Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142
illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Sports 34 Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? L-isterjotipi li jeżistu fuq kif għandu jidher raġel u kif għandha tidher mara huma mitoloġija. Min aħna biex niġġudikaw x'inhu addattat għas- sess maskili u għal dak femminili? Kemm l-atleti maskili, kif ukoll dawk femminili għandhom sfidi quddiemhom, sfidi mentalment kif ukoll sfidi fiżiċi għax dejjem inkunu nixtiequ niġu aħjar, intejbu lilna nfusna! B'hekk nemmen li dan l-isports jgħin lil dak li jkun mhux biss jidher aħjar imma anke jtejjeb is-saħħa mentali kif ukoll dik fiżika. In-nisa u l-irġiel jikkompetu f 'kategoriji differenti u minħabba ġenetika differenti tas-sess maskili u tas-sess femminili, il-ġisem mhuwiex ħa jkun fl-istess kundizzjoni. Insibu kategoriji differenti għan-nisa minħabba li mhux kull ġisem hu maħluq għal pereżempju Bikini Fitness. Int tieħu sehem fil-kategorija 'Bikini Fitness'. X'differenzi jgħaddu bejn din il-kategorija u kategoriji oħra fil-body building? Bħala kategoriji tan-nisa hemm ħafna. F'Malta għandna: Fitness Model fejn il-mudelli jkollhom fiżika ttownjata (toned). Dawn jippreżentaw ruħhom fuq il- palk b'malja u b'libsa eleganti. Bikini Fitness Model tirrekjedi ftit aktar muscle u Body Fitness u huwa għalhekk għall-atleti li għandhom iktar muskoli u jridu juru aktar leanes on stage. Riċenti ġiet introdotta wkoll il- kategorijaWellness fejn l-atletli jkollhom lower body immuskulat ħafna però xorta bi proporzjoni mal- upper body. Miriam Saliba hi l-atleta tal-kategorija Body Wellness li ħa tirrappreżenta lil Malta fi Spanja. Insibu wkoll il-kategorija Women's Physique fejn tikkompeti Blanche Coppola. Din hi l-iktar kategorija femminili mmuskolata. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem f 'din il-kategorija kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji u kompetizzjonijiet oħra tal-body building? Iva, taħriġ differenti! Kull kowċ għandu t-twemmin tiegħu u għalhekk it-taħriġ u d-dieta tvarjaw mhux biss skont il-kategorija imma wkoll skont min imexxik. Però biex wieħed jitla' on stage bilfors li jrid ikun tħarreġ sew u żamm id-dieta! M'hemmx shortcuts. Għalhekk, nemmen li dan l-isport jirrikjedi dedikazzjoni kbira li toħloq fik persuna aktar soda u dixxiplinata. Ninsabu viċin ħafna biex dan l-isport jiġi wieħed olimpiku. Illum il-ġurnata, l-IFBB hija rikonoxxuta fil-kontinenti kollha minbarra fl-Ewropa. Body builders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-body building madwar id-dinja? L-MFBBF qed tkun rappreżentata internazzjonalment f 'madwar 10-15 kompetizzjonijiet fis-sena. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Id-dieta tiegħi tvarja skont dak li nkun qed naħdem għalih. Matul is-sena nżomm dieta bilanċjata u nipprova kemm jista' jkun niekol ikel naturali u mhux proċessat. Id-dieta u l-preparazzjoni tal-ikel tirrikjedi ħafna ħin u wieħed importanti li jimxi mad-dieta li jagħtih in- nutritional advisor għax kull ġisem jirrispondi differenti. X'sagrifiċċji u 'commitments' partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Ħin! Però, dan ma nqisux bħala sagrifiċċju għax ħadd mhu qed jobbligani nidħol għall- kompetizzjoni! Hija għażla tiegħi. Trid tiddedika ħafna ħin għal dan l-isport: ħin għat-taħriġ, preparazzjoni tal-ikel, ħin biex tipprattika l-posing (hemm regoli fuq il-pożi). Ħafna ħin jintuża hekk u għalhekk il-ħruġ jonqos. Mhux l-ewwel darba li kelli naqbeż ħruġ ma' sħabi għax inkun għadni ma mortx il-gym jew għax inkun għadni rrid insajjar. Wieħed importanti li jqassam il-ħin sew li mhix xi ħaġa impossibli. Waqt il-preparamenti għall-ewwel kompetizzjoni tiegħi f 'April kont qiegħda fl-aħħar sena tal- istudji tiegħi fl-Università ta' Malta. Ridt inlaħħaq mat-teżi, mat- taħriġ prattiku bħala għalliema, eżamijiet tal-Università, assignments, gym, kif ukoll l-ikel. Niftakarni wkoll li sifirt waqt il-preparazzjoni tal- kompetizzjoni u ridt nipprepara l-ikel u nġorr l-ikel miegħi biex inżomm id- dieta. Ngħid grazzi lill-ġenituri tiegħi li għenuni ħafna. