Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 ILMINISTRU għall- Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal- Kummerċ Carmelo Abela flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia indirizzaw konferenza stampa fejn ġew imnedija tliet proġetti ko- finanzjati mill-Fond għas- Sigurtà Interna (ISF) 2014- 2020 tal-Unjoni Ewopea (UE). L-istrateġiji tas-sigurtà nazzjonali interna jipprovdu d-direzzjoni u r-rekwiżiti li Malta għandha bżonn tinidirizza biex ittejjeb il-kapaċità fl-immaniġjar tal-kontroll tal-fruntieri u l- kooperazzjoni mal-Pulizija. Il-Ministru Abela flimkien mas-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia, enfasizzaw li mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta kienet u għadha qed tosserva r-regoli tal-UE u tipparteċipa fl- inizjattivi tagħha biex tħares il-protezzjoni u s-sigurtà tal-furntieri. Il-proġetti mnedija ħa jtejbu l-kapaċità tal-Ministeru f 'dan is-settur b'mod partikolari fuq il-ħruġ ta' Schengen Visas. Il-proġetti ffinanzjati mill- UE huma: It-taħriġ fi kwistjonijiet tax-Schengen u Immigrazzjoni B'dan il proġett, il- Ministeru qed jimmira li jkompli jsaħħaħ ir-riżorsi umani tiegħu permezz ta' taħriġ kontinwu tal-persunal tiegħu fi kwistjonijiet tal- politika tax-Schengen u tal-Immigrazzjoni. Dan it- taħriġ se jinkludi taqsimiet li jiffokaw fuq ħiliet li jipprovdu lill-persunal l-għodda meħtieġa biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet tal- Visa u jagħmlu l-verifiki diliġenti dovuti. Barra minn hekk, it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol f 'wieħed mill- missjonijiet jew pożizzjonijiet konsolari ta' Malta se jiġi mgħoti biex jgħin l-uffiċjali biex jipprattikaw u jissupplimentaw il-ħiliet li kisbu max-xejriet attwali fil-qasam. Il-programm ta' taħriġ ħa jkun disponnibbli għall-partijiet interessati kollha inklużi s-Central Visa Unit, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni, u l-awtoritajiet tal-Ażil. Il-baġit totali allokat għal dan il- proġett huwa ta' €700,000.00, li 75% minnhom se jiġu ffinanzjati mill-UE. L-ispejjeż tar-ri- inġinerija u l-operat tas- Sistema Nazzjonali tal- Informazzjoni dwar il-Visa (N-VIS) Dan il-proġett jimmira biex jindirizza t-titjib tas- sistema nazzjonali tal-visa li għad jirriżulta f 'effiċjenza tal-proċess tal-visa. Il-baġit allokat għal dan il-proġett huwa €1,700,000, li 75% minnhom huma ffinanzjati mill-UE. L-ispejjeż operattivi tiegħu għall-amministrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' Schengen u Visa Dan il-proġett jinkludi r-rimborż tas-salarji tal- persunal li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-Konsulat tal-kwistonijiet fuq Schengen u Visas. Il-budget allokat għal dan il-proġett huwa €1,500,000. Dan il-Proġett huwa ffinanzjat 100% mill- UE. Il-Ministru Abela u Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia kkonkludew billi qalu li dawn il-proġetti ser ikunu ta' kontribut essenzjali kemm għall- Minsteru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, biex iħeġġeġ u jsaħħaħ il-persunal tiegħu, kif ukoll juri l-impenn biex isaħħaħ il-preżenza ta' Malta, fi ħdan l-Ewropa u f 'pajjiżi barranin. Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta' Investiment Ew ropej 2014-2020 "It-traw w im ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ew ropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ew ropea; 20% Fondi Nazzjonali Avviż fuq is-Sejħa għas-Sottomisjoni ta' Proposti ta' Proġetti taħt is-VI Sejħa Estensjoni tat-Terminu għas-Sottomissjoni ta' Proposti taħt is-VI Sejħa B'referenza għall-Avviż tas-VI Sejħa taħt il-Fond ta' Koeżjoni mħabbra mill-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 fil-25 ta' Ġunju 2017, l-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar l-estensjoni tat-terminu għas-sottomisjoni ta' proposti ta' proġetti taħt l-Ass Prijoritarju 11 - 'L-investiment f'infrastruttura TEN-T'. It-terminu għas-sottomissjoni tal-proposti ser jiġi estiż sal-Ġimgħa, 17 ta' Novembru 2017 f'nofsinhar, biex jitħalla biżżejjed żmien għall-preparazzjoni tal-applikazzjonijiet. Iktar informazzjoni jew mistoqsijiet speċifici fuq dan l-Avviż jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew billi tintbghat korrespondenza elettronika fuq: info.ppcd@gov.mt. Aktar minn tliet miljun ewro ffinanzjati għall-proġett tal-ISF

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017