Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Minkejja kull forma ta' ħbiberija li tista' tidher bejn Fearne u Mizzi, huwa fatt magħruf fost ħafna fi l-Partit Laburista li Fearne u Mizzi huma kompetituri ħorox fuq ir-raba' distrett. Fl-2013, Konrad Mizzi kien ġab it-tieni l-akbar numru ta' voti wara l-Prim Ministru Joseph Muscat fuq dan id-distrett. Muscat kien ġab 12,202 voti tal-ewwel preferenza b'ħafna jagħtu t-tieni preferenza lil Mizzi, li ġab 1,002 voti mal- ewwel count, imma mbagħad 5,265 mat-tieni. Fearne, persuna ġdida sal-elezzjoni li għaddiet bħal Konrad Mizzi, ġab 1,023 mat-tieni għadd, inqas minn Silvio Parnis. Din id-darba l-aff arijiet jistgħu jinbidlu waħda sew fuq dan id- distrett. Mizzi jinsab imtaqqal sew mill-każ 'Panama' u skont is-sondaġġi tal-MaltaToday, hu fost l-inqas popolari bħala Ministru, kemm mal-popolazzjoni u anke fost il-Laburisti. Min-naħa l-oħra, Fearne huwa ġġudikat bħala l-Ministru favorit ta' 52.3% tal-popolazzjoni u popolari fost 71% tal-votanti tradizzjonalment Laburisti. Imma Mizzi jista' jġib aktar voti minn Fearne, l-aktar jekk jintuża l-power of incumbency. Huwa politikament ħafna iktar b'saħħtu minn Fearne u għandu taħt idejh ħafna korporazzjonijiet u proġetti, fosthom l-Enemalta u Projects Malta. Dan ifi sser li jista' juża ħafna aħjar l-poter li għandu biex 'jaqdi' jew 'jgħin' lil ċerti nies tad-distrett. Joseph Muscat huwa annimal politiku, chess player u strateġista stuż ħafna. Bl-Ingliż, kieku kellna nużaw kelma bl-Ingliż, ngħid li huwa 'politiku li jissopravivi'. Sakemm m'hemmx forzi jew raġunijiet oltrè minn dak li jaf il-pubbliku, bħal xi obbligi politiċi jew wegħdi li saru u li nżammu sigrieti, huwa prattikament inkredibbli li Muscat jipperikola l-posterità politika tiegħu daqstant minħabba persuna waħda u kwistjoni waħda: Il-Panama Jista' jkun li Muscat qed jistenna l-mument propizju biex jieħu deċiżjoni li tant qalulu li missu ilu li ħa, dwar kwistjoni li tatu l-akbar daqqa ta' ħarta politika. Ngħiduha, kif inhi, il-każ Panama u l-kumpanija ta' Konrad Mizzi hija l-għerq ta' ħafna mir-rabja u diżillużjoni u anke emoraġija li sofra l-Partit Laburista. Teoretikament, l-investigazzjoni mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fi l-kontijiet ta' dawk kollha implikati fi l-Panama Papers għadha għaddejja. Imma għadna ma smajna xejn dwarha u dwar il-konklużjonijiet tagħha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li d-Direttur il-ġdid tal-FIAU Kenneth Farrugia għandu jippublika dawn il-konklużjonijiet. Imma r-regoli jagħmluha ċara li kwalunkwe uffi ċjal li jagħmel pubbliku l-informazzjoni minn investigazzjoni tal-FIAU jkun fi l-periklu li jlaqqat piena ta' ħames snin ħabs. Dan iħallina bil-Prim Ministru. The buck stops with him, mhux hekk? Jekk se tiġi għal Muscat li jiddeċiedi meta jippubblika, dan se jippubblika meta jkun l-aktar li jaqbel lilu u lill-Partit Laburista. Jekk wieħed jaħseb u jixtarr iktar, malajr jinduna li għalih u għall-Partit Laburista, l-aktar mument propizju u vantaġġjuż ikun qabel kampanja elettorali li l-PN se jipprova jdawwar f'referendum dwar il-każ 'Panama'. Darba, Joseph Muscat kien qal hekk: "ir-riżenja ta' Anġlu Farrugia tirrifl etti d-diff erenza fl -istandards bejn iż-żewġ partiti, b'dawk fi l-Partit Laburista jerfgħu r-responsabbiltà u Austin Gatt tal-PN jibqa' jaħrab minn vot ta' sfi duċja sal-aħħar." Neħħi isem Farrugia u biddlu b'ta' Konrad, neħħi ta' Austin Gatt u biddlu b'xi ħadd li l-PL qed jagħmel akkużi dwaru (Toni Bezzina, Beppe Fenech Adami...), u għandek is-somma lesta. Muscat neħħa lil Mallia u lil Falzon. Jekk Egrant vera mhux tiegħu, jew m'hemmx provi ta' dan, u ħadd mhu qed jirrikattah, Mizzi is on his way out, f'sorpriża pre-elettorali li tista' tħalli lill-PN jittewweb. Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 | illum is-sorpriżi li jista' jkollna fl-elezzjoni Ma' din il-gazzetta, Simon Busuttil kien qal li jinsab "ċert" li se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan mhux neċessarjament jaqblu miegħu ħafna, fi l-PN u lil hinn minnu. Imma elezzjoni hija elezzjoni, u Busuttil xorta għandu ċans jirbaħ, minkejja li għadu jinsab wara Muscat fi l-livell ta' kemm huwa fdat, fi lwaqt li skont l-istess sondaġġi tal-MaltaToday, huwa fdat daqs Muscat fuq l-aktar kwistjoni li fuqha qed jiġġieled, il-korruzzjoni. Jekk il-PN jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, kontra dak kollu mistenni, ikun għamel dan grazzi għall-kampanja ma' taqta' xejn kontra dak li jsejjaħ 'l-aktar Gvern korrott li qatt kellha Malta.' Ikun ifi sser li l-kampanja qalila u l-istampa apokalittika ta' Malta bħalissa, impinġija mill-istrateġisti tal-PN, ħadmet. Jekk Busuttil jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, (bl-ebda kwistjoni jew 'skandlu' mitfugħ fuq ħoġor il-PN fl -aħħar ġimgħat qabel il-vot), ikun ifi sser li l-maġġoranza tal-poplu ddeċiediet fuq il-governanza, mhux fuq l-ekonomija jew il-prospetti ta' xogħol. Il-poplu jkun għażel li jtella' lil Busuttil biex iħallas lura lill-Gvern għall-każ 'Panama'. Jista' jkun ukoll li biżżejjed Laburisti diżillużi jibqgħu d-dar u Busuttil isib lilu nnifsu tiela' t-taraġ ta' Kastilja, forsi mingħajr ma stenna hu stess u grazzi għal dawk li ma jaqblu kważi f'xejn miegħu. Għal żmien twil, Għawdex kienet dik li nsejħulha 'fortizza' tal-Partit Nazzjonalista. Il-fi guri jitkellmu waħedhom. Il-Partit Nazzjonalista rebaħ Għawdex f'kull elezzjoni ġenerali mill-1976 sal-2008. Ma vvutawx 'mal-Gvern' fl -1981 meta l-PN ġab 3,177 vot aktar mill-MLP u lanqas fl -1998 meta l-PN kien għadda lill-Partit Laburista b'2,795 vot. Il-Partit Nazzjonalista rebaħ it-tlettax-il distrett fi tmien elezzjonijiet, kull elezzjoni mill- 1976. Il-Partit Laburista, fi l-verità qatt ma rebaħ dan id-distrett bil-vot popolari f'elezzjoni ġenerali, lanqas fl -2013, anke jekk tella' maġġoranza ta' Deputati. Fil-fatt, fl -2013 il-PN ġab 12,551 vot fi lwaqt li l-PL ġie qrib ħafna bi 12,311-il vot. Jekk il-Partit Laburista, minkejja li qiegħed fi l-Gvern u minkejja li ġeneralment il-partit jitlef mhux jirbaħ il-voti, jikseb maġġoranza f'Għawdex, din tkun l-ewwel darba fl -istorja politika. Ir-raġunijiet għal din jistgħu jkunu tlieta. Is-saħħa tal-kandidati Laburisti f'Għawdex, primarjament Anton Refalo u l-fatt li l-persuna li tgawdi mill-istess saħħa politika mix-xaqliba politika l-oħra mhux se tikkontesta (Giovanna Debono). It-tieni raġuni tista' tkun il-fatt li l-mutur ekonomiku, anke jekk baqa' jserraħ kważi biss fuq it-turiżmu, qed idur sew u hemm min qed idawwar ewro tajjeb u l-aħħar raġuni tkun il- power of incumbency tal-Gvern imma speċjalment tal-Ministru Refalo. Mizzi jġib aktar voti minn Fearne fi r-raba' distrett Muscat jippubblika u jkeċċi Simon isir it-tmien Prim Minstru ta' Malta Il-Partit Laburista jġib maġġoranza f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017