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal-body building importanti? Fiżikament bit-taħriġ u importanti l-mistrieħ. Importanti ħafna li lill- ġisem ittih il-mistrieħ li għandu bżonn. Mentalment, trid iżżomm soda u tħares 'il quddiem. Ftit snin qabel kont ġejt diagnosed b'suicidal depression u ħadt kura għad-dipressjoni. Kien hawnhekk li ddeċidejt li nieħu l-gym aktar bis- serjetà u nibda nikkompeti. Ridt nuri lili nnifsi li jien kapaċi nikkontrolla lili nnifsi u ma nħalli l-ebda ħsieb iħarbattli t-triq tiegħi. Inħossni ssudajt mentalment bis-saħħa ta' dan l-isport. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il- kompetizzjonijiet. Fuqhiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? L-impressjoni ġenerali hija tal-figura tal-persuna. Irid ikollok pakkett komplut: xagħar, make-up addattat, l-iżvilupp tal-ġisem u l-forma tal- ġisem, il-preżentazzjoni tal-physique proporzjontata u żviluppata. Il- kundizzjoni tal-ġilda wkoll tiġi ġġudikata. Wieħed mhux veru li jrid ikun totalment dehydrated bħalma staqsejtni għax il-gisem irid jibqa' jidher b'saħħtu. L-atleti jiġu wkoll iġġudikati fuq il-mod kif jippreżentaw lilhom infushom fuq il-palk - il- kunfidenza u l-elegenza. Dan hu l-kontra ta' kif jaħsbu ħafna nies, kif saqsejtni fil-bidu li l-mara titla' fuq il- palk bil-femminilità kollha tagħha. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Dan mhuwiex veru! Ovvjament jiddependi mill-kowċ ta' dak li jkun. Il-kowċ tiegħi, Sabrina Micallef ma temminix li wieħed għandu ma jikolx qabel jitla' fuq il-palk. Però, tkellimt ma' atleti li l-kowċ tagħhom qalilhom ma jieklu xejn għal ġurnata sħiħa. Nemmen li jekk wieħed ikun ippreparat sew, m'hemmx għalfejn ma jikolx! Għalhekk, din id-deċiżjoni li tidħol għall-kompetizzjoni mhix xi ħaġa mil-lum għal għada, però tirrikjedi preparazzjoni kontinwa u bidla drastika fid-dieta! Fl-aħħar ġimgħa, m'għandhiex issir; dak li jkun jekk ikun għadu mhux stage ready aħjar jieqaf u jkompli jaħdem għad- darba li jmiss. Il-media f 'pajjiżna tagħtikom biżżejjed pubbliċità? Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala body "Ftit snin qabel kont ġejt diagnosed b'suicidal depression u ħadt kura għad- dipressjoni. Kien hawnhekk li ddeċidejt li nieħu l-gym aktar bis-serjetà u nibda nikkompeti. Ridt nuri lili nnifsi stess li jien kapaċi nikkontrolla lili nnifsi u ma nħalli l-ebda ħsieb iħarbatli t-triq tiegħi. Inħossni ssudajt mentalment bis-saħħa ta' dan l-isport." 'Il-Bodybuilding tani Cristian Antony Muscat Mandy Saliba – body builder ewlenija f 'pajjiżna li tipparteċipa fil-kategorija tal- 'Bikini Fitness' u li l-body building taha ħajja ġdida u kontinwament jgħinha biex tkun persuna aħjar minn kull aspett. "Jien l-għażla tiegħi għamiltha u meta jiġuni d-dubji dejjem nirrifletti però din il- linja għoġbitni ħafna u lesta nżomm dieta bilanċjata matul is- sena kollha u mhux biss qabel xi kompetizzjoni. Nassigurakom li dak li tħoss fuq il-palk huwa xi ħaġa inspjegabbli - is-sens ta'sodisfazzjon li tkun irnexxielek iżżomm id-dieta u qiegħda fuq il-palk diġà jagħmlek rebbieħ!"