Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
illum Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Sports 28 MASSIMO Cremona, attwalment, Numru 6 fl-FISTF Rankings Mondjali kategorija Open, fl-istaġun li ġej se jkun sponsorjat minn PUMA, rappreżentati mid-ditta Tutto Sport Ltd. Cremona, reġa' ġie kkonfermat għad-disa' staġun konsekuttiv maċ- Champions Ewropej, kif ukoll ta' l-Italia F.illi Bari Reggio Emilia. L-Istaġun li għadda kien wieħed tajjeb għal Cremona fix-xena Internazzjonali, fejn rebaħ il-Gran Prix ta' Glasgow (Skozja) u Vjenna (Awstrija), kien finalista fil-Gran Prix ta' Londra (Ingilterra) u l-Open ta' Messina (Sqallija) kif ukoll semi-finalista fil-Gran Prix ta' Pariġi (Franza). Mal-klabb Taljan, F.illi Bari Reggio Emilia, Cremona rebaħ iċ-Champions League tal-Ewropa għar-raba' darba fil-karriera tiegħu, il-Kampjonat Taljan tas-Serie A, kif ukoll il-Major ta' Frameries ġewwa l-Belġju. Cremona xtaq jirringrazzja lil Eligio Vella, tas-sapport li dejjem sab mingħandu. Prestazzjoni eċċellenti għal Yazmin Zammit Stevens f 'Taipei ILWEIGHTLIFTER Yazmin Zammit Stevens kellha prestazzjoni eċċellenti fil-kategorija tat-63kilo fil- Logħob Dinji Universitarju ġewwa Taipei. Zammit Stevens waqqfet sitt rekords nazzjonali oħra li jfisser li hija kisret 53 rekord nazzjonali fil-karriera tagħha. Hija kisbet id-19-il post fuq livell dinji, irnexxielha wkoll taqbeż atleti mill-Istati Uniti, id-Danimarka, New Zealand, ir-Russja u t-Tajlandja. Il-kompetizzjoni f ' Taipei kienet definittivament l-akbar avveniment s'issa għal Zammit Stevens, madankollu, kellha kunfidenza tremenda fuq il-pjattaforma. Fil-parti tas-snatch kienet qed tkun diffiċli wara li t-tieni tentattiv tagħha kien ta' 77kilo li l-ewwel ingħata riżultat tajjeb mit-tliet referis tal-kompetizzjoni iżda iktar tard ġiet mibdula għal refgħa ħażina mill-ġurija għall- moviment żgħir fuq wieħed mill-minkeb. Hija falliet it-tielet tentattiv tagħha ta' 78kilo li fisser li l-aħjar refgħa ta' 74kilo li għamlet fl-ewwel tentattiv li kienet żewġ kilo taħt l-aħjar tagħha, u ta` rekord nazzjonali f 'din il- klassi tal-piż. Determinata biex tpatti għall-kilogrammi mitlufa, hija fetħet b'suċċess il-Clean and Jerk b`refa eċċelenti ta' 93kilo, li kienet żewġ kilos ogħla mill-aqwa tagħha f 'din il-klassi tal-piż. Zammit Stevens eventwalment kompliet tagħmel it-tieni u t-tielet lifts tagħha f '96 kilo u 98 kilo li fissru li t-tliet refgħat kienu rekords nazzjonali, kif ukoll tkissru t-tliet rekords fuq it-total. Ir-refgħa ta' 98 kilo mhux biss hija żieda qawwija ta' seba' kilogrammi fuq ir-rekord preċedenti tagħha, iżda huwa l-aħjar irfigħ personali (anke fi klassijiet ta' piż ogħla) u ta' kull żmien. Yazmin Zammit Stevens -azzjoni f 'Taipei. Puma jisponsorjaw lil Massimo Cremona Massimo Cremona imkien ma' Eligio Vella.