Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
3 Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017| illum Aħbarijiet Bartolo u Scicluna jagħtu daharhom għall-proposta tas-sick leave Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li kif inhi l-proposta tippenalizza lil min huwa ġenwin Minn Albert Gauci Cunningham ILMINISTRU responsabbli mill- qasam tax-Xogħol Evarist Bartolo ingħaqad mal-Prim Ministru Joseph Muscat kontra l-proposta tal-Malta Employers Association (MEA) biex l-ewwel ġurnata li ħaddiem jieħu 'sick' ma titħallasx. Mistoqsi minn din il-gazzetta, jekk il-kabinett għandux jikkunsidra jew inkella jeskludi din il-proposta, Bartolo kien ċar; 'Filwaqt li nieħu nota tal-miżura, ma naqbilx magħha.' Min-naħa l-oħra, minkejja li indika li huwa kontra l-kunċett tal-proposta, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien iktar kawt. "Ladarba jiena nitlob għall-proposti għall-baġit mingħand l-imsieħba soċjali u l-proposti jsiru ma nistax imbagħad ngħid li mhix se nisma' proposta partikolari." Scicluna iżda pront itenni l-ħsieb tiegħu li l-miżura partikolari se tfisser illi se jeħel kulħadd, anke min huwa ġenwin. "Il- miżura, kif proposta, tweġġa' lil min huwa ġenwin. Hemm modi oħrajn kif nistgħu niġġieldu l-abbuż u jidhirli li f 'dan l-istadju ħadd mhu qed jgħid li m'hemmx abbuż. Anke l-unjins jirrealizzaw dan." Scicluna sostna li l-problema tal- abbuż fil-fatt mhix awtomatikament relatata mal-jiem ta' wara tmiem il-ġimgħa biss. "Huwa ppruvat li fil-fatt it-teħid tal-benefiċċju tal-mard huwa kkorrellat ukoll mal-kuntentizza fuq il-post tax- xogħol. Inqas kemm il-ħaddiem ikun kuntent fuq il-post tax-xogħol, aktar jittieħdu ġranet 'sick'. Il-Ministru Scicluna ppropona wkoll iżda illi f 'dan il-każ jitħaddem il-kunċett tal-flexi-time. "Illum m'għadniex qed ngħixu fi żmien il- brodu. Jekk hemm il-mekkaniżmu ta' sigħat flessibbli, mela fejn possibbli l-impjegtur u l-impjegat jistgħu jaslu fi qbil ta' kif l-aħjar li jitqassmu s-sigħat." Il-Ministru tal-Finanzi jinsisti li jekk hemm il-possibbilità li jintlaħaq qbil fuq sigħat flessibbli bejn il-partijiet dan għandu jintlaħaq. Il-proposta tal-Malta Employers Association qajmet dibattitu sħiħ, bil-unjins joħorġu kontra din il- proposta u jsostnu illi hija 'tnaqqir tad-drittijiet tal-ħaddiem.' Din imma kienet biss proposta waħda minn bosta, bil-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda tiddedika paġna għall-proposti tal-istess assoċjazzjoni, fosthom dwar il-festi pubbliċi u l-proposta biex in-negozji ma jibqgħux iħallsu rati ogħla minn dawk residenzjali għas-servizzi tad-dawl u l-ilma. L-oppożizzjoni tal-Ministru Bartolo tiġi wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu wera ruħu kontra din il-proposta, hekk kif f 'kummenti l-ġimgħa l-oħra indika li din il- proposta lanqas biss se tkun diskussa. Muscat qal lill-gazzetta The Times illi l-proposta kienet 'a non-starter'. Akkużat li abbuża minn żewġt itfal ta' 10 u 12-il sena Raġel ta' 41 sena mill-Isla jinsab akkużat li kellu x'jaqsam sesswalment ma' żewġt itfal RAĠEL ta' 41 sena mill-Isla deher quddiem il-maġistrat Joseph Mifsud, akkużat li f ' Awwissu uża t-teknoloġija b'mod indiċenti, bl-għan li jiltaqa' u jippartecipa f 'attivatijiet sesswali ma' żewġ tfajliet ta' 10 u 12-il sena, rispettivament. L-Ispettur Jospeh Busuttil spjega kif il-ġenituri taż- żewġt itfal irrikorrew għand il-pulizija wara li waħda mit- tfal kienet tkellmet mal-kuġin tagħha dwar l-abbuż, li dan imbagħad qal lil omm it-tifla. L-ispettur spjega kif l-akkużat wettaq avvanzi sesswali fuq it-tifla ta' 10 snin, filwaqt li fil-konfront tat-tifla ta' 12-il sena dan kellu x'jaqsam magħha. Waqt l-interrogazzjoni r-raġel ammetta mal- pulizija li hu kien abbuża minn waħda mit-tfajliet f 'proprjetà fejn il-baħar, iżda hu ma ammetiex li abbuża sesswalment mit-tifla l-oħra. Id-difiża qalet kif it-tifla ta' 12-il sena kienet ipparteċipat minn jedda fl-atti sesswali u li diġà kienet sesswalment attiva fil-passat. Id-difiża talbet il- libertà proviżorja, wara li argumentat li kien hemm biżżejjed miżuri li jwaqqfu lill-akkużat milli jipprova jinfluwenza lix-xhieda. Min-naħa l-oħra l-Ispettur Busuttil qal li l-akkużat, jaħdem ma' missier waħda mit-tfal abbużati, u għalekk dan kien ser ikun diffiċli biex jimmaterjalizza. Il-Maġistrat irrifjutat li tagħti l-libertà lill- akkużat f 'dan il-punt tal- investigazzjoni filwaqt li ordnat il-projbizzjoni tal-pubblikazzjoni tal-isem tat-tfal, dan sabiex tipproteġi l-identità tagħhom. L-avukat David Camilieri deher għall- akkużat.