Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 4 55 47 72 62 63 67 80 Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa Lantern Pharmacy, 46, Misraħ il- Kebbies, Santa Venera Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech (previously "St Helen Pharmacy"), Birkirkara St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan Victor's Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz- Zakak, Mosta El Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (previously "Agius Pharmacy"), Paola Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu St. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar Green Cross Pharmacy, 31, Misraħ Gregorio Bonnici, Żejtun Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Baħrija Pharmacy, Triq Raddet ir- Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 4 li jdur mill-Majjistral u jiżdied għal forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7. Billejl isir mill-Punent Majjistru. BAĦAR: Qawwi li jsir moderat għal qawwi għal xi ħin L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 li jonqos għal forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 u iktar tard isir mill-Majjistral forza 4. BAĦAR : Qawwi li jsir moderat għal qawwi IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol fiċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: X'jismu ir-raġel ta' Innoċenza fil-ktieb ta' Charles Micallef St John? o Pawlu o Żeppi o Ġamri Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-18 ta' Awwissu f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 Innoċenza Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-10 ta' Novembru 'dan l-indirizz: Il-PD jsostni li spekulaturi qed jiżviluppaw art li jixtru bi ftit flus IL-PARTIT Demokratiku jinnota li spekulaturi qed jixtru biċċiet tal-art agrikola bi prezzijiet verament baxxi u jbiddluhom f 'postijiet kummerċjali rurali, li minnhom jagħmlu profitti kbar. Il-Partit Demokratiku qed isostni li l-Gvern għandu jissalvagwardja ż-żoni rurali u art li tinsab 'il barra mill-iżvilupp. Fi stqarrija, il-PD qed isostni li ġaladarba applikazzjoni għal pompa tal-petrol tiġi approvata u art rurali tispiċċa biex tinqala', ma hemmx struttura ta' infurzar li tiżgura li l-proġett jintemm. Il-Partit Demokratiku jagħmel ukoll referenza għall-istqarrija li saret mill- Gvern li kull mezz tat-trasport f 'Malta għandu jkun jaħdem bl-elettriku sas-sena 2040. Isir appell lill-Gvern li jindirizza xenarju fejn ma jkunx hemm aktar lok li dawn l-inħawi jibqgħu kummerċjalment vijabbli u kif għalhekk dawn għandhom jerġa' jinġiebu fl-istat oriġinali li kienu fih qabel l-iżvilupp. Il-Partit Demokratiku qal li f 'Malta hawn 77 pompa tal-petrol, li minnhom tmienja jinsabu f 'Għawdex. L-Awtorità tal-Ippjanar fil-preżent qed tiskrutinja erba' applikazzjonijiet oħra li kienu ġew sottomessi qabel l-2015. Il-PD jinnota li applikazzjoni għal pompa tal-petrol f 'Burmarrad ġiet approvata f 'inqas minn 500 metru distanza minn pompa oħra skont kif stipolat fil-Fuel Service Station Policy tal- 2015. Din il-policy tapplika għall-iskrutinju ta' pompi tal-petrol jew ir-rilokazzjoni ta' pompi diġà eżistenti minn żoni urbani għal żoni oħra 'l barra mill-iżvilupp. Dan sakemm din iż-żona ma tkunx intiża għall-agrikoltura u tkun ingħatat preferenza fuq inħawi oħra bħal dawk industrijali. Il- Partit Demokratiku jinnota li sal-lum l-Awtorità tal-Ippjanar ma rċevitx applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol f 'dawn iż-żoni u jsostni li l-Awtorità mhix tippromovi li pompi tal-petrol f 'żoni urbani jiġu rilokati f 'inħawi li ma jkunux urbani għal raġunijiet ta' saħħa u sigurtà. Il-Partit Demokratiku għamel referenza għal żewġ applikazzjonijiet li jinsabu għall-iskrutinju quddiem l-Awtorità li jinsabu fil- Mosta, fil-bypass tal-Imġarr fil-konfini rurali tal-Imġarr stess. Hawnhekk il-Partit Demokratiku qed jisħaq li huwa evidenti li l-Fuel Station Policy jeħtieġ li tkun infurzata u li applikazzjonijiet jimxu ma' din il-policy u jekk hemm il-bżonn għandha tiġi riveduta wkoll. TĦABBRET il-mewt tal-eks deputat Laburista Anthony Zammit, li miet fl-età ta' 67 sena kawża tal-kanċer. Il-Prof. Zammit twieled fis-26 ta' Ġunju tal-1950. Huwa attenda l-Università ta' Malta fejn iggradwa fil-mediċina, settur li għalih se jibqa' jfakkar. Il-Prof. Zammit studja f 'pajjiżi barranin fosthom il-Ġermanja u għallem ukoll fl-Università ta' Dusseldorf u aktar tard fl-Università ta' Malta wkoll. Fl-1985 huwa kien konsulent kirurgu fl-isptar San Luqa u aktar tard fl-2008 u kien elett Deputat Parlamentari għall-Partit Laburista. Il-Prof. Zammit baqa' attiv fis-settur kirurġija sas-sena 2011. Huwa kien bniedem intiż ħafna wkoll f 'oqsma marbuta mal-kultura u l-arti. Imut il-Professur Anthony Zammit

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017