Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739
Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Sports 31 Organizzata b'suċċess is-56 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali NHAR is-Sibt 25 ta' Frar ġiet organizzata b'suċċess is-56 edizzjoni ta' SportMalta Awards - l-Għażliet Sportivi Nazzjonali, serata li fiha ġew ippremjati atleti kif ukoll uffiċjali għall-kisbiet tagħhom matul is-sena 2016. Duncan Micallef u Tiziana Carannante rebħu l-unuri tal- Isportiv u l-Isportiva tas-sena. John Zammit rebaħ l-għażla popolari tal-People's Choice Award. Ir-rebbieħa kollha ta' SportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali li kienu organizzati b'mod konġunt bejn SportMalta, l-Għaqda Ġurnalisti Sports u s-Segretarjat responsabbli mir- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport huma dawn: Sportiv tas-Sena: Duncan Micallef (Drag Racing) Sportiva tas-Sena: Tiziana Carannante (Ten Pin Bowling) Żagħżugħ tas-Sena: Ben Plumpton (Waterpolo) Żagħżugħa tas-Sena: Helene Pellicano (Tennis) Tim tas-Sena: Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol U21 Uffiċjal tas-Sena: Esther Azzopardi (Futbol) Kowċ tas-Sena: Silvio Vella (Futbol) People's Choice Award: John Zammit (Ċikliżmu) Waqt is-serata ngħataw unuri oħra fosthom lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Badminton għall- aħjar avveniment internazzjonali organizzat f 'Malta u lil Joe Bajada li ddistingwa ruħu bil-ħidma tiegħu fil-gżira Għawdxija. Mark Agius (Boċċi) u Ann Marie Bugeja (Ġinnastika) ingħataw l-unur tal- iktar atleti ta' Special Olympics li spikkaw matul is-sena 2016. Is-serata li xxandret b'mod dirett fuq TVM2 kellha preżentazzjoni ta' Pamela Schembri. Waqt is- serata saru diskorsi minn Luciano Busuttil, Chairman ta' SportMalta, Charles Camenzuli President tal- Għaqda Ġurnalisti Sports, Mark Cutajar Chairman tal-Kumitat Organizzattiv u mis-Segretarju Parlamentari, Chris Agius. Ripetizzjoni tas-serata ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali tixxandar fil- jiem li ġejjin fuq TVM2 u tinsab disponibbli wkoll on-demand fuq tvm.com.mt. L-Isportiv tas-Sena, Duncan Micallef L-Iżvilupp tal-Crossfit f 'Malta IL-CROSSFIT huwa mod ta' taħriġ li jpoġġi l-abbilitajiet tiegħek taħt sfida. F'kull sessjoni tkun qiegħed tittrenja affarijiet differenti u tipprepara ruħek għal kull tip ta' test fiżiku. Terminu li jiddeskrivi l-Crossfit huwa 'expect the unexpected'. Atleta tal-Crossfit imur għall- kompetizzjonijiet mingħajr ma jkun jaf x'se jiġi mitlub jagħmel. Bħala atleti, kemm-il darba morna kompetizzjonijiet barra minn xtutna u fihom kellna tlielaq tal-għawm, ġiri u rfigħ ta' weights tqal fejn trid tuża teknika li jużaw weightlifters jew movimenti li jużaw power lifters. Jintużaw ħafna movimenti ta' bilanċ, ċrieki, ħbula u pullup bars tal- ġinnastika. Taf tiġi mitlub biex anke terfa' ġebel tqil jew karozzi bħalma jiġu mitluba jagħmlu l-atleti fil- kompetizzjonijiet Strongman. Tajjeb li wieħed iżomm f 'moħħu li dan kollu ġeneralment tkun trid tagħmlu taħt il-pressjoni tal-arloġġ! Il-Crossfit mhux qiegħed biss għall- atleti li jipprattikaw speċifikament dan it-taħriġ. Il-maġġoranza tan-nies li jipprattikaw dan l-isport huma mill-pubbliku ġenerali. Ħafna nies li qatt m'għamlu sport f 'ħajjithom, qegħdin jużaw il-klassijiet tal- Crossfit bħala l-eżerċizzju li bih iżommu ġisimhom u moħħhom attiv u b'saħħtu. Il-Crossfit huwa taħriġ li jilħaq lil kulħadd. Nibdew minn tfal ta' erba' snin u jibqa' sejjer sa adulti, anzjani kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali. Madankollu, huwa importanti li meta tattendi għat- taħriġ tal-Crossfit tara li qiegħed tkun imħarreġ minn persuni kwalifikati f 'dan il-qasam u li jafu x'inhuma jagħmlu. Barra minn Malta, ħafna mid- dixxiplini sportivi qegħdin jużaw il- Crossfit bħala l-eżerċizzju tagħhom b'rabta mal-fitness. "THE PIT huwa gym fejn nieħdu ħsieb atleti minn dixxiplini sportivi differenti u nippreparawhom biex ikunu fl- aħjar forma possibbli għall-isport li jipprattikaw. Għaldaqstant, aħna nieħdu ħsieb programmi b'rabta ma' fitness għall-plejers tal-futbol, boxers, plejers tar-rugby, qaddiefa tar-regatta u diversi dixxiplini sportivi oħra. Ninsabu kuntenti ħafna kif il-poplu Malti qiegħed jilqa' din id-dixxiplina sportiva u kif ukoll li ħafna Maltin qegħdin ikunu attivi fiżikament permezz tal-Crossfit. Sessjoni fi grupp tal-Crossfit tieħu madwar siegħa. Din tinkludi l-warm up u l-parti edukattiva fejn ngħallmu xi teknika ta' kif għandhom jiġu merfugħin il-weights. Xi drabi niddedikaw anke ħin fuq movimenti varji tal-ġinnastika. Wara, inkunu nistgħu npoġġu dak kollu li nkunu tgħallimna fil-prattika billi jsir workout żgħir. Nispiċċaw is-sessjoni bl-istretching. Ħafna min-nies li jibdew dan it-tip ta' taħriġ, jibqgħu jiġu b'mod regolari. Il-mod kif huwa ddisinjat programm ta' taħriġ tal- Crossfit, iwassal biex anke titħarreġ fi grupp. Minn sħab fi grupp ta' taħriġ, ħafna mill-membri tagħna jispiċċaw ħbieb anke barra mill-ħin tal-eżerċizzju fil-gym. L-għan tagħna huwa li nkomplu nħeġġu l-poplu jkun dejjem aktar attiv fiżikament," sostna Roderick Attard. Fl-Amerika, il-Crossfit huwa popolari ħafna fl-iskejjel u l-Ewropej qegħdin jintroduċuh ukoll. Fl- Amerika, is-suldati, il-pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili huma l-aktar nies li jieħdu l-Crossfit bis-serjetà. Huma jqisuh parti kruċjali fix-xogħol tagħhom għax barra li jżommhom f 'saħħithom, iżommhom wkoll magħqudin bħala grupp. Il-Crossfit huwa għodda perfetta għad-dinamika u l-għaqda tal-grupp. Ma jonqosx ukoll, li dan l-eżerċizzju jgħin biex il-grupp ikun b'saħħtu kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Roderick Attard. Roderick Attard fl-azzjoni