Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
7 Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet il-ġimgħa waħda mill-agħar għall-partit lanqas m'għamel ġid l-attentat ta' inidividwalizzazzjoni u tgħajjir lejn dawk preżenti. Anke jekk kien hemm min kellu rekord kriminali u anke jekk ħafna minn dawk preżenti li bdew iċapċpu u jgħajtu 'Delia, Delia' ma kinux eżattament il-krema tal- borgeżija (li xi wħud b'mod diżilluż jaħsbu li jiffurmaw is-sinsla tal-PN), xorta huma riflessjoni ta' settur wiesa' ħafna ta' votanti Nazzjonalisti. Eddie Fenech Adami ppopolarizza lill-PN, għamlu partit tal-ħaddiema wkoll, partit tal-batut u ta' dik il- persuna li lanqas għandha għaxja ta' lejl aħseb u ara kemm għandha biex toqgħod tiddandan b'xi lbies tad-ditta. Parti sew minn dik li ġiet ittimbrata 'marmalja' fil-foyer tad- Dar Ċentrali tirrapreżenta settur kbir ta' Nazzjonalisti li jaqilgħuha u jiekluha. Nazzjonalisti ġenwini b'paga medja jew inqas. Li kummenti u referenzi b'mod indiskriminat għal din il-folla bħala 'marmalja ta' ħamalli u kriminali' ma ġewx iċċensurati jew għallinqas il-partit ma ddistanzjax lilu nnifsu minnhom turi diżrispett assolut lejn il-partitarji tal-istess partit, riluttanza lil-partit jinqata' mill-idea li huwa esklussiv u klassist u li huwa dgħajjef quddiem attakki fuq niesu stess, għax l-attakki ġejjin minn Daphne Caruana Galizia. Il-PN ma jistax ma jiġġilidx l-idea klassista li tiġġudika lin-nies bħala 'marmalja' għax demmha tbaqbaq għall-partit u għax tiċċelebra b'orgolju. Din il-ġimgħa baqa' ċass quddiem attakk fuq niesu stess, żball madornali ieħor. 7 – Il-Labour huwa l-għadu Fil-fervur li nqala' nhar it-Tnejn Delia fettillu jgħid li l-Labour huwa "l-għadu". Wara talab apoloġija, imma imbagħad troppo tardi. Minkejja li kien qed jitkellem ma' dawk li qed jagħtuh l-appoġġ f 'mument delikat, din tal-'għadu' m'għamlitx ġid la lil Delia u lanqas lill-PN. Il-partit jista' jgħaddi b'ħafna inqas vokabularju ta' diviżjoni bħalissa u b'ħafna iktar umiltà. 8 – Mat-48 siegħa ta' limbu Il-Kunsill Ammisntrattiv qabbad Kumitat Konsultattiv biex jiddeċiedi dwar Adrian Delia. Proprjament il-kliem kien 'biex jittieħdu passi xierqa'. Dan fetaħ 48 siegħa ta' inċertezza. Marbut ma' żball numru 1 u 2, dan l-żball tefa' lill-PN f 'limbu għal xejn inqas minn 48 siegħa. Taħlita ta' ġlied intern, inċertezza u tgerfixa konfużjoni sħiħa dwar il-parametri tal-istess Kunsill Amministrattiv poġġiet lill-partit sħiħ fuq pawsa. Kollox wieqaf, xejn mhu ċar 72 siegħa qabel ma jkomplu jivvutaw il-kunsillieri. Ladarba l-partit iddeċieda li ma jivvettjax (żball 1) biex imbagħad iltaqa' meta kien diġà beda l-proċess tal-votazzjoni (żball 2) l-aħħar ħaġa li kellu bżonn l-istess partit huwa li jżid b'48 siegħa l-inċertezza dwar jekk elezzjoni skedata hix se ssir u kandidat partikolari hux se jibqa'. 9 – Tiħrax il-kritika lejn Kristy u Jean Pierre Ħobbhom, obgħodhom, trid jew ma tridx Kristy Debono u Jean Pierre Debono huma Deputati Nazzjonalisti, parti mill-grupp Parlamentari li jifforma minoranza. Għal darb'oħra u bħal fil-każ tal-'marmalja' fi żball 6, qed issir kritika qawwija ħafna minnha fuq bażi personali, minn Caruana Galizia fuq dawn iż-żewġ Deputati. Issa, naturalment Caruana Galizia hija ġurnalista li għandha blog u għadha kull dritt tikteb li trid. Imma li l-istess partit li kien tant spedit biex jiddefendi lil Salvu Mallia, li ġab 100 vot minn żewġ distretti, ma jsibx il-ħin jew l-enerġija li jiddefendi l-integrità ta' żewġ Deputati tiegħu stess tibgħat messaġġ verament ikrah. Għal darb'oħra turi partit dgħajjef quddiem persuna. Jibgħat il-messaġġ jew jibni perċezzjoni illi għall- PN kulħadd jista' jintrema', skont l-esiġenzi. Tiftaħ ukoll feriti li se jdumu ma jingħalqu u li jistgħu jdumu biex jinħafru, billi qed toħloq ukoll firda u saħansitra sens ta' klassisżmu fil-Grupp Parlamentari: min huwa Alla, min ma jistax jintmess u min tajjeb biss għall- kaċċa. 10 - Il-PN iħalli lil Stagno Navarra jmexxi l-aġenda Ċertament li Karl Stagno Navarra, eks ġurnalist fil-midja tal-PN huwa rigwardat minn bosta fil-PN b'mod negattiv. Imma fil-verità kien hu, naturalment bħala parti mill-magna propogandistika b'saħħita tal-PL, li matul il-lejl ta' nhar l-Erbgħa informa lill-poplu dwar dak li kien qed jiġri fil-PN b'patafjun intervisti u opinjonijiet u interventi live. Dan ifisser li kull min xtaq jisma' dibattitu jew opinjoni hekk kif kienu qed iseħħu l-affarijiet 'real time' kellu bilfors idawwarlu fuq l-istazzjon tal- Partit Laburista. Dan kien żball strateġiku kbir. Il- PN kien jaf li kulħadd qed jitkellem dwar dan is-suġġett, kien jaf li mijiet jekk mhux eluf ta' nies kemm Laburisti u anke Nazzjonalisti kienu qed isegwu x'inhu jseħħ. Allura kien fl-interess tiegħu li jinfluwenza l-eżitu tal-istess diskussjoni billi jagħtiha l-isfumatura li ried hu, li taqbel lill-PN f 'dak il-ħin. Minflok kien il-Partit Laburista li tħalla jpinġi l-affarijiet kif ried hu. Kien fl-interess tal-PL li jpinġi stampa ta' PN mgħerreq fit-taħwid u t-tgerfix u lil Delia bħala l-vittma ta' attakk sfrenat mit-tmexxija tal-PN. U dik hija eżatt l-istampa li ingħatat. Il-PL hekk jaqbillu. Il-PN min-naħa l-oħra qagħad ixandar it- teleshopping. Iktar minn sempliċiment kwistjoni strettament medjatika, din hija kwistjoni ta' aġenda. Hekk kif qiegħed f 'sitwazzjoni tant imwiegħra l-partit ma jistax iħalli l-aġenda tiegħu f 'idejn l-aktar organizzazzjoni li trid tarah imkisser. Irid ikun hu li jmexxi l-aġenda tiegħu. Tkompli f 'paġna 8 Tiġrija tal-PN, aġenda tal-Labour? Adrian Delia dieħel id-Dar Ċentrali ma' dik li ssejħet 'marmalja' Bdew b'kafè fi Strada Rjali...