Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
2 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 87 82 56 3 12 63 73 33 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbi- ra, Birkirkara St. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix-Xatt, Gżira Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Grognet Pharmacy, 41, Triq il- Kostituzzjoni, Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla San Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala Blossoms Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar għal-Lbiċ forza 3 għal 4 li jiżdied għal forza 4 lokalment forza 5 u jdur mill- Punent għall-Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 billejl BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 kultant, li jsir Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 billejl BAĦAR : Ħafif IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: X'jismu ir-raġel ta' Innoċenza l-ktieb ta' Charles Micallef St John? o Pawlu o Żeppi o Ġamri Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-18 ta' Awwissu f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 Innoċenza Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Żieda sostanzjali ta' infermiera fil-qasam tas-saħħa MATUL l-aħħar snin ġiet rreġistrata żieda sostanzjali fl-ammont ta' infermiera li jaħdmu fis-settur pubbliku. Fl-2012 in-numru ta' infermiera fis-settur pubbliku kien ta' 2,700, numru li żdied għal 3,237 matul is-sena li għaddiet. Barra minn hekk matul l-aħħar jiem ġew ingaġġati 159 infermiera ġodda li ngħaqqdu fis-settur tas- saħħa wara li lestew l-istudji tagħhom. B'50 infermiera oħra mistennija jidħlu jaħdmu aktar tard din is- sena. L-akbar ammont ta' nurses jaħdmu f 'Mater Dei u ċentri li jaqgħu taħtu bħal iċ- Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo u l-Isptar Sir Paul Boffa, li bejniethom jaqbżu l-2,000 infermier. F'kumment li ta lill-Illum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa qal li: "illum aktar minn qatt qabel il-professjoni tal-infermiera qed tieħu xejra dejjem iktar kompluta. L-infermiera llum qed jirnexxielhom jilħqu livelli għolja sew mill-aspetti kliniċi kif ukoll f 'dawk akkademiċi u maniġerjali biex jinsabu f 'pożizzjonijiet li jippermettulhon li tabilħaqq jagħmlu d-differenza sew għall- pazjent kif ukoll għall-istess professjoni." Il-Ministru Fearne qal li mingħajr din iż-żieda li ssir ta' kull sena fl-ammont ta' infermiera impjegati fis- settur pubbliku, kieku ma nkunux nistgħu nibqgħu noffru dejjem aktar servizzi tal-ogħla livell lill-pazjenti tagħna. Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-8 ta' Septembru 'dan l-indirizz: Il-Ministru Fearne ma' numru ta' infermieri Raġel isofri ġrieħi gravi fl-Imrieħel ILBIERAĦ, għall-ħabta tal-għaxra ta' filgħodu (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata mill- awtoritajiet tas-saħħa li ddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel. Minn iktar stħarriġ li sar mill-Pulizija ta' Ħal Qormi, irriżulta li raġel ta' 22 sena, residenti San Pawl il-Baħar, safa ferut waqt li kien qiegħed jgħabbi xi ħaxix fuq trakk tax-xogħol li kien ipparkjat. Jidher li għal xi raġuni t-trakk, tat-tip Isuzu Elf, mexa bil-konsegwenza li għadda minn fuq sieq ir-raġel. Il-vittma ttieħed l-isptar permezz ta' ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal- Pulizija għadha għaddejja.