Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
5 Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet Kriżi PN: Tort ta' min? DIN il-ġimgħa s-sitwazzjoni fil- Partit Nazzjonalista kompliet tiggrava. L-iżviluppi li kienu drammatiċi diġà l-ġimgħa l-oħra, bl-iżvelar ta' kont f 'Jersey f 'isem Adrian Delia minn Daphne Caruana Galizia liema kont allegatament intuża biex jgħaddu minnu flus mill-prostituzzjoni, inbidlu fi żviluppi kważi fatali għall-istess partit. Din kienet definittivament waħda mill-agħar ġimgħat tal-Partit Nazzjonalista mill- eżistenza tiegħu u probabbilment il- ġimgħa li ssiġġillat fil- perċezzjoni tal-massa l-idea li din l-elezzjoni mhix ġusta u kważi, kważi lanqas mhi leġittima. Imma għaliex? Tort ta' min? Tort ta' Daphne? Tort ta' Simon? Tort ta' Adrian Delia? Jew tort ta' dawk il- mijiet ta' Nazzjonalisti li issa saħansitra qed jisfidaw bil- miftuħ lill-Kap uxxenti Simon Busuttil u jgħidulu biex jitlaq? L-ILLUM tanalizza numru ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew reazzjonijiet li ttieħdu jew ma ttieħdux li jista' jkun illi ggravaw is-sitwazzjoni diġà kritika li kien jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista. 1 – Il-PN m'għamilx eżerċizzju ta' vvettjar mal-bidu tat-tiġrija Minkejja li ma ġratx din il-ġimgħa l-għerq ta' dan l-inkwiet kollu jmur lura għall-fatt illi l-partit m'għamilx eżerċizzju ta' moniteraġġ fuq il-kandidati qabel bdiet it-tiġrija. Ladarba Daphne Caruana Galizia kienet kapaċi tindaga u ssib li Delia għandu kont f 'Jersey u l-gazzetta oħt Maltatoday li l-istess Delia kien direttur ta' kumpanija tal-proprjetà f 'Londra li fiha allegatament kien hemm attività ta' prostituzzjoni, il-PN seta' għamel dan ukoll. Dan kien żball kardinali, jekk mhux l-ikbar żball f 'din it-traġi-kummiedja kollha. Kieku dan sar minn qabel u kieku kien hemm id-dell li hemm bħalissa fuq Delia minn qabel bdiet it-tiġrija, Delia ma kienx jitħalla joħroġ, ma kienx jirnexxilu jkabbar l-appoġġ favurih u kien ikun evitat dan il-ġlied intern kollu li tperreċ ma' kull rokna tal-pajjiż. Wara kulħadd bravu, jgħid il-Malti. Imma, sopra corne bastonate, il-PN dejjem iwettaq dan l-eżerċizzju. Tant li l-istess partit waqqaf Kummissjoni fl-2013 biex tagħmel dan l-ivvettjar fuq il-kandidati għall-elezzjoni ġenerali. Jiġifieri kif kien hemm min qal lil din il-gazzetta stess, għal dawk li jridu jkunu Kunsillieri sar proċess ta' monteraġġ, għal dawk li jridu jkunu kandidati l-istess, imma għall-persuna li trid tkun kap tal-partit u PM prospettiv, hemmhekk ma sar moniteraġġ ta' xejn. Il-PN qagħad jistenna lil Daphne tagħmel hi, dak li missu għamel hu. Dan huwa l-ewwel u l-ikbar żball. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Tkompli f 'paġna 6 u 7 Il-PN jinsab fuq preċipizju perikoluż. Maqbud f 'xibka ta' intriċċi li jafu jkissruh. Imma tort ta' min hu dan? Min jaħti għal dan it-teatrin traġiku?