Illum previous editions

illum 5 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/794739

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 8 Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Din il-ġimgħa, il-Ministru Chris Fearne nieda l-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn x'miżuri qed jipproponi l-Gvern għall-prevenzjoni, il-ġlieda u l-kura għall-kanċer Il-ġlieda kontra l-kanċer... x'hemm propost għall-futur KULL ħames sigħat, persuna f 'Malta ssir taf li nstabilha kanċer. Fil-fatt, 1,800 persuna tirċievi din l-aħbar ħażina kull sena f 'pajjiżna, u minkejja li r-rati ta' fejqan qegħdin jitjiebu grazzi għal prevenzjoni u screening, il-kanċer xorta huwa l-kawża ta' 30% tal-imwiet kollha f 'sena. Dan in-numru, minkejja li huwa allarmanti kif inhu, mistenni jkompli jitla' bi kważi 2% kull sena u jlaħħaq l-2,100 dijanjożi fis-sena sal-2020, b'nofshom ikunu l-aktar kanċer komuni, jiġifieri tas-sider, pulmun, prostata u tal- musrana, u l-bqija jkunu kanċer inqas komuni jew rari. Din il-pjaga tal-kanċer, ma tinħassx biss fuq dawn il-pazjenti u l-familji tagħhom, imma hija wkoll piż fuq l-ekonomija tal-pajjiżi kollha tal-UE, mhux Malta biss. Fil-fatt, l-istima tal-ispiża relatata mal-kanċer fl-2014 fil- pajjiżi tal-UE kienet tlaħħaq il-€117-il biljun ewro fis-sena, jew €234 għal kull ċittadin tal-UE. Għaldaqstant, bil-għan li r-rata ta' fejqan titjieb, tonqos ir-rata ta' persuni li jkollhom il-kanċer, u fl-istess waqt titjieb l-esperjenza u l-kwalità ta' ħajja tal-pazjenti, il-gvern nieda l-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer. Dan huwa pjan ta' azzjoni għall-ħames snin li ġejjin, li għandu jkompli mal-ewwel Pjan tal- Kanċer li kien tnieda. Waħda mill-aħjar metodi ta' kif jiġi kkontrollat il-kanċer huwa fil-fatt li tipprevenih, u dan isir billi wieħed jadotta stil ta' ħajja iktar san. Fil-preżent, wieħed minn kull ħames persuni jpejjep b'mod regolari u terz tal-popolazzjoni tixrob alkoħol darba fil-ġimgħa jew iktar. Fl-istess waqt, huma biss terz tal-adulti li jagħmlu iktar minn sagħtejn eżerċizzju fil-ġimgħa, u 3 minn kull 5 adulti kienu obeżi jew kellhom piż żejjed. Dan il-Pjan, jgħid li għandu jkun hemm klassijiet u korsijiet dwar piżijiet addattati u dijabete flimkien ma' kampanji fil-media mmirati għal udjenzi varji fuq ir-riskju tal-kanċer u l-prevenzjoni tiegħu. Dan minbarra sessjonijiet ta' promozzjoni u seminars fi skejjel, postijiet tax-xogħol, kif ukoll fil- komunità. Il-liġijiet dwar alkoħol, tipjip ambjent u xi oqsma ta' ħarsien tas-saħħa wkoll se jiġu infurzati, b'monitoraġġ kontinwu. Kif ukoll l-investiment fil- qasam tar-riċerka se jkun qed jissaħħaħ. Għad li s-sistema u l-kura fejn jidħol il-kanċer tjiebet u għamlet passi kbar, il-pjan jelenka problemi li jwasslu sabiex il-professjonist idum iktar sabiex jinduna bil-kanċer, fosthom in-nuqqas ta' għarfien dwar is-sintomi u s-sinjali ta' din il-marda. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM analizzat uħud mill-aktar proposti saljenti ta' dan il-pjan. Tipjip • Jibqgħu jogħlew b'mod regolari t-taxxi fuq il-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk. • Protezzjoni mid-duħħan tas-sigaretti f 'postijiet pubbliċi u postijiet tax-xogħol, u anke f 'postijiet għall-apert frekwentati mit-tfal. • Infurzar tal-projbizzjoni tat-tipjip f 'ċentri u postijiet ta' servizzi tas-saħħa. • Ħolqien ta' liġi biex ma jkunx jista' jsir tipjip f 'istituzzjonijiet għas-saħħa mentali. • Ikomplu jiġu infurzati restrizzjonijiet fuq reklamar ta' prodotti tat-tabakk inkluż sponsorships. • Jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-ammont ta' prodotti tat-tabakk bil-kuntrabandu, li allura jkunu irħas • Tiġi ppubblikata Strateġija għall-Kontroll tat-Tabakk bil-għan li titnaqqas ir- rata ta' persuni li jpejpu u r-rata ta' żgħażagħ li jibdew il-vizzju tat-tipjip. • Ħolqien ta' liġi biex ma jkunx jista' jsir tipjip f 'istituzzjonijiet għas-saħħa mentali. • Ikomplu jiġu infurzati restrizzjonijiet fuq reklamar ta' prodotti tat-tabakk inkluż • Jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-ammont ta' prodotti tat-tabakk bil-kuntrabandu,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 March 2017