Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Opinjoni 16 I l-poplu Malti normalment jagħti opportunità lill-Gvern li jkun għadu kemm ġie elett li jkompli jwettaq il-ħidma tiegħu fit-tieni leġiżlatura. Sintendi din mhux regola tad-deheb u kien hemm fejn dan ma ġarax. Iżda kemm meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern u anke meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern l-poplu tah l-opportunità li jkompli jmexxi fit-tieni leġiżlatura. Kien hemm ukoll ċirkostanzi fejn il-poplu jafda lill-partit it-tielet mandat biex ikompli jagħmel ix-xogħol tiegħu. It-tieni mandat huwa differenti mill-ewwel wieħed. Fit-tieni mandat tkompli fejn tkun ħallejt iżda tieħu l-opportunità li ttejjeb fejn stajt għamilt aħjar fl-ewwel leġiżlatura u timplimenta bidliet li forsi minħabba pressjonijiet ta' ħin jew ċirkostanzi oħra ma stajtx twettaq. F'dan it-tieni mandat irridu nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li wettaqna fl-ewwel leġiżlatura waqt li nżommu l-freskezza u l-impazjenza ta' min irid l-affarijiet ikomplu jinbidlu għall-aħjar. Kultura Fil-kamp kulturali l-pass li jmiss hu li nwettqu tliet miri: li nkabbru l-udjenzi, li nsaħħu l-professjonaliżmu u li noħolqu iktar karrieri u impiegi fis- settur. Meta tqis kollox idur ma' kelma waħda: tisħiħ. Tisħiħ kemm tal-persuni li jikkunsmaw "is-servizzi", kemm tas-servizz innifsu u kemm ta' min iwettaq is-servizz. Wara li fl-aħħar xhur żrajna ż-żerriegħa li waslet għal ħajja ġdida f 'dan is-settur, issa rridu mmorru għall-pass li jmiss ta' tisħiħ ibbażat fuq dawn it-tliet miri. U kulm'aħna nagħmlu qed idur madwarhom. Din il-ġimgħa pereżempju nidejna l-premju għall-Arti fejn il-Kunsill Malti għall- Arti se jkun qed jippremja lil dawk li eċċellaw fis- settur kulturali. Dawn l-'oscars' biex ngħidulhom hekk għandhom l-għan li jippremjaw l-eċċellenza u l-professjonaliżmu. Għaliex wara kollox il-ħidma kultura toffri karrieri u professjonijiet bħal ħidmiet oħrajn u bħalma diversi professjonijiet jagħtu onorefiċenzi lil min ikun iddistingwa ruħu, fis-settur kulturali din m'għandhiex tkun eċċezzjoni. Ġustizzja Hekk ukoll fil-kamp tal- ġustizzja, wara li fl-ewwel leġiżlatura ffokajna fuq in- numru sabiex intaffu kemm nistgħu l-problema tal-backlogs speċjalment fil-kamp ċivili, f 'din il-leġiżlatura rridu niffokaw dejjem iktar fuq il- kwalità. Triq 'il quddiem hija l-ispeċjalizzazzjoni fejn irridu li fil-Qrati jkun hemm diversi sezzjonijiet li jkunu, anke amministrattivament, tailor made għall-esiġenzi tas-settur partikolari. Mhux biss il- ġudikanti, imma anke l-istaff tas-sezzjoni partikolari jridu jkunu iktar konoxxenti tas- settur li jkunu qegħdin jaħdmu fih. B'hekk naraw li jkun hemm titjib u ammeljorament fejn tidħol il-kwalità tas-settur ġudizzjarju. Jekk Alla jrid fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna kull opportunità li nagħtu iktar spjega ta' fejn irridu naslu. Xandir Nazzjonali Is-survey li ġie ppubblikat din il-ġimgħa huwa prova, jekk kien hemm bżonn, li x-Xandir pubbliku jinsab miexi dejjem iktar 'il quddiem. L-udjenzi kulma jmur qegħdin jikbru u n-nies temmen fix-xandir nazzjonali għax huwa tajjeb. Issa jien naf li fl-aħħar leġiżlatura kien hemm kritika mill-Oppożizzjoni dwar ix-Xandir Nazzjonali però onestament nemmen li din il-kritika kienet waħda fiergħa u inġusta. