-fatt huma ma damux biex ġabu l-iskor indaqs meta fit-43 minuta wara li rċieva l-ballun minn cross pinġut ta' Andrew Cohen, għola tajjeb Louis Rene Zome li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża minn taħt il-lasta tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu l-Maroons li ħarġu fuq l-offensiva u fit-52 minuta, xutt fil-baxx tal-midfielder veteran Andrew Cohen, li ffittja perfettament f 'dan it-tim wara 25 sena jilgħab ma' Hibernians, għadda ftit barra. Il-Maroons komplew jattakkaw u fil-55 minuta Juan Carlos Corbolan xeħet cross perfett lejn Gianmarco Conti li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper mill-Congo ta' Hamrun Spartans, Batusila Kambala. Iktar ma beda jgħaddi l-ħin, iktar kompla l-assedju ta' Gżira United fuq il- lasti tal-Ispartans u fit-58 minuta xutt b'saħħtu minn pożizzjoni ideali ta' Louis Rene Zome intemm għoli. Gzira United dawru l-iskor favurihom fit-80 minuta meta Jacob Borg xeħet cross għan-nofs bil-goalkeeper tal- Ispartans Kambala Batusila jippanċja l-ballun ħażin li spiċċa f 'saqajn Carlos Alejandro Reyna li permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol- kaxxa tefa' l-ballun fix-xibka. Huma ssiġillaw ir- rebħa permezz tat-tielet gowl fil-ħin miżjud meta l-goalkeeper ta' Ħamrun Spartans Kambala Batusila inqabad barra minn postu, bi Juan Carlos Corbolan japprofitta minn dan u jgħaddi pass preċiż għan- nofs lejn Jacob Borg li permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Ħamrun S. - Batusila, Micallef, L. Grech, Emeka Anigbogu, Chircop (Mesque Neto 25'), Giusti, Nanapere (Eddin Arab 60'), Misan, Paiber, Micallef (J. Grech 56'), Motta Dos Santos Gzira U. - Jurgen Borg, Jacob Borg, Gatt Baldacchino, Diamoutene, Azzopardi, Corbolan (Pulo 90'), Zome, Adeshina (De Queiroz Machedo Neto 84'), Scerri, Cohen, Conti (Reyna 74') Referi - Malcolm Spiteri ANDREW COHEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Gzira United wara 25 sena jilgħab ma' Hibernians f 'Jannar li għadda. Fl-2015 rebaħ l-unur personali prestiġjuż tal- MFA Plejer tas-Sena. Gzira U. jikkonvinċu u jiksbu rebħa meritata Ritratt: Dominic Borg Philip Chircop f 'daħla għall-ballun ma' Juan Carlos Corbolan