Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat IL-BODYBUILDER ewlenija Maltija Sera Baldacchino riċentament għamlet qabża fil-livell meta minn bikini model telgħet għal sport fitness model. Ftit tal-ġimgħat ilu, hija kkompetiet f 'kompetizzjoni organizzata min-NABBA. Dan il-ġurnal tkellem ma' Sera Baldacchino nnifisha fejn tatna dawn il-kummenti: "Ħassejtni tajjeb li kkompetejt għat-tieni darba u kelli kuraġġ. Tlajt livell ieħor - minn bikini model għal sports fitness model. Għalkemm ma pplejsjajtx, ħassejtni kuntenta li rajt tibdil f 'ġismi u kelli kuraġġ u determinazzjoni kbira biex wasalt fejn wasalt. Tkun diġà rebbieħ li wasalt sal-ġurnata tal- kompetizzjoni fiżikament u mentalment tajba, u l-eċitament u l-kuntentizza li tħoss f 'dik il-ġurnata tal-carbing up u li tkun ma' sħabek back stage hija ħaġa li diffiċli tispjegaha. Nipprova nagħmel kuraġġ biex nidħol is-sena d-dieħla u nkun aħjar milli qiegħda llum. Nixtieq nirringrazzja lil Susan Borg għan-nutrizzjoni tagħha, lil Isabelle Zahra għat- taħriġ u s-sapport tagħha u lill-għarus tiegħi Matthew Grech li jifhimni fil- burdata u l-mood swings li jista' jkollok ikkawżat min-nuqqas ta' ikel u stress," temmet tgħid Sera Baldacchino. Minn Bikini Model titla' għal Sport Fitness Model L-GħĠS f 'laqgħat mal-Feder- azzjoni tat-Triathlon u mar- Rugby Football Union L-EŻEKUTTIV tal- Għaqda Ġurnalisti Sports kompla jiltaqa' ma' aktar assoċjazzjonijiet bil-għan li tisaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-media tal-isport u l-amministraturi tal-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi lokali. Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-Għaqda Ġurnalisti Sports kellha laqgħat uffiċjali mal- Federazzjoni Maltija tat- Triathlon kif ukoll mal-Malta Rugby Football Union. Il-Federazzjoni tat-Triathlon kienet rapreżentata mill- President Cyprian Dalli u mill- Viċi President Oswald Spiteri, filwaqt li l-uffiċjali tal-MRFU preżenti għal-laqgħa separata mal-GħĠS kienu l-president Steve Busuttil u George Zammit Montebello li hu l-uffiċjal tal- MRFU responsabbli mill-media. Dawn il-laqgħat qed isiru fuq inizjattiva tal-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef bħala parti mill-ħidma tiegħu bl- iskop li titjieb mhux biss il- kummunikazzjoni bejn iż-żewġ partijiet iżda sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet eżistenti ma' kemm jista' jkun numru wiesa' ta' amministraturi ta' dixxiplini sportivi. Il-bodybuilder ewlenija Maltija, Sera Baldacchino Malta rappreżentata fil- Kampjonat Annwali tal- Weightlifting fis-Serbja MATUL dan tmiem il-ġimgħa, jinsab għaddej il-kampjonat annwali tal-Weightlifting Vladan Mihajlovic Memorial fis-Serbja. It-tim li qed jirrappreżenta lil Malta fl- avveniment huwa magħmul minn tliet atleti u uffiċjal. Yazmin Zammit Stevens diġà bdiet t-taħriġ preparatorju tagħha għall-Logħob tal- Commonwealth li ser jsir f 'April tas-sena d-dieħla. Fil-fatt, dan il-kampjonat se jservi bħala test għall-istadji bikrin tal-preparazzjoni twila għal- logħob. Atleti oħra - Vlad Baldacchino u Michael Fava se jieħdu wkoll il-pjattaforma internazzjonali matul dan tmiem il-ġimgħa. Waqt li t-tnejn huma relattivament ġodda għax-xena internazzjonali tal-weightlifting, Baldacchino u Fava qed iwettqu xogħol iebes bit-tama li jagħtu l-aħjar prestazzjoni personali fil-kampjonat. Jesmond Caruana jinsab mat-tim fis-Serbja u qed jifforma parti mill-kampjonat bħala wieħed mill-ġurija tal- kompetizzjoni. Caruana huwa uffiċjal rinomat fid-dinja tal- weightlifting internazzjonali. Fil-fatt, hu mistenni li jagħti seminars tekniċi waqt li jkun fis-Serbja. Mix-Xellug għal-Lemin: Clinton Buhagiar, Cyprian Dalli, Oswald Spiteri u Sandro Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017