Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
Nr 568 • 03 ta' Settembru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Il-futur ta' Donald Trump. Se jitkeċċa? Ara paġni 12-13 Tkompli f 'paġna 3 'Qażżewna jiġġieldu bejniethom' • Rabja kbira fost l-għeruq tal-PN għal mod kif żviluppat it-tiġrija għall-Kap • Biża' li l-aff arijiet jistgħu jiggravaw fi l-ġimagħtejn li ġejjin Minn Albert Gauci Cunningham LELEZZJONI għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista ġabet magħha mewġa qawwija ta' rabja, sens ta' firda u anke biża' li l-partit 'mhux se jirkupra' mill- battalja li għaddejja bħalissa f 'Tal-Pietà. "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, qażżewna jiġġieldu bejniethom," kien kumment partikolari u pjuttost iebes ta' tesserat Nazzjonalist li tkellem mal-ILLUM. "Tlift l-interess u ma rridx nisma' aktar," kien kumment ieħor li sar ma' din il- gazzetta kemm minn attivisti, minn tesserati kif ukoll minn persuni li fl-aħħar elezzjoni kienu kandidati mal-istess Partit Nazzjonalista. Minkejja l-iżvelar ta' kont f 'Jersey f 'isem Adrian Delia, liema kont Delia dejjem ifakkar li huwa client account u mhux tiegħu, l-ikbar inkwiet ta' bosta Nazzjonalisti diżillużi huwa dak li qed isejħu 'tperriċ' ta' kwistjonijiet 'interni' u l-battibekki jew attakki li qed isiru fil-miftuħ. Il-kriżi fil-Partit Nazzjonalista laħqet livelli aktar allarmanti din il-ġimgħa, bi grupp imdaqqas ta' attivisti favur Delia jidħlu fid-Dar Ċentrali f 'esebizzjoni ta' appoġġ ftit sigħat qabel l-iżviluppi drammatiċi illi permezz tagħhom il-PN spiċċa talab lil Delia biex jirtira. Persuni oħrajn li tkellmu ma' din il- gazzetta fuq kundizzjoni ta' anonimità qalu illi l-agħar ħaġa li ġrat f 'din il- kampanja kienet is-sens ta' 'a-free- for-all'. Mistoqsijin xi jridu jfissru biha huma lmentaw ma' din il-gazzetta illi ma kien hemm ebda forma ta' kodiċi jew linji gwida. "Mhux qed nippretendi kontroll fuq kif tintuża l-midja soċjali. Imma ppretendejt li l-partit ikollu kodiċi ta' mġiba għad-Deputati u dawk li qed imexxu l-Kumitati sezzjonali, mhux tajna l-impressjoni li għaddejja gwerra bejnietna," sostniet persuna li tkellmet ma' din il-gazzetta. Żewġ Ministri jagħtu daharhom għall-proposta tas-sick leave ILKOR ta' nies li ħarġu kontra jew urew xettiċiżmu qawwi fuq il-proposta mressqa mill-Malta Employers Association (MEA) kompliet tiżdied. Ma' din il-gazzetta kemm il-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna wrew li mhuma ħerqana xejn għal din il-proposta. Mistoqsijin jekk il-Gvern għandux jikkunsidra jew inkella għandux kompletament jeskludi din il-proposta baġitarja, Bartolo qal li hu kontra din il-poroposta, Scicluna ppropona li jkun hemm sistemi oħrajn li jistgħu jieħdu post din il-miżura li skontu taf "tweġġa' lil min huwa ġenwin." Il-PM Joseph Muscat diġà wera li l-Gvern Laburista ma tantx għandu interess li jwettaq tali proposta. Tkompli f 'paġna 9 Donald Trump. Se jitkeċċa?