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-Kamra tal-Aħbarijiet isib Kap ta' esperjenza u integrità fil-persuna ta' Reno Bugeja u staff li għandhom passat ġurnalistiku mifrux u mħawwar ħafna. Jiena niftaħar li hu x'inhu l-passat ġurnalistiku tal-ġurnalisti tal-PBS, dawn ifittxu l-verità u l-korrettezza l-ewwel u qabel kollox u jaraw li jkunu l-aqwa u l-aħjar f 'dak kollu li jagħmlu. Issa jekk wieħed irid jaqbad max-xagħra fl-għaġina persważ li mill-eluf ta' servizzi li jixxandru se jsib x'jikkritika f 'xi wieħed. Anke jien, ġieli nkun qed nara l-aħbarijiet u ngħid: ara hawn ma misshomx qalu hekk - każ tipiku kien servizz tal-aħbarijiet riċenti dwar il- kmamar tan-nar li nemmen li l-kliem li ntuża seta' (anke jekk mhux apposta) kien insensittiv. Imma hu x'inhu, nemmen li kulħadd jaqbel li l-ħaddiema tal–PBS qed joffru standards b'saħħithom u importanti. Irrid ngħid kelma wkoll dwar iċ-Chairperson, Board ta' Diretturi u CEO tal-PBS. Jekk taqbad karta u tniżżel l-isem ta' kull wieħed u waħda minnhom issib li l-esperjenza li lkoll għandhom hija impressjonanti. Kull wieħed u waħda minnhom għandhom kontribut enormi x'jagħtu u l-background tagħhom huwa wieħed miżgħud bl-esperjenza. Meħudin flimkien jagħmlu core ta' persuni ta' talent kbir. Huwa kruċjali li jaħdmu id f 'id u b'sinergija sabiex il-PBS ikompli jimxi 'l quddiem u jissaħħaħ. Ħidma ma taqta' xejn S'intendi hawn semmejt biss tliet oqsma li huma fdati direttament lili. Hemm is-setturi tal-ħarsien tal- konsumatur, l-indafa u l-Kunsilli Lokali b'mod partikolari li sħabi Deo Debattista u Silvio Parnis qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna fih. Diġà spjegaw il-viżjoni u l-mira tagħhom u fejn iridu jaslu u konvint li matul din il-leġiżlatura se naraw iktar riżultati u iktar progress. Elezzjoni leadership Jien u nikteb dan ir-rapport il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista qegħdin jitfgħu l-vot tagħhom għall- għażla ta' żewġ persuni li jridu jgħaddu għar-round finali biex imbagħad minn dawn it-tnejn jingħazel Kap tal-Partit Nazzjonalista. Għalhekk jien ma nafx min ingħażel. Din l-elezzjoni ssorprendietni negattivament għax qatt ma ħsibt li l-Partit Nazzjonalista kien se jaqa' fil-baxx u jmiss il-qiegħ daqs kemm qiegħed jagħmel issa. Il-Partit Laburista kellu żewġt itlielaq importanti fl-aħħar ftit xhur u kemm min rebaħ u kemm min tilef ġab ruħu kif xieraq u fi spirtu ta' tellieqa bejn il-ħbieb. Qabbel kif ġibna ruħna aħna ma' kif qed iġib ruħu l-Partit Nazzjonalista u l-poplu waħdu jasal għall- konklużjonijiet tiegħu dwar min hu l-iktar addattat biex imexxi lil pajjiżna. L-attakk intern kien ukoll wieħed bla preċedent fejn l-istess riċetta eżatt li kien juża Simon Busuttil u l-klikka tiegħu (b'riżultat elettorali diżastruż) fuqna l-esponenti tal-Gvern intużat preċiż fuq 'sħabhom' stess. L-istess tattika, l-istess sistema, l-istess ħdura. Min qed isofri dawn l-attakki u l-ħdura llum meta konna qed insofruhom aħna lbieraħ qatt ma naf li għolla difer wieħed biex jgħid li dak kien ħażin u ma jixraqx jew imqar qabad it-telefon u esprima solidarjetà. Nittama - għall-ġid tad- dibattitu politiku iktar minn kull ħaġa oħra - li issa li l-arkitett tal-ħdura Simon Busuttil se jwarrab, titwarrab OWEN BONNICI Issa li l-arkitett tal-ħdura Simon Busuttil se jwarrab, titwarrab ukoll is–sistema kattiva li kien juża … jew le? Din l-elezzjoni ssorprendietni negattivament għax qatt ma ħsibt li l-Partit Nazzjonalista kien se jaqa' fil-baxx u jmiss il-qiegħ daqs kemm qiegħed jagħmel issa Il-passi li jmiss

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017