Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet IŻŻIEDA fil-kriminalità qed twassal għal aktar viġilanza? L-ILLUM għamlet kuntatt ma' Isotta Rossoni, il-koordinatriċi ta' 'Project Watch'. Rossoni qaltilna li, 'Project watch' huwa proġett pilota sabiex titwaqqaf għodda ġdida fis-soċjetà Maltija, bl-għan li tipprevjeni l-kirminalità, filwaqt li żżid is-sigurtà fid- djar Maltin. "Project watch qed joffri taħriġ speċjalizzat fuq livell lokali bl-iskop li l-parteċipanti jkollhom l-għarfien neċessarju biex iwaqqfu skemi ta' 'neighbourhood watch' fil-lokalitajiet tagħhom." Il-proġett qed jimmira li joħloq iktar għarfien dwar reati li jistgħu jiġu preventati mir-residenti tal-lokal, filwaqt li qiegħda tgħarraf lill-pubbliku ġenerali dwar reati li għandhom jiġu rrapurtati lill-korp tal-pulizija u dawk li ma għandomx. It-taħriġ ipprovdut jagħmel enfasi fuq kif is-sistema ta' 'neighbourhood watch' qiegħda tiġi implimentata biex tgħin lill-pulizija u mhux biex grupp ta' nies jaġixxu bħall-pulizija. "Neighbourhood watch huwa netwerk li jgħaqqad flimkien residenti għall-iskop ta' viġilanza. Din is-sistema mhix ser tkun i s - sostituzzjoni tal-pulizija". "L-infurzar tal-liġi huwa permess mill-pulizija biss u l-ebda individwu ieħor", sostniet Rossoni. Meta tkellmet mal-ILLUM hija spjegat kif ir-rwol tal-proġett mhuwiex biss li jipprevini l-kriminalità, iżda dan huwa wkoll mezz effettiv biex jinħoloq iktar sens ta' kommunità fil-lokalitajiet, filwaqt li jsaħħaħ il-ħidma effettiva bejn il-Puluzija, il- kunsill lokali u r-residenti." L-istrateġija għall- prevenzjoni ta' kriminalità 2017-2021, tisħaq fuq il-bżonn li jiġu adottati sistemi simili, speċjalment f 'lokalitajiet li qegħdin jesperjenzaw żieda fir-rata tal- kriminalità. It-taħriġ provdut huwa wkoll mfassal skont l-esiġenza neċessarja tal-lokal, qaltilna Isotta. "It-taħriġ huwa personalizzat skont il-preokkupazzjonijiet ta' kriminalità dominanti fil- lokalità, fosthom vandaliżmu u serq. Bejn Jannar tal-2013 u Jannar 2017, f 'lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa kienu rrapurtati mal-2,574 serqa. Dan kien żvelat mill-eks Ministru għall-intern u s-sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela f 'risposta għall- mistoqsija li staqsa l-onorevoli Robert Cutajar. Iż-żona ta' San Pawl il-Baħar flimkien mal-lokalitajiet oħrajn bħal San Ġiljan u Tas-Sliema jesperjenzaw rata għolja ta' kriminilità primarjament għaliex huma ċentri turistiċi u ta' divertiment. F'rapport ikkompilat mill-Kriminoloġista George Formosa, ġie żvelat li mas- 17,298 reat kienu rrapurtati f '2016, b'reati ta' serq jiddominaw l-istatistika hekk kif dawn jammontaw għall-51% tar-reati kollha. Kull min huwa interessat f 'dan il-proġett jista' jagħmel kuntatt ma' Isotta fuq isotta@victimsupport.org.mt. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Proġett pilota għall-viġilanza fit-toroq 51% tar-reati fl-2016 kienu relatati ma' serq Isotta Rossoni Proġett ta' sentejn li se jbiddel wiċċ l-iskola tal-Imsida FILJIEM li ġejjin se jkun qed jibda x-xogħol fuq proġett illi mistenni jbiddel wiċċ l-iskola tal-Imsida, skola li bħalissa tinsab fi stat pjuttost ħażin. L-iskola, parti mill-kulleġġ Santa Tereża, mistennija tesperjenza bidla totali b'partijiet mibnijin mill-ġdid kif ukoll b'żieda ta' faċilitajiet li se jtejbu l-livell tal-iskola b'mod notevoli. Ftit tal-ħin ilu huwa mifhUm li l-Ministeru u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) kellhom laqgħa mal- ġenituri tal-istudenti illi fiha Infurmawhom dwar il-fatt li sakemm ikun għaddej dan il-proġett, l-iskola se tkun qed timxi lejn Santa Venera. Fil-fatt fis-sentejn li se jdum għaddej ix-xogħol il-madwar 300 student se jkunu qed jingħataw trasport b'superviżjoni b'xejn lejn parti mill-iskola ta' Santa Venera illi mhix qed tintuża bħalissa. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed iserraħ ras il-ġenituri illi l-istudenti se jkunu jistgħu igawdu mill-istess faċilitajiet li jgawdu issa u saħansitra se jiżdiedu numru ta' servizzi oħrajn. Il-proġett, li se jiswa mat-€3 miljuni, se jinkludi l-bini ta' blokka ġdida tal-iskola fejn hemm is-sala llum, sala ġdida multi-purpose, grawnd ġdid, it- tqegħid ta'arja ikkundizzjonata madwar il-bini, sistemi ta' insulazzjoni, ċentru ta' child care, parkeġġ u librerija. L-iskola se tkun qed terġa' tiftaħ il-bibien tagħha f 'Settembru 2019. L-għalliema wkoll se jkollhom sehem fil-proġett billi se tkun qed issir konsultazzjoni wiesa' magħhom dwar il- klassijiet u l-mod kif dawn ikunu mqassmin biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal- istudenti. Dan il-proġett huwa parti minn kullana ta' proġetti ta' investiment li qed isir fl-iskejjel bħalissa, bi skejjel ġodda skedati li jiftħu f 'Wied il-Għajn u fil-Qawra sal-2019. Intant ma' din il-gazzetta l-kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada sostna li, "peress li l-iskola preżenti hija waħda antika u fiha problemi ta' aċċessibilità, b'ħafna diżlivelli u turġien fl-istess sular, l-istruttura tal-iskola l-ġdida se tkun kompletament aċċessibbli għal kulħadd. L-ambjent se jkun inklussiv, anke għal tfal bi bżonnijiet speċjali." "Minħabba l-valur arkitettoniku tal-binja, li nbniet f 'nofs is-snin ħamsin, liema stil hu tipiku ta' dak iż-żmien, il-faċċati tal-binja mhux se jinħattu, iżda se jkunu inkorporati mal-binja l-ġdida. Naturalment il-bini l-ġdid se jkun espressjoni tal-arkitettura ta' żmienna. Fuq kollox il-binja trid tkun waħda prattika li fiha t-tfal iħossuhom komdi." Axiaq kompla jgħid li "l-arkitettura tal-iskejjel il- ġodda bil-faċilitajiet u r-riżorsi tagħhom li rridu nimxu lejha hija dik ta' skola li fiha l-għalliema jkunu jistgħu jgħallmu. Irridu skejjel komdi, sbieħ u addattati biex fihom it-tfal jieħdu pjaċir jitghallmu. Irridu skejjel li jkunu tabilħaqq skejjel." Intant is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri li sostna illi, "Se naraw li jkun hemm kunsens fost l-għalliema fuq kull skola li ser tinbena għalihom. Ser indaħħlu prattiċi ġodda wkoll fosthom li kull skola jkollha s-sapport ta' terzi konċernati bħalma huma l-Assoċjazzjoni Nazzjonali għall-Awtiżmu u dawk tal- ġenituri. Irridu skejjel mibnija u attrezzati bħala xempju tal- inklużjoni. Irridu skejjel ġodda li l-ġenituri jħossuhom kburin bihom u moħħhom mistrieħ li fihom jista' jsir l-aqwa tagħlim." Il-proġett se jfisser investiment ta' madwar €3 miljuni Dehra ta' kif se tkun l-iskola tal-Imsida wara investiment qawwi li jsir fiha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017