Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Sports 29 Meta Luxol St Andrews Futsal Club kitbu isimhom -istorja Riżultati sbieħ minn JKA Malta fil-JKA World Championships 2017 KARATEKI mill-assoċjazzjoni JKA Malta telgħu l-Irlanda biex jikkompetu fil-World Championships mis-17 sal-20 ta' Awwissu, fl-Universita ta' Limerick. Din hija l-ewwel darba li tim Malti tela' biex jikkompeti f 'livell mondjali u akkwistaw riżultati sbieħ ħafna. Proset kbira lil Nicole Chircop li klassifikat fit-tmien post fid- dinja, fil-kategorija tagħha. Proset ukoll lil kumplament tat-tim Malti, Etienne Ceci Bonello u Liane Chircop, għar-rebħ fuq pajjiżi bħall-Kanada, l-Afrika t'Isfel, l-Italja u l-Emirati Gharab Magħquda. JKA Malta xtaqet tgħaddi l-kumplimenti tagħha lill- president, Dario Chircop għall- ħin prezzjuz u għad-dedikazzjoni kollha lejn dawn l-atleti prestiġjużi. JKA Malta -Irlanda LUXOL St Andrews Futsal Club kitbu isimhom fl- istorja, meta saru l-ewwel klabb Malti tal-Futsal li kkwalifika ghall-Ewwel Round propju tal- UEFAFutsal Cup li se jkun qed jintlagħab bejn l-10 u l-15 ta' Ottubru li ġej. Dan wara li rebħu b'punti massimi Grupp C ta' Kwalifikazzjoni tal-UEFA Futsal Cup. Huma temmew l-impenji taghhom minn Grupp C ta' Kwalifikazzjoni tal-kompetizjoni f 'Linz l-Awstrija b'rebha ta' 4-3 kontra ċ-Champions Iżraeliti Maccabi Tel Aviv. 3-1 sal-mistrieħ għaċ- Champions Maltin. Kristijan Grbeša fetaħ l-iskor għal Luxol wara żewġ minuti u 20 sekonda, biex ftit wara irdoppja Zvezdan Vukovic qabel it-3-0 ghal Luxol tal- captain Mark Zammit. Maccabi li bil-flying keeper bdew kontinwament jitfgħu taħt pressjoni lill-avversarji Maltin tul il-logħba kollha naqqsu d-distakk u fetħu l-kont tagħhom minn Adam Cohen li għamel l-iskor 3-1 sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima Ivan Diedunov reġa' fetaħ il- logħba beraħ bil-gowl tat-3-2 għall-Izraeliti, qabel mal- Kroat Nikola Perković reġa' fetaħ vantaġġ ta' żewġ gowls għat-tim Malti (4-2) u kien jonqos biss id-doppjetta personali għal Adam Cohen ghal skor finali - Maccabi Tel Aviv 3, Luxol Futsal 4 Intant, fil-partita ta' qable din, Luxol St Andrews Futsal Club rebħu l-aktar logħba diffiċli fl-Awstrija fil-grupp ta kwalifikazzjoni tal-UEFA Futsal Cup meta għelbu l-qawwa taċ-Champions tal-Maċedonja KMF Shkupi bl-iskor konvinċenti ta' 9-2. L-ikbar rebħa b'distakk ta' seba' gowls għall-klabb Malti tal-Futsal f 'dil-kompetizzjoni prestiġjuża u l-ewwel darba li klabb Malti rebaħ żewġ logħbiet f 'dan il-grupp preliminari. Vantaġġ Malti wara biss 51 sekonda mill-Brażiljan Celino Alves, ftit wara Luxol irduppjaw minn Kristjan Grbesa. Shkupi naqqsu d-distakk għal 2-1 minn Erkan Seferi, iżda segwew tliet goals mingħajr risposta għall- Maltin bid-doppjetta ta' Celino, gowls oħra qabel il- mistrieħ minn Emil Raducu u Hrvoje Penava 5-1 sal- mistrieħ. Fit-tieni taqsima n-nofs tużżana għal Luxol minn Nikola Perkovic qabel gowl tal-bandiera ghal Maċedoni minn Dragan Peteovic. 7-2 għal Luxol minn penalty u d-doppjetta wkoll għall- Kroat Kristijan Grbesa qabel l-aħħar żewġ gowls għal Luxol mill-pivot u stilla Serba Zvezdan Vukovic għal skor finali Luxol 9 KMF Shkupi 2. Dan sabiex fl-ewwel partita, kellna rebħa konvincenti għal Luxol Futsal meta għelbu liċ-Champions Awstrijaċi FC Diamant Linz bl-iskor ta' 7-1. Luxol Futsal wara ftit sekondi marru fil-vantaġġ mill-Brażiljan Rogerio dos Santos, 2-0 ta' Mark Zammit, biex il-Maltin komplew jieħdu aktar kunfidenza u għalqu l-ewwel taqsima b'żewġ gowls oħra skurjati minn Emil Raducu u l-Kroat Nikola Perkovic għal riżultat ta' 4-0 sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima Luxol baqgħu superjuri u b'gowls ta' Celino Alves, GianCarlo Sammut u d-doppjetta ta' Perkovic għamlu l-iskor 7-0 qabel gowl ta' konsolazzjoni fl-aħħar sekondi għat-tim Awstrijakk. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Rodney Vassallo. Plejers u uċjali ta' Luxol jiċċelebraw wara li kitbu isim- hom -istorja. Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017