Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Jinżamm arrestat wara li kkaġuna feriti gravi lil kuntistabbli RAĠEL mill-Mali nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention meta ħebb għalih u żlugalu spalltu. Huwa kien mixli wkoll li rreżista l-arrest, ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu, kiser il-paċi pubblika u li tkellem baxx waqt l-arrest. Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu fi Triq Hompesch fil- Fgura meta l-akkużat beda jhedded lin-nies u l-Pulizija kellhom jużaw taser gun biex iwaqqfuh. Fl-awla tal-Qorti, ir-raġel ma weġibx għal ħafna mill-mistoqsijiet li sarulu. Saret talba biex il-Qorti tordna li jsiru eżamijiet mediċi psikjatriċi lir- raġel iżda l-prosekuzzjoni argumentat ukoll li l-akkużat kien diġà rrifjuta li jinvistah tabib. Il-Qorti laqgħet din it- talba tal-psikjatra, ordnat ukoll li jinżamm arrestat f 'Monte Karmeli hekk kif ma approvatx il-ħelsien mill-arrest. Albaniż ieħor jitressaq il-Qorti b'rabta mas-serqa f 'Tignè FIL-QORTI tressaq it- tieni raġel b'konnessjoni mas-serqa mill-ħanut tal-ġojjellerija Diamonds International f ' Tigne x-xahar li għadda. L-Ispetturi Carlos Cordina, Mark Mercieca u James Grech fetħu proċeduri kontra Artan Coku ta' 25 sena residenti Gwardamangia quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca. Huma akkużaw lil Coku b'serq aggravat. Il-kompliċi ta' Coku, Daniel Muka kien arrestat ftit wara s-serqa. Dan ta'l-aħħar kien akkużat b'attent ta' qtil, li rreżista l-arrest u li kellu l-kokaina. Kien għall-ħabta tal-10 ta' filgħodu tal-5 ta' Ottubru li għadda meta żewġ persuni ta' nazzjonalità barranija, daħlu armati u lebsin parokka fil-ħanut u ordnaw li jingħatalhom il- flus. Matul is-serqa, ħaddiem li kien fil-ħanut kien sofra ġrieħi ħfief f 'saqajh iżda għadu mhux ċar jekk dan kienx riżultat tal-isparatura. Is-serqa ġiet mfixxkla minn gwardjan tas-sigurtà li nzerta kien xogħol f 'Tigne Point, Taljan li sofra daqqiet f 'rasu. Iż-żewġ ħallelin ħarbu minn fuq il-post fuq 'quad bike' fid- direzzjoni lejn ix-xatt f 'Tas- Sliema hemmhekk huma biddlu l-vettura għal karozza bajda, li aktar tard instabet abbandunata fil-Gżira. Fażi ġdida ta' studji għall-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex BDIET fażi ġdida fl-istudji li qegħdin isiru bħala parti mill-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Il- kuntrattur, GEOTEC SPA, li rebaħ it-tender f 'Ġunju li għadda, beda jiġbor kampjuni investigattivi li qegħdin isiru f 'postijiet differenti fuq l-art u fil-baħar. Dawn l-istudji bdew fit-18 ta' Ottubru li għadda u jdumu għaddejjin għaxart ijiem f 'kull post magħżul. Fil-jiem li ġejjin mistenni jibda proċess ta' studju fuq il-baħar. Waqt dawn l-investigazzjonijiet, il- kuntrattur qiegħed iħaffer numru ta' 'boreholes' f 'Malta, f 'Għawdex u fil-fliegu bejn iż-żewġ gżejjer. Dan sar wara ħidma mal-ERA, biex ikun żgurat l-inqas impatt ambjentali. Bħala parti mill-istudji għall-proġett, Transport Malta qiegħda taħdem mal-Università ta' Malta, li flimkien ma' OGS Trieste diġà wettqet investigazzjonijiet siżmiċi matul ix-xhur li għaddew. Ir-riżultati u l-analiżi tal- investigazzjonijiet siżmiċi u ġeoloġiċi se jintużaw biex jiġi stabbilit mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni. L-istudji huma pass importanti fil-proċess biex jiggwidaw id-disinn tal-mina proposta bejn il-gżejjer. Il-Front Favur il- Mina sostna li dawn l-istudji indispensabbli huma l-fażi li jmiss li permezz tagħhom jistgħu jittieħdu bis-serjetà deċiżjonijiet fuq il-progett tal-mina. Filwaqt li l-Front huwa konxju li dawn l-istudji u l-proġett innifsu jieħdu ż-żmien, jenfasizza l-importanza u l-ħtieġa ta' miżuri oħra fil-qrib li jibdew fl-immedjat, fosthom servizz veloċi bil-baħar bejn Malta u Għawdex. L-10 anniversarju tal-Valletta Boat Show ĠIET inawgurata l-għaxar edizzjoni tal-Valletta Boat Show, avveniment li għalih jipparteċipaw esebituri ta' dgħajjes ewlenin lokali u internazzjonali. Il-wirja ta' din is-sena, li qiegħda tittella' fil-Marina di Valletta, għandha 35 esebitur, bl-ikbar dgħajsa għandha tul ta' 25 metru. Il-maġġoranza ta' dawn il-jottijiet, speċjalment dawk sa 15-il metru, għandhom propjetarji Maltin. Matul l-aħħar erba' snin, il- bandiera Maltija rreġistrat żieda ta' aktar minn 45% fir-reġistrazzjoni ta' jottijiet minn total ta' 2,931 fl-2013 għal 4,278 fl-2017. Fl-2017 biss, kien hemm żieda ta' 15% fir-reġistrazzjoni tas-'superyachts', settur li qiegħed jiffjorixxi fl- industrija marittima ta' Malta. Dan, flimkien mat-tkabbir sostanzjali fir-reġistrazzjoni tal-bastimenti merkantili. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017