Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
9 Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet Lands Authority St. Sebastian Street, Valletta The Lands Authority is issuing an EOI for the provision of professional services by 'Periti' on a contract of service basis. More details and relevant documents can be obtained from: www.landsauthority.org.mt/services/procurement/ C M Y CM MY CY CMY K Lands Ad2.pdf 1 29/08/2017 13:40 'Qed inpaxxu lil-Laburisti' jgħidu Nazzjonalisti rrabjati tkompli minn paġna 1 Minkejja li fuq inizjattiva personali jidher li hemm attivisti ta' Delia li saħansitra qed jheddu illi jekk ma jitlax il-kandidat preferut tagħhom se jkunu qed imorru jieħdu t-tessera quddiem il-bieb tad- Dar Ċentrali, jew inkella għal dawk li mhumiex membri, il-maktur tal-PN bħala sinjal ta' protesta. L-affarijiet komplew jiżviluppaw b'mod drammatiku hekk kif fl-aħħar sigħat qabel ma bdiet il-votazzjoni fl- aħħar diskors tal-kampanja Adrian Delia deher ikellem folla, f 'isteriżmu u rabja, u allega li attivisti Nazzjonalisti li jappoġġjaw lilu kienu mhedda li jitkeċċew mill-PN u anke mix-xogħol tagħhom. Dan apparti li diversi persuni fil-quċċata tal-PN, primarjament il-kap uxxenti Simon Busuttil u Deputati bħal Jason Azzopardi qed jikxfu snienhom bil-qawwi kontra Delia. Busuttil insista li wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Aministrattiv Delia kellu jirtira mill-kandidatura, filwaqt li Azzopardi mar pass oltre. Huwa akkuża lil Delia, għalkemm ma semmiehx b'ismu, illi huwa ż-żiemel tat-Troja tal-Partit Laburista. Kliemu eżatt fuq il-paġna ta' Facebook kien "ħadd, ħadd m'għandu d-dritt iħammeġ l-isem, l-istorja u l-membri tal- Partit Nazzjonalista. Mhux ta' b'xejn Kastilja siktet, jittamaw li jdaħħlu żiemel ta' Troja fid-Dar Ċentrali." L-attakki saħansitra saru wkoll fuq il-kap uxxenti Simon Busuttil ftit wara li li għadda l-kummenti fil-konfront ta' Delia. Filwaqt li kien hemm paritarji li rringrazzjawh tax-xogħol kien hemm oħrajn li qalulu illi żmienu spiċċa u allura ma kellux juri preferenzi bejn kandidat u ieħor. Xi tesserati li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi fost l-għeruq kienu bosta dawk li ma qablu xejn mal-idea ta' dibattiti televiżivi għax rawhom bħala mod illi bih il-'feriti' fil-PN kienu qed ikomplu jinkixfu għall-pubbliku. "Qed inpaxxu lill-Partit Laburista," huwa kumment li ntqal lil din il-gazzetta imma li dewa wkoll f 'bosta kummenti fuq il-midja soċjali. Intant dalgħodu jkun magħruf min huma ż-żewġ kontestanti li ġabu l-aktar voti u jekk hux se jkun hemm il-bżonn li ssir elezzjoni oħra llum il-Ħadd. Persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-aħħar stħarriġ ta' kandidat partikolari, qabel ma nfetħet il-votazzjoni, kien juri illi l-aktar żewġ kandidati biċ-ċans li jispiċċaw bl-akbar numru ta' voti u allura jgħaddu għat-tieni fażi kienu Chris Said u Adrian Delia. Dan il-fattur jista' jwassal għal aktar inkwiet fil-PN, hekk kif dawk li jopponu l-kandidatura ta' Delia mistennijin li jkomplu jekk mhux ukoll iħarrxu l-ġlieda kontra l-kandidat Karkariż. Dan ikun ifisser illi tkompli l-battalja politika fl- apert għal ġimagħtejn oħra. Dawk li tkellmu mal-ILLUM urew it-tħassib serju ta' kemm il-partit fil-verità jiflaħ għal ġimagħtejn oħra, simili għal ġimagħtejn li għaddew. Il-kummenti tad-Deputat Jason Azzopardi dwar Delia Adrian Delia meta lbieraħ mar jivvota Adrian Delia meta lbieraħ mar jivvota Alex Perici Calascione wara li vvota Frank Portelli jivvota Reazzjonijiet differenti għat-talba ta' Busuttil li Delia jirtira...min jaqbel u min jgħidlu li hu parti minn kapitlu magħluq Attivist tal-PN u favur Delia jinsisti għal bojkott...