Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142
5 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet Minn fuq il-karta għar-realtà Amerikani minn intermedjarji Maltin. Għaldaqstant dawn huma biss spekulazzjonijiet f 'dan l-istadju u wieħed irid jistenna l-konklużjonijiet tal- investigazzjonijiet fuq il-qtil ta' Caruana Galizia. Dan iżda ma jnaqqasx mit-tħassib li numru ta' Maltin għandhom fuq kif leġiżlazzjoni li tagħmilha 'faċli' li jsir evażjoni jew li persuna taħrab u tabdika milli tħallas it-taxxa tal-pajjiż u minflok tħallas b'rati aktar vantaġġjuża f 'pajjiż ieħor. Il-qafas illi fuqu mibni s-settur tas-servizzi finanzjarji Malti. Fl-Ewropa id-diskussjoni fuq dawn qed twassal biex tiġi imbuttata 'l quddiem il-ħsieb li jkun hawn armonizzazzjoni tat-taxxa fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li kemm il-Gvern, l-Oppożizzjoni kif ukoll l-MEPs huma kontra. Il- bejgħ tal-ċittadinanza iżda hija prerogattiva tal-pajjiżi membri fl-Unjoni u kwistjoni interna tant li l-iskema tal-passaporti ta' Malta kienet ġiet sanzjonata mill-Kummissjoni Ewropea stess. Skemi oħra simili jinsabu fis-seħħ f 'pajjiżi oħra li bħalna huma membri tal-Unjoni Ewropea. Kritika għad-deċiżjoni li Malta ma tkunx parti minn uffiċċju Ewropew kontra l-frodi L-aħħar suġġett tad- diskussjoni fuq il-bżonn tal- kontroll biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt issa huwa t-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew tal- Prosekuzzjoni Pubblika (EPPO). Hawnhekk il-Gvern Malti għażel li ma jipparteċipax f 'dan l-uffiċċju u għalhekk Malta se tkun fost it-8 pajjiżi li sal- lum għadhom barra minn dan il- proġett. L-ewwel ħsieb li jitwaqqaf uffiċċju bħal dan deher fit- trattat ta' Liżbona fl-2007 iżda qatt ma ġie impli-mentat tant li Transparency International issa ilhom jappellaw għat-twaqqif ta' uffiċċju ta' dan ix-xorta biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-koruzzjoni. L-EPPO se jkun qed jgħin lill-Unjoni Ewropea kontra l-korruzzjoni mhux biss bi prosekuzzjoni imma wkoll bħala deterrent. Il- parteċipazzjoni ta' Malta saret referenza għaliha fil-Parlament ukoll u intqal li jekk irid ikun hawn tisħiħ tas-saltna tad- dritt Malta trid tkun membru tal-EPPO. Ta' min jinnota li dan l-uffiċċju mhux se jkollu l-irwol li jsaħħaħ il-libertá tal-kelma iżda biss fuq każijiet ta' frodi li jista' jkun sar fuq il- baġit tal-Unjoni Ewropea. Il-poplu qed iħares lejn l-Unjoni Ewropea biex tintervjeni Hekk kif is-saltna tad-dritt huwa prinċipju fundamentali għall-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea u valur tal-popli Ewropej, ir-rispett lejn il-liġi u l-protezzjoni tal-espressjoni tal-kelma u d-drittijiet fundamentali huma inklużi fit-trattati Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea stess għandha d-dmir li tara li s-saltna tad-dritt qed tiffunzjona fil-pajjiżi membri tal-Unjoni. Kien hemm każijiet fejn intervjeniet bħal fil-każ tal-Ungerija. Fl-2014, il-Kummissjoni adottat ukoll qafas li jindirizza attakki sistematiċi fuq is-saltna tad-dritt fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Is- saltna tad-dritt f 'Malta diġá tpoġġiet għall-attenzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej mhux biss mill-Maltin li ħarġu jipprotestaw u li qed jistennew li l-Ewropa tieħu azzjoni, imma wkoll mill-MEPs li tkellmu fil-Parlament Ewropew u li dan wassal biex fl-14 ta' Novembru li ġej se ssir diskussjoni fuq is-sitwazzjoni tas-saltna tad- dritt u l-ħasil tal-flus f 'Malta. Saru wkoll mistoqsijiet mill- ġurnalisti lill-Kummissjoni waqt il-konferenza tal- aħbarijiet ta' nofsinhar l-għada tal-qtil ta' Caruana