Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum Sports 35 rnexxiex. Qisu kien hemm plejers li ma ridux jilagħbu bl-ideat tiegħu. U taħt il-kowċ Drazen Bezek kif mortu? Bezek huwa ta' kultura differenti minn Tedesco. Kien Kroat. Tedesco aktar jixbah il-kultura li nużaw aħna l-Maltin. Bħala training, taħt Tedesco ma morniex ħafna 'l bogħod mill-kultura tagħna l-Maltin. Bezek, kont nara li għandu kultura militari, mhux mil-lat dixxiplinari imma mil-lat li kien ikun hemm ħafna affarijiet l-istess ġurnata wara ġurnata, b'konsegwenza li l-ħaġa tiġi kemxejn monotona. Kuljum l-istess. Taf x'se jiġri. U dik il-ħaġa li plejer imur għat- taħriġ u jkun jaf x'se jiġri ma tantx tista' tkun motivanti. Ma konniex naddattaw għal ċertu logħbiet. Per eżempju meta tilgħab kontra l-Hibs, ma konniex nagħmlu ġimgħa nittrenjaw bil-mentalità li se nilagħbu kontra l-Hibs. Imbagħad kienet tiġi l-logħba u kien jgħidilna li se nbiddlu l-formazzjoni. Naħseb li hemmhekk batejna li tant kemm ġie monotonu t-training li ġejna qisna robots. Ma baqax aktar taħriġ rikreazzjonali imma spiċċa monotonu. L-akbar problema taħt dal- kowċ kienet li ma konniex nibdlu l-formazzjoni waqt il-logħba. Jekk bdejna b'waħda, sal-aħħar tal-logħba konna nibqgħu biha, anki jekk iċ- ċirkostanzi kienu jitolbu mod ieħor. Kemm jekk il-formazzjoni tkun qed taħdem u anki jekk ma tkunx, konna nibqgħu biha. Taħt il-kowċ preżenti Nikola Jaros l-istess? Le, taħt il-kowċ il-ġdid kien hemm differenza. Kien jidher differenti minnu. Fiżikament qatt ma ħassejtni daqshekk tajjeb taħtu. Biddel ħafna t-training. Biddel il-formazzjoni. Qed jagħti ċans lill-plejers oħra. Anki fid- dressing room, l-atmosfera tinħass differenti. Qabel kont tmur qisek kont xogħol. Tmur, taf x'għandek tagħmel, għamiltu u tlaqt 'l hemm. Il-bidla kienet tajba. Tawh iċ-ċans u jidher li qed imexxi tajjeb. Il-partita kontra West Ham United kienet storika. X'kienet l-esperjenza tiegħek? Ħa nkun onest miegħek. Il-logħba kontra l-West Ham kienet sabiħa ħafna, però naħseb li l-logħba kontra l-Hearts kienet isbaħ. Lgħabthom it-tnejn li huma. Kontra l-West Ham żgur li ma ninsiex il-gowl ta' Miccoli li skurjajna, l-għajta tal-gowl u li tara l-grawnd kollu miegħek. Li tara l-Malta kollha warajk huwa ta' sodisfazzjoni kbir. Kontra l-Hearts għamilna l-istorja. Konna l-unika tim f 'Malta li għaddejna għal dak ir-rawnd. Kif dħalna fil-grawnd fl-Iskozja, aħna għidna li dan qisu se jkun il-grawnd tal-West Ham. Fil-verità kien xenarju simili. Huma Brittanniċi wkoll. Għalkemm ma kellniex sapporters Maltin daqs il- logħba kontra West Ham, il-ftit li kien hemm paxxejniehom. Però mbagħad is-sapporters Karkariżi lmentaw li ma wrejtux l-istess impenn fil-kampjonat lokali għax ir-riżultati ma kinux l-istess. Jien naħseb li s-sapporters stennew wisq. Forsi ħaduha for granted li se nkaxkru l-Kampjonat. Meta int f 'logħbiet bħal tal-Hearts jew tal-West Ham toħroġ fil-grawnd b'mentalità difensiva tkun aktar kumpatt. Li jiġri mbagħad hu li ttella' ballun b'kontrattakk jew korner, tiskurja minnu u terġa' tibqa' tiddefendi. Min-naħa l-oħra, jekk qed tilgħab hawn Malta, il-mentalità tagħna kienet kompletament differenti għax ma tistax toħroġ mill-bidu tiddefendi għax l-avversarju hu kompletament differenti. Is-sena l-oħra u dis-sena dik kienet il-problema tagħna. Ma konniex qed nużaw