Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet Żewġ rapporti biss ta' ġlied tal-annimali f 'sena L-SPCA mħassba li dan ma jfissirx li l-prattika waqfet għal kollox F'DAWN l-aħħar snin, ir-rapporti fuq il-media dwar ġlied tal-annimali naqsu ħafna meta mqabbel ma' kemm kienu jissemmew daqs għaxar snin ilu. In-numru ta' interventi mill-Pulizija wara li jsir xi rapport jidher ukoll li kienu minimi f 'dawn l-aħħar snin. Il-Ħadd li għadda, il-Pulizija arrestat tliet irġiel għall-involviment tagħhom f 'attività ta' ġlied tas-sriedaq li ġiet irrappurtata li qed issir fil-Ħandaq. Il- Ħadd stess, il-media rrappurtat li kien hemm madwar 20 persuna involuti, iżda arresti saru biss tlieta u sa jumejn wara, it-tliet irġiel akkużati ingħataw multa ta' €2,000 kull wieħed. L-ILLUM ġiet infurmata li f 'perjodu ta' sena, it-taqsima tal-Administrative Law Enforcement (ALE), minbarra l-każ ta' nhar il-Ħadd li għadda, irċiviet rapport ieħor biss ta' ġlied tal- annimali, li ġie investigat iżda li ma ta ebda riżultat. Għal dawk li jħobbu l-annimali u li jemmnu li l-ġlied tal-annimali hija prattika ferm krudili u barbarika, l-aħbar ta' inqas rapporti taf tittieħed bħala sinjal pożittiv li din il-prattika qiegħda tonqos f 'pajjiżna. Sfortunatament tista' jfisser ukoll li dawk li jorganizzaw dawn il-ġlied, qed isibu modi biex jibqgħu aktar siġrieti u moħbija mill-għajn tal-Pulizija. Kelliem għall-SPCA spjega lil din il- gazzetta li n-numru ta' klieb misjuba mejta jew b'sinjali ċari li kienu nvoluti f 'xi ġlieda naqas b'mod sostanzjali tul dawn l-aħħar snin, fejn l-SPCA stess ilu ma jkollha każi simili għal aktar minn ħames snin u ċentri oħra jkollhom wieħed rari kultant żmien. Minkejja dan, l-impjegat tal-SPCA esprima l-inkwiet tiegħu li dan ma jfissirx li l-prattika waqfet, iżda li l-organizzaturi "tgħallmu jeħilsu mill- klieb telliefa b'tali mod li ma jinstabux, kif ukoll sabu mezzi biex il-ġlied ma jkunux skoperti mill-Pulizija." It-taqsima għar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa tal- Pulizija, spjegat lill-ILLUM li meta jidħol rapport ta' ġlied tal-annimali, issir investigazzjoni rigward il-post indikat sabiex il-Pulizija tkun taf fejn għandha tmur u biex tittieħed l-aħjar prassi sabiex tiġi ppreservata l-aħjar evidenza. Possibbilment, il-Pulizija tasal fil-mument opportun meta effettivament ikunu qed isiru tali ġlidiet. F'dawn il-każijiet, il-Pulizija tal-ALE tikkordina spezzjonijiet konġunti mal-Pulizja tad-Distrett ikkonċernat. Meta mistoqsijin dwar l-għidut li għadhom isiru ġlied, speċjalment tal- klieb, f 'postijiet fil-Marsa, Pembroke u l-Ħandaq u li iżda l-organizzaturi qed isibu modi biex ma jinqabdux, ir-rappreżentanti tal-korp li tkellmu mal-ILLUM saħqu li l-Pulizija tiddependi ħafna fuq informazzjoni li tirċievi mingħand il-pubbliku, u li min għandu kull tip ta' informazzjoni għandu jgħaddiha għall-attenzjoni tal-Ispettur inkarigat mis-Sezzjoni tal-ALE. Meta l-Pulizija jkollha tali informazzjoni, tkun jista' tagħmel l-investigazzjonijiet flimkien ma' entitajiet oħra sabiex tinġabar l-aħjar evidenza u provi fil-Qorti, bit-tama li din il-prattika tant krudili titwaqqaf u dawk ħatja jieħdu l-piena xierqa. Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Ħafna drabi ġlieda tal-klieb tispiċċa meta wieħed minnhom jitlef ħajtu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017