Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Ngħidlek il-verità lanqas jien stess ma naf, għax fil-familja ħadd ma jilgħab il-futbol. Kont noqgħod ħafna man-nanniet, u n-nannu kien ħadni futbol is-Sirens. Missieri kien iħobbu l-futbol imma qatt ma kien jilagħbu. Kont immur il-grawnd tal-Imġarr, kemm naqsam it-triq mingħand in- nanna. Dak iż-żmien lanqas kien għad hemm in-nursery tal-Imġarr, u qisu bdejt nitħajjar minn dak iż-żmien. Inkun korrett jekk ngħid li Paul Zammit ħalla impatt konsiderevoli fuqek? Iva, Paul Zammit ħalla impatt sew fuqi, però lgħabt Premier qabel ġie Pawlu Zammit. Fil-fatt l-ewwel kowċ li ddebuttajt miegħu fil-Premier kien Stephen Azzopardi. Iddebuttajt kontra l-Belt meta kelli sbatax-il sena u konna rbaħna tlieta b'xejn. F'dak l-istaġun niftakar konna rbaħna l-league. Ta' tmintax-il sena, ukoll taħt Stephen Azzopardi, bdejt nirbaħ daqsxejn posti. Daqqa nilgħab, daqqa le. Imbagħad ġie John Buttigieg u hemmhekk ukoll tgħallimt ħafna. Hu kien difensur u emmen ħafna fija u għall-grazzja t'Alla sibt posti b'mod naturali llum kemm ma' Birkirkara u kif ukoll mat-tim nazzjonali. Xi tgħidli fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali? Jidher li Pietro Ghedin għandu fiduċja fik. Il-fiduċja u l-konsistenza jħollu u jorbtu. Kulħadd jaf li man-nazzjonal hemm plejers ta' livell. Kif il-kowċ jagħtik iċ-ċans, trid tieħdu għax jaf ma jerġax jasal. Anki kontra saqajja lgħabt, però meta nara hekk ngħid li rrid inpatti għall-fiduċja li wera fija għax b'xi mod jew ieħor ried jarani mal-ewwel ħdax. Nemmen li qed ikolli wirjiet aċċettabbli. Il-wirjiet man-nazzjonal tiegħek u tal-kumplament tat-tim qed ikunu aħjar mis-soltu però xorta għadna m'aħniex naraw riżultati. X'hemm ħażin? Qed nilagħbu kontra l-ġganti, però kif qal Andrè Schembri, din hija problema li ilha ġejja. Forsi jkun hemm min jgħid: Intom għalfejn ma tmorrux tilagħbu barra minn Malta?" Jien ma sibtx bsaten fir-roti meta mort nilgħab barra. Jien dis-sena jispiċċali l-kuntratt u 'l hemm qiegħed nimmira. Jien għandi 28 sena u jekk ma nagħmilhiex issa, ma nagħmilha qatt. Diġà qiegħed tard, però nkun kuntent jekk nagħmel sena jew sentejn. Il-fatt li qiegħed man-nazzjonal tatni aktar spinta lili. Però dan mhux faċli għalina. Tiffirma sakemm ikollok 21 sena ma' klabb. Klabbs li jinteressaw ruħhom fik jitolbu kumpens għalik. Hawn Malta qed jiġu ħafna barranin jilagħbu b'detriment għall-plejers Maltin għax jingħataw il-ġenb. X'taħseb fuqha il-proposta li jkun hemm 11-il plejer barrani? Jien ma nibżax mill-barranin. Li tbeżżagħni hi li l-klabbs jimtlew bil-barranin u ma jkunux jistgħu jagħtu kas l-iżvilupp tat-talent Malti. U ġieli jkun hawn barranin li mhumiex ta' livell li jieħu post plejer Malti. Ikollu biss isem jew tikketta li hu barrani u jibqa' jilgħab minflok il-Malti mingħajr ma juri livell aħjar mill-Malti. Imma għax hu barrani" jibqa' jilgħab. Jien nemmen li l-klabbs jippreferu l-barranin mill-Maltin. Jekk per eżempju plejer Malti jagħmel żball, taqalgħu u ċċaħħdu milli jkollu ċans ieħor. Imma plejer barrani, jekk jagħmel erba' logħbiet ħżiena jibqgħu jilagħbuh. Din hija mentalità bażwija u għalija hija problema. Anki jekk jiġi kowċ barrani u jkun għażel il-barranin hu, ħafna drabi jibqa' jilgħabhom u ma jagħtix iċ-ċans lil xi ħadd Malti. L-importanti li timxi b'mod ġust. Jekk għandi barrani tajjeb u aħjar mill-Malti tilgħab lilu, imma jekk l-istorja tkun bil-kontra, m'għandek tibqa' tagħti ċ-ċans lill-barrani. Ma nistgħux lill-Malti tagħmilhielu diffiċli. X'jiġifieri ġġib barrani jilgħab flok Malti u lill-Malti lanqas tagħtih l-opportunità jmur ma' klabb ieħor biex jitjieb? U x'taħseb fuq is-sistema ta' 14-il tim fil-Premier? Naħseb li fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha. Jekk jitneħħew il-barranin, ma tkunx idea ħażina għax jekk għandek il-Maltin li mhux se jilagħbu mal-aqwa klabbs, minħabba li forsi ma jaffordjawx barranin tajbin ħafna, għall-inqas qed tagħti ċans lill-klabb żgħir jissaħħaħ b'Maltin tajbin. Però