Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet Daqsekk luminati fl-iskejjel kollha mis-sena d-dieħla • L-obeżità fost it-tfal saret l-akbar sfida f'Malta u madwar l-Ewropa • Qed tammonta għal piż ta' €36 miljun fuq is-settur tas-saħħa MADWAR l-Ewropa tinsab għaddejja ħidma sabiex matul l-2018, jieqaf kemm jista' jkun għal kollox il-bejgħ tax-xorb li fih iz-zokkor bħalma huma s-'soft drinks' mill-iskejjel sekondarji fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Din l-inizjattiva qed issir bħala parti minn ħidma biex jonqos il-konsum taz-zokkor fost it-tfal li jattendu l-iskola, hekk kif l-istatistika qiegħda turi li qed jiżdiedu t-tfal li għandhom l-obeżità u kif din hija l-isfida ewlenija għall-Ewropa fil-qasam tas-saħħa. Kienu rappreżentanti tal-industrija tas-'soft drinks' li ħabbru li mhux se jibqgħu jiġu of-fruti għall- bejgħ dawn ix-xarbiet fl-iskejjel sekondarji. Din hija deċiżjoni li b'kollox se tkun qed taffettwa 50,000 skola sekondarja u mal- 40 miljun tifel u tifla li jmorru l-iskola. Il-magni bir-reklamar li jbigħu 'soft drinks' issa ilhom li nqatgħu mill-iskejjel madwar l-Ewropa sa mill- 2006 u b'hekk il-bejgħ tax- xorb li għandu z-zokkor fl-iskejjel naqas għal 39% fl-2015. Il-mira hi li l-aċċess għal dan it-tip ta' xorb fl-iskejjel jispiċċa għal kollox kemm jista' jkun sal- aħħar tas-sena d-dieħla. L-obeżità filwaqt li tillimita l-mobbilità tal-persuna hija wkoll il-kaġun ta' mard serju u hija relatata direttament ma' 11-il tip ta' kanċer differenti. Kwart tat-tfal f 'Malta li jmorru l-iskola jaqgħu fil-kategorija tal-obeżità u dan hekk kif 4 minn kull 10 tifel u tifla huma obeżi jew ħoxnin ħafna. L-aktar huma dawk l-istudenti li jmorru skejjel tal-Istat, warajhom dawk tal-Knisja. Dan joħroġ minn studju li ħareġ f 'Awwissu li għadda li jikkonferma r-riżultat ta' bosta studji oħra li saru fil-passat, li hawn ammont konsiderevoli ta' tfal Maltin li jattendu l-iskola li huma obeżi. Ta' tħassib minn dan l-istudju, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, huwa li hawn aktar tfal li huma obeżi minn dawk tit- tfal li huma sempliċement b'piż żejjed. Dan l-istudju sar fost aktar minn 46,000 tifel u tifla minn 145 skola differenti f 'Malta u l-età tagħhom tvarja minn 4 sa' 17-il sena. Mill- konklużjonijiet jirriżulta li fl-iskejjel sekon-darji kien hemm aktar każijiet ta' obeżità milli fl-iskejjel primarji. L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) qed issostni li l-obeżità fost it- tfal u l-adolexxenti żdiedet b'għaxar darbiet aktar fuq medda ta' dawn l-aħħar 40 sena, biex minn 11-il miljun issa huma aktar minn 120 miljun dawk li għandhom l-obeżità. Matul is-sena li għaddiet, madwar id-dinja kien hawn 8% tas-subien u 6% tal-bniet li kienu obeżi u dan meta fl-1975 dawn kienu jammontaw għal 1%. Kien hawn ukoll 213-il miljun tifel u tifla li l-età tagħhom tvarja minn 5 sa 19-il sena li kienu mal-linja tal-obeżità. Fenomenu li qed iħasseb ferm is-settur tas-saħħa fl-Ewropa. Sfortunatament, f 'Malta hawn l-ogħla rata tal- obeżità fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Rapport tal-Eurostat, li kien ippubblikat matul dawn l-aħħar xhur juri kif kwart il-popolazzjoni Maltija hija obeża. Dan hekk kif il-Maltin ifittxu ta' kuljum ikel xaħmi, biz-zokkor, kejkijiet kif ukoll xorb li fih għandu ammont sostanzjali ta' zokkor, li jispiċċa biex iżid konsiderevolment il-kaloriji fid-dieta li nikkunsmaw. Studji li saru maż-żmien, jindikaw li hemm relazzjoni diretta bejn il-livell tal-għajxien u l-obeżità, hekk kif hemm aktar persuni li huma obeżi fost persuni fil-faqar jew dawk li jinsabu mal-linja tal-faqar. Matul l-ewwel sitt xhut ta' din is-sena meta Malta kellha l-Presidenza tal- Kunsill tal-Ewropa, saret ħidma li tiżgura li għandha twassal għal linji gwida fuq l-ikel u l-kwalità tal- ikel imqassam u mibjugħ fl-iskejjel tagħna madwar l-Ewropa. 80% tal-piż li jintefa' fuq is-sistema tas-saħħa fl-Ewropa qed tasal minn problemi fiżiċi u mard ieħor li jista' jiġi evitat. Hawnhekk għalhekk tilgħab irwol importanti ħafna l-edukazzjoni, għaliex l-obeżità qed tiġi tiswa lill-ekonomija ta' Malta mas-€36 miljun fis- sena jew 0.4% tal-prodott gross domestiku. L-obeżità hija l-ikbar sfida li qed taffaċċja Malta kif ukoll hija l-isfida tal-futur li se jkollha l-Ewropa u din tista' tingħeleb jekk tiġi indirizzata sa mill-iskejjel. Aktar kmieni din is-sena, tmien pajjiżi mir-Reġjun Ewropew tad-WHO ltaqgħu f 'Malta fejn iffirmaw dikjarazzjoni bil-għan li jegħlbu l-isfida tal-obeżità fost it-tfal. Dan fil-kuntest ukoll tal-Pjan Ewropew fuq l-Ikel u n-Nutrizzjoni 2015-2020, l-Istrateġija tad-WHO 2016-2025 u l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew dwar l-obeżità fuq it-tfal. Kwart it-tfal tal-iskola huma obeżi jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Kwart tat-tfal f 'Malta li jmorru l-iskola jaqgħu fil-kategorija tal-obeżità u dan hekk kif 4 minn kull 10 tifel u tifla huma obeżi jew ħoxnin ħafna. L-aktar huma dawk l-istudenti li jmorru skejjel tal-Istat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017