Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 6 'U kif jista' jkun?'... is-sorpriżi Elezzjoni kapaċi ġġib ħafna sorpriżi magħha. Sena qabel, l-ILLUM tħares lejn dawk ix-xenarji li llum ftit hemm min jimmaġina li se jiġru, imma li jistgħu... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Salvu Mallia. Ikkulurit, jgħidha kif iħossha u vittma ta' inġustizzja għan-Nazzjonalisti. Pastażun, arroganti u taż-żu ett għal ħafna Laburisti. Salvu Mallia huwa karikatura fi h innifsu, taqbel jew le miegħu daħħal element ta' kulur fi l-politika lokali. Ftit huma dawk li jemmnu li Mallia, li fetaħ attakk kontra l-Laburisti, akkużahom li jitfewqu fl ok jitkellmu, qabbel lil Muscat mal-pesta, għajjar lill-kandidat Nazzjonalista, Philip Mifsud 'asshole', kellu xi jgħid ma' pulizija quddiem bank u l-aħħar li rajnieh kien liebes ta' pirata fi l-Karnival, jista' jkun elett. Mallia huwa kollox, minbarra konvenzjonali. Kollox, minbarra dak li nassoċjaw ma' politiku. Xellugi u liberali f 'partit iktar lemini u konservattiv. Minkejja dawn il-fatturi kollha, Mallia faċilment jista' jattira lejh tliet tipi ta' votanti. Votanti li tqażżew u ddardru mill- istess politikanti, ħafna faċċati qabel l-elezzjoni u pedestalli wara. Votanti liberali, li jaqblu ma' Salvu fuq il-pożizzjoni tiegħu, notabilment fuq l-abort u votanti ta' kwalunkwe kulur li jixtiequ jipprotestaw. Hemm ukoll votanti li ma jridux jivvutaw lill-PN, imma lesti jivvutaw lil Salvu għax huma attirati lejn l-istil diff erenti tiegħu. Il-baqra tinbiegħ kollha, jgħidu, u dak li huwa goff u skifuż għalik, jista' jkun attraenti għal ħaddieħor. Salvu Mallia jista' jkun Deputat Nazzjonalista fi ftit xhur oħra. U jekk jiġri dan, ċerti li ħafna ġurnalisti jibdew jitolbu huma stess biex imorru l-Parlament, għax min jaf x'divertita ssir is-seduta. Aħjar l-Ispeaker jitlob lil Renzo Piano jiddiżinjalu kennel, għal li jista jinqala'. L-Għaqda Patrijotti Maltin hija prattikament entità non-eżistenti għall-midja lokali. Ħadd ma jitkellem dwarhom u ftit jekk xejn jingħataw attenzjoni. Minkejja dan, dan kollu ma jfi ssirx li on the ground, il-Patrijotti ma qabdux art, bl-għajta tagħhom ta' 'Malta tal- Maltin mhux tal-Barranin.' B'popolazzjoni dejjem tikber ta' persuni barranin li sabu impjieg f'pajjiżna, primarjament minħabba tkabbir qawwi f'ċerti setturi, il-Maltin ma tantx qed iħarsu b'mod favorevoli lejn dak li l-Patrijotti jiddeskrivu bħala 'invażjoni'. Il-Patrijotti jistgħu jattiraw lejhom tliet tipi ta' votanti. Votanti Laburisti li jridu jirreġistraw vot ta' protesta. Votanti li verament jemmnu li hawn 'invażjoni' u li Malta se tinbela' taħt il-madmad tal-barrani, u votanti Nazzjonalisti li ma jaslu qatt jivvutaw Labour, imma li mhumiex kuntenti bit-tmexxija tal-Partit. Il-prospett ta' Patrijott fi l-Parlament jibqa' wieħed remot, remot daqs iċ-ċans li kull partit 'żgħir' ieħor waħdu jeleġġi deputat. Kull partit irid jikseb madwar 17% tal-unijiet, jiġifi eri biex nagħtu eżempju, fi t-tnax il-Distrett li jinkludi Buġibba u l-Qawra, fejn il-kwistjoni tal-barranin f'pajjiżna hija aktar reali, Patrijott ikun jeħtieġ iġib 3,835 vot* biex ikun elett (*ibbażata fuq voti validi mitfugħa fuq dan id-distrett fl -2013) Li l-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss mhux sorpriża, anzi huma ħafna dawk li għadhom qed jipprevedu rebħa, anke jekk iżgħar sew minn dik tal-2013, għall-Partit Laburista. Imma elezzjoni, hija elezzjoni u daqs kemm għandu ċans jirbaħ Muscat, daqshekk ieħor għandu ċans jitlef. Jekk il-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni, tkun kundanna qawwija ħafna fuq il-Gvern ta' Joseph Muscat u l-maġġoranza tal-poplu jkun ta l-agħar ġudizzju politiku fuq leġiżlatura kompluta mill-1964, jiġifi eri mill-Indipendenza. Telfa għal Muscat fl -elezzjoni li jmiss tista' tiġi minħabba diversi fatturi. L-ewwel, l-idea li l-Gvern Laburista permezz tal- 'Panamagate' ħammeġ idejh wisq kmieni fi l-ħajja politika tiegħu, it-tieni li hemm min fi l-Gvern mhux bill subgħajh fi s-sassla, imma daħal jinħasel fi ha, it-tielet, li Gvern Laburista ma ġabx il-bidla li xtaq. Ir-raba' u l-aħħar raġuni li tista' twassal għal telfa għal Muscat hija li ħafna Laburisti jiddeċiedu li jibqgħu d-dar u ma jivvutawx minħabba li 'ma nqdewx' jew inkella għax iħossu li l-partit 'nesiehom.' Jekk il-Labour jitlef l-elezzjoni li jmiss, l-ewwel previżjoni post-elettorali tkun li se jdum sew fl -oppożizzjoni. Salvu Mallia...elett mal-ewwel count 'Patrijott' fi l-Parlament Il-Labour jitlef l-elezzjoni...Muscat lura fl -Oppożizzjoni BĦAL dan iż-żmien sena, jekk kollox imur skont dak li qal il-Prim Ministru stess, inkunu qegħdin f 'nofs kampanja elettorali. Kampanja li mistennija tkun waħda qalila, daqs jekk mhux iktar minn kull kampanja elettorali oħra li saret f 'Malta. L-2018 se tkun l-elezzjoni li jew se ttina, it-tieni l-inqas Gvern li dam fil-poter, inċidentalment wara Gvern Laburista ieħor immexxi minn Alfred Sant, jew inkella f 'każ li jirreżenja se 'toħloq' l-ewwel Kap Nazzjonalista minn wara l-gwerra li qatt ma kien elett fil-poter. Jew naħa jew oħra, kemm Muscat kif ukoll Busuttil għandhom ħafna x'jitilfu u nistgħu nibqgħu ċertissimi li t-tnejn se jiġġieldu biex ma jkollhomx it-trofew ta' wieħed li dam fost l-inqas fil-Gvern, jew agħar, li qatt ma kien fil- Gvern. Minkejja li għad fadal sena, anke jekk il-Partit Nazzjonalista ilu in election mode għal xhur sħaħ issa, l-ILLUM tat ħarsa lejn dawk li minn issa nafu li jistgħu jkunu l-akbar sorpriżi tal-elezzjoni 2018. Mhux previżjonijiet ta' x'se jiġri imma ta' x'jistgħu jkunu l-aktar riżultati jew manuvri li l-inqas li qed nistennew li jseħħu .

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017