hija problema għal dak il-Malti tajjeb li se jkun ma' klabb ta' stoffa u ma jilgħabx minħabba l-barranin. U din tbeżżagħni lili li l-Maltin it-tajbin li jkunu ma' klabbs tajbin ma jkunux qegħdin jilagħbu minħabba l-preżenza tal-barranin fit-tim, jew li l-klabb jitlob prezz għoli għalihom u ma jkunux jistgħu jitilqu. Għal plejer, li jittrenja biss ma' barranin tajbin mhux biżżejjed. Plejer jilgħab irid, inkella ma jkunx kuntent. Semmejt l-esperjenza tiegħek barra minn Malta li hija x-xewqa prinċipali tiegħek, però int diġà kont tilgħab l-Ingilterra. Il-ħaġa li għamilt però ma kinitx pjanata. Dak kont bla kuntratt hawn Malta u ddeċidejt li nitla' l-Ingilterra. La kelli aġent, la kelli tim, qbadt u ppakkjajt il-basket u pruvajt insib klabb jiena. Mort f 'Ottubru, jiġifieri l-leagues kienu diġà bdew u kif tista' timmaġina kienet diffiċli ħafna li nsib klabb. Ġiet persuna li pruvat tgħinni. Kien kowċ ta' non-league u qalli li jekk nilgħab xebgħa logħob hawn u nimpressjona, hu seta' jtellagħni f 'diviżjoni aħjar. Kont sejjer tajjeb miegħu u beda jagħmilhieli diffiċli biex nitlaq. Rani sejjer tajjeb u ried iżommni miegħu hemm. Kien mingħalija li kien qed jipprova jirranġali imma ma kienx veru. Ġietni tajba li f 'Jannar, dal- kowċ mar f 'żewġ diviżjonijiet akbar, ġol-Conference Premier, li jiġi wara l-League 2, imma kif mort l-ewwel ġimgħa weġġajt mill-ewwel u ħadtha fit-tul biex nirkupra. Fi Frar ġejt lura Malta ma' Birkirkara, stennejt sakemm ġejt f 'sikkti u lgħabt xi logħob Malta sakemm nirkupra bix-xewqa li nerġa' nitla' nipprova. Il-livell fil-Kampjonati li lgħabt fihom kien inferjuri għal dak Malti? Ma kienx inferjuri, le. L-Ingilterra, jgħidu li mil-League 1 'l isfel id- differenza bejn it-timijiet ma tantx tinħass. Nista' nassigurak li għandhom raġun. Fir-Ryman League (jiġifieri s-seba' diviżjoni) rajt plejers li kienu aħjar mill-Conference League. Dawn jew ikollhom problema ta' xogħol. Rajt plejers fil-Conference League li jitħallsu aktar minn plejers li jilagħbu fil-League 1. Ikunu plejers ta' livell imma ma jkunux iridu jieħdu l-futbol b'daqshekk serjetà jew b'mod professjonali. Bħala logħob, il-futbol Ingliż m'għadux dak ta' qabel tad-daqqa fuq. Ma kienx livell faċli fil-livell li lgħabt fih. Inkun onest, ma kontx qed nistenna li se jkun livell daqshekk għoli. Lgħabt friendlies kontra r-Reading, tim f 'diviżjoni ħafna 'l fuq minna u nista' ngħid li m'hemmx xi differenzi kbar. Il-qabża fil-kwalità tinħass fil-Premier League u fiċ-Championship. Ħa nsemmilek l-esperjenza li kellu Giovanni Tedesco ma' Birkirkara. Taħseb li Birkirkara għaġġlu li neħħew lil dan il-kowċ bravu? Aħna konna ilna sitt snin mal-kowċ Pawlu Zammit. Tedesco kellu jimla l-vojt ta' dawn is-snin snin. Anki jien kont ili ma' Pawlu Zammit sitt snin. Minn tifel, nista' ngħid li sirt raġel. Meta inti tidra sistema ta' kowċ, għall- kowċ li jiġi wara, mhux se tkun faċli biex jimla l-vojt. Tedesco sab problema magħna. Ma kienx hu l-problema, però aħna ma stajniex nidraw il-mod ta' kif imexxi. Għax kien professjonali wisq? Mhux għax professjonali wisq imma aħna konna drajna sistema u sakemm ingranajna għal sistema ġdida bdejna nsibuha diffiċli. U ħabba f 'hekk bdew jinqalgħu d-diżgwidi mal-plejers, daqqa ma' wieħed u ġimgħa wara ma' plejer ieħor. Lili daqqa jilgħabni u daqqa le. Ma kienx hemm konsistenza. Anki bħala tim, kull weekend konna nilagħbu kważi bi plejers differenti. Magħna ma rnexxilux jirbaħ lill- grupp ta' plejers li kellu. Huwa kowċ bravu ħafna, imma ma' Birkirkara ma Il-Gladjatur ta' Birkirkara FC Cristian Antony Muscat "Għal plejer, li jittrenja biss ma' barranin tajbin mhux biżżejjed. Plejer jilgħab irid, inkella ma jkunx kuntent" "Nemmen li l-klabbs qed jippreferu l-plejers barranin mill-Maltin" Joseph Zerafa - difensur versatili u ferm b'saħħtu ta' Birkirkara FC u tat-tim nazzjonali li bil-wirjiet tiegħu jagħmel id-dierenza kemm l-kamp tal-Istripes kif ukoll f'dak tat-tim nazzjonali Malti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017