Galizia. Il-Kummissjoni iżda kienet qalet li għadu kmieni wisq biex tispekula u qed tistenna li l-każ jissolva malajr kemm jista' jkun. Il-Gvern jista' jkun prijunier billi jagħti aktar vuċi lejn dak li jridu n-nies Fil-kuntest tas-saltna tad-dritt, il- maġġoranza tal-Maltin għad għandhom fiduċja fil-Gvern, tant li mill-aħħar ewrobarometru jirriżulta li jemmnu aktar lill-Gvern milli jemmnu lill-midja. Fl-aħħar elezzjoni reġa' kien il-Partit Laburista li rebaħ l-elezzjoni ġenerali meta kien hawn xenarju diffiċċli ta' allegazzjonijiet kbar ta' korruzzjoni. Minkejja dan xorta tibqa' l-għajta tas-soċjetà ċivili, mbuttata wkoll minn proposti mressqin mill-Partit Nazzjonalista, favur l-għażla ta' numru ta' karigi permezz taż-żewġ terzi tal-Kamra. Ir- reazzjoni għal din il-proposta, mqajma mill-ġdid wara l-qtil ta' Caruana Galizia ġabet żewġ reazzjonijiet. L-ewwel, r-reazzjoni li għandha l-għeruq tagħha f 'sistema politika polarizzata, imma wkoll fil- prassi komuni f 'pajjiżi oħrajn fejn huwa l-Gvern li jagħżel lill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan naturalment irid ikun meqjus fid-dawl tal-klima politika f 'pajjiżna fejn, kif qal id-Dekan il-Liġi tal-Univerità ta' Malta f 'intervista ma' The Sunday Times tal-Ħadd li għadda, 'the winner takes it all'. Għadu meqjus dritt divin tal-Gvern li jkun hu li jagħżel il-Kummissarju, l-Avukat Ġenerali u aktar, kif wara kollox dejjem ġara. Hawnhekk allura għandek ir- riluttanza li l-affarijiet jinbidlu minn kif dejjem saru s'issa. It-tieni reazzjoni hija iktar favorevoli lejn din il-proposta hekk kif minħabba l-istess klima politika ħafna jaraw illi l-appoġġ wiesa' li jkollu l-Kummissarju tal-Pulizija, jiprekludih minn ħafna kritika li jkollha biss l-interessi politiċi partiġġjani bħala l-bażi tagħha. Dawn jorbtu ħafna mill- konklużjoni tagħhom fuq diversi punti fosthom, il- ħames bid-liet fit-tmexxija tal-Korp, it-tliet bidliet fil-ministeru responsabbli mill-Korp, il-fatt li l-Pulizija ma proċeditx fuq rapporti tal-FIAU, id- dewmien biex ipproċediet fuq l-allegazzjonijiet serji li jirrigwardaw il-kumpanija Egrant u in-nuqqas ta' informazzjoni minn naħa tal- Pulizija fis-siegħat wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jibqa' l-fatt iżda li sakemm hawn ammont konsiderevoli ta' Maltin li huma mħasbin bis-sitwazzjoni, din hija kwistjoni li l-Gvern irid jindirizza, li ma jistax jinjora u dan speċjalment meta aħna rriduha ta' pajjiż demokratiku u modern. Bħalma għandna am-bizzjoni li nkunu prijunieri f 'ħafna setturi bħalma huma d-drittijiet ċivili, ma jagħmilx sens li ma nkunux ukoll minn ta' quddiem fit-tħaddim ta' aktar demokrazija billi karigi sensittivi jibdew jiġu appuntati bl-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. B'dan il-mod l-appuntar ta' persuni pubbliċi ma jkunu biss bis- saħħa tal-voti tal-maġġoranza li jkun akkwista l-Gvern, imma jkollhom warajhom tliet kwarti tal-popolazzjoni. Il-Gvern ikun deher li ċeda quddiem il-pressjoni ta' min qed jipportesta minn naħa. Ikun deher ukoll li qed jerħi wisq min taħt idejh. Ikun ukoll iżda kisser iċ-ċiklu politiku fejn il-partiti jappuntaw f 'pożizzjonijiet sensittivi persuni li jintagħżlu aktar fuq il-preferenzi politiċi jew inkella kemm jistgħu jkunu fdati mill- Gvern, milli neċessarjament fuq bażi ta' meritokrazija. Dan ikun qed jikkonsolida t-tħaddim tad-demokrazija, is- separazzjoni tal-poteri u l-vuċi tal-poplu. Tkun demokrazija li twassal għal aktar demokrazija. Pos-sibbilment ikun xenarju fejn il-Maltin ma jaraw li hemm mezzi u istituzzjonijiet tal-karta imma li jistgħu jiffunzjonaw mingħajr xkiel u mingħajr ma jiġu ppuntati swaba'.