formazzjoni addattata għall-kampjonat Malti, jew ma kellniex il-plejers biex nilagħbu bil-formazzjoni li konna qed nilagħbu biha. Konna qed nużaw formazzjoni li nilqgħu biss u ma konniex qed nikkreaw. Hawn Malta int trid tkun il- West Ham. Ridna nużaw formazzjoni li fiha ridna nattakkaw aktar. Kemm taħseb li hikbira l-problema tal-korruzzjoni fil-futbol Malti, jekk teżisti? Kemm qed ikisser lill-futbol lokali u internazzjonali? Hemm ċans li tingħeleb jew hija wiesgħa ħafna li m'hemmx ċans tinqata'? Nemmen li huma ftit min-nies li jistgħu jibdlu din il-mentalità. Jien ma nista' ngħid xejn fuq ħadd għax ma naf xejn. Però meta tara li din il- problema hi tant kbira kullimkien, awtomatikament taħseb li m'aħniex nagħmlu biżżejjed. Jinqalgħu ħafna każijiet u kollha jitmewtu. Meta titmewwet tinkwetani għax nibża' li ma jkunux involuti tnejn min-nies biss imma l-kobba tkun ħafna akbar u mifruxa. Ovvjament li jiddispjaċik għax jekk pereżempju aħna qegħdin seba' punti taħt l-ewwel tim u jkun hemm każijiet ta' korruzzjoni li indirettament jindikawlek li d-distakk jista' jkun inqas, it-tim kollu se jħossha. U din il-problema taffettwa affarijiet oħra. Jekk in-nies jisimgħu każ illum u każ għada, l-entużjażmu jibda jonqsilhom. X'jiġifieri jiġu n-nies il-grawnd u jħallsu biex jidħlu, imbagħad il-logħba tkun imbagħbsa? Kieku nkun jien, dawn il-flus naqbad u nagħtihom lit-tfal fil-bżonn. Dat- tbaqbiq kieku ma niħdux u ma noqgħodx naħli l-ħin. Minn banda, għalhekk, lis-sapporters ma nagħtihomx tort, però lanqas imbagħad trid tgħid li kull każ hu ta' korruzzjoni. Hawn Malta hawn marda li jekk plejer ħarġitlu logħba verament ħażina, mela awtomatikament jgħidu li hu mixtri. Mentri ma jkunx il-każ. Anki l-plejer ikollu l-pressjoni li, jekk jilgħab ħażin, mhux biss jitlef postu mat-tim imma jiġi ttimbrat li qed jagħmel dawn il-kummiedji. Jew għax ħalliel. Jew għax korrott. Anki jien iddejjaqt. Meta kont l-Ingilterra qatt ma smajt b'korruzzjoni jew bettings. Però jeżisti fid-dinja kollha. Iva, però hawn Malta saret marda u diffiċli biex twaqqafha. Hemm bżonn li ssir xi ħaġa u l-klabb irid ikun b'saħħtu. Imbagħad hemm ħaġa oħra. Aħna ma nitħallsux fil-ħin. Indumu ħafna biex nitħallsu, allura dik jaf iżżid il-possibbiltà ta' korruzzjoni f 'Malta. Xorta mhijiex skuża. Jien meta kont fis-seba' diviżjoni Ingliża ma' tim li kien se jaqa' kont nitħallas kull ġimgħa. Anki jekk tlifna, jiġi b'envelope f 'idu u jgħaddih lill-plejers. Għandna x'nitgħallmu minnhom dawn it-timijiet u mhux lili kienu jgħajruni miġnun għax tlajt nilgħab f 'dak il-livell. Ma' Birkirkara m'għandix xi ngerger għax dejjem tħallast u jħallsu fil-ħin imma għandha tkun realtà li tkun mifruxa ma' kull klabb, irrispettivament id-diviżjoni li tkun tilgħab fiha. Il-futur tiegħek huwa ma' Birkirkara? Jekk ikolli ċans nitla' barra minn Malta mmur, anki minħabba dil- problema ta' korruzzjoni li hawn. Nixtieq nispiċċa mill-futbol u ngħid għamilt sena, sentejn nilgħab b'mod professjonali. FC u tat-Tim Nazzjonali Malti Ritratt: James Bianchi Twieled -Awstralja u għamel erba' snin hemmhekk qabel ġie Malta Huwa difensur versatili u ferm b'saħħtu ta' Birkirkara FC u tat-tim nazzjonali Lagħab ukoll ma' Mġarr United f 'Malta u ma' Grays Athletic r-Ryman League -Ingilterra JOSEPH ZERAFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017