Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet ID-DISKUSSJONI dwar Malta u s-sitwazzjoni tas- saltna tad-dritt f 'pajjiżna se tibqa' tiġi diskussa fl- istituzzjonijiet Ewropej matul il-ġimgħa d-dieħla. Dan wara l-qtil brutali tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia li wassal għal dibattiti sħaħ u saru numru ta' allegazzjonijiet ta' ħasil tal-flus u allegazzjonijiet oħra li l-awtoritajiet Maltin ma għamlux biżżejjed fuq il-każijiet tal-kuntrabandu taż-żejt mil-Libja. Il-ġimgħa d-dieħla se jsiru wkoll numru ta' laqgħat hekk kif it-Tlieta, il-Kummissarju għall-Ġustizzja Vera Jourova se tkun qed tiltaqa' mal- Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Aktar tard matul il-ġimgħa, il- Kummissarju Jourova se tiltaqa' wkoll mal-Ministri Owen Bonnici u Helena Dalli. Jirriżulta li l-Kummissjoni Ewropea qed titlob aktar dettalji dwar l-allegazzjonijiet li kienu rriżultaw mill- Panama papers. Intant, tmien edituri ta' gazzetti u 'newsportals' Ewropej u fl-Istati Uniti appellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-poteri kollha tagħha biex tara li jsiru investigazzjonijiet indipendenti dwar il- qtil b'karozza bomba ta' Caruana Galizia. Din it-talba saret lill-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans. It-talba li saret permezz ta' ittra uffiċjali kienet iffirmata minn diretturi tan-New York Times, Financial Times, BBC, Le Monde, La Repubblica u El Pais fost l-oħrajn. Dawn għażlu li l-ittra tintbagħat fil-Jum Internazzjonali biex tieqaf l-impunità tar-reati kontra l-ġurnalisti. Min-naħa tiegħu, il-Viċi President tal-Kummissjoni Timmermans qal li jrid li l-awtoritajiet Maltin jitħallew jaħdmu sabiex dak kollu li jirriżulta mill- investigazzonijiet ikun jista' jibqa' jiġi investigat fit-tul, dawk li ħaqqhom jitressqu quddiem il-ġustizzja jitressqu u jekk hemm problemi proċedurali jew ħtieġa ta' tibdil leġiżlattiv dan isir. Timmermans appella biex l-awtoritajiet Maltin ma jħallu xejn fil-ġenb biex min wettaq l-assassinju ta' Caruana Galizia. Saħaq ukoll li fl-Ewropa qatt ma huwa se jkun hawn żmien fejn min irid jagħmel mistoqsijiet jingħalaqlu ħaqlu filwaqt li dan żgur qatt mhuwa se jitħalla jsir taħt il-Kummissjoni preżenti. Id-diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt u l-ħasil tal-flus f 'Malta se tkompli wkoll fil- Parlament Ewropew, hekk kif fl-14 ta' Novembru li ġej se ssir diskussjoni. L-Unjoni Ewropea qed tipprepara wkoll biex matul il-ġimgħa d-dieħla jkomplu l-laqgħat relatati mal-Brexit, dan hekk kif se jsiru laqgħat oħra l-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10 ta' Novembru, wara li l-mexxejja Ewropej enfasizzaw li għadu ma sarx biżżejjed progress sabiex in-negozjati jimxu 'l quddiem. Din se tkun is-6 darba li se jsiru laqgħat fuq il-Brexit, u dan meta għadhom ma sarux kjarifiki fuq il-lat finanzjarju. Kollox jindika iżda li l-mexxejja Ewropej se jkollhom jaffaċċjaw lil xulxin dwar dan fis- summit li se jsir f 'Diċembru. Apparti Malta u l-Brexit, fl-istituzzjonijiet Ewropej se tkompli d-diskussjoni fuq is-sitwazzjoni preżenti fil- Katalonja, speċjalment il-kriżi li nħolqot bil-ħruġ ta' mandat għall-arrest tal-eks mexxej tal- Katalunja Carles Puigdemont, li fil-preżent jidher li qed jingħata ażil politiku fi Brussell. Malta u s-saltna tad-drittijiet f 'pajjiżna flimkien mal- Brexit u l-Katalunja fid-diskussjonijiet tal-Unjoni Ewropea 7'IJIEM Il-vjolenza domestika Illejla fit-20:30 Fuq TVM2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017