Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet 'AGĦLAQ ħalqek', 'int ma tiswa għalxejn...', 'kerha', 'mur inħeba', 'sħabek aħjar minnek', 'injuranta'. Dawn huma kliem biss. Imma l-kelma taf tkisser daqs il- ponn. Din is-sena, mill-1 ta' Jannar sal-25 ta' Ottubru saru ftit inqas minn 500 rapport ta' vjolenza domestika psikoloġika lill- Pulizija. Dan huwa t-tip ta' abbuż li jipprova jċekken u jżeblah lill-persuna sakemm l-aggressur ikollu l-kontroll assolut fuq il-vittma. Dan jibqa', għal darb'oħra l-aktar tip ta' abbuż komuni u rrapportat, għalkemm sfortunatament jibqa' wkoll fost l-aktar tip ta' abbuż li huwa aċċettat, mhux biss mis-soċjetà imma wkoll, xi minn daqqiet mill-vittmi nfushom. Mill-bidu tas-sena kien hemm xejn inqas minn 463 rapport ta' abbuż permezz ta' swat u kull tip ta' aggressjoni fiżika li jagħmel l-attakk fiżiku t-tieni tip ta' vjolenza l-aktar preferuta fost l-aggressuri. Hawnhekk jidher li teżisti xejra 'l isfel, bl-2016 tilħaq l-ogħla numru ta' rapporti ta' dan it-tip b'579. Inqas komuni, però xokkanti xorta, huma tipi ta' vjolenza domestika li jinkludu armi bħal arma tan-nar, pereżempju. Din is-sena biss kienu rrapurtati ħames każi ta' vjolenza domestika illi fiha saħansitra intużaw armi u li ħallew lill-vittma f 'qagħda gravi u disa' oħrajn illi fihom sar attakk li ħalla lill-vittmi b'feriti ħfief. Meta ma jkunx hemm arma propja, l-aggressur juża affarijiet oħrajn bħal skieken, frieket jew oġġetti kwalunkwe bħala arma. Minn Jannar li għadda sal-ġimgħa l-oħra kienu irrapurtati erba' każi ta' attakki b'oġġetti li ħallew lill-vittma f 'qagħda gravi u 27 każ ieħor li ħalla lill- vittmi b'feriti ħfief. Dan ifisser illi s'issa din is-sena kienu rrappurtati 45 każ ta' vjolenza bl-użu tal-armi jew oġġetti li jintużaw biex iweġġgħu. B'kollox din is-sena biss, sal-ġimgħa l-oħra, kienu rrapurtati 1,048 każ ta' vjolenza domestika. Mill-1 ta' Jannar 2013 sal-ġimgħa l-oħra kienu rrapurtati xejn inqas minn 5,517-il każ ta' din it-tip ta' vjolenza. Kien il-Ministru għall- Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia li aktar kmieni ta din l-informazzjoni għall- Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Glenn Bedingfield. Din il-ġimgħa l-vjolenza domestika reġgħet kienet is- suġġett ta' ħafna diskussjoni hekk kif kien żvelat każ ikrah ta' raġel mill-gżejjer ta' Seychelles, li daħħal ras martu fil-baħar u ħallieha f 'mina mudlama, mitlufa minn sensiha u kważi mejta. Il-każ iddomina il-faċċati tal-gazzetti nhar l-Erbgħa filgħodu, mhux biss minħabba l-att innifsu imma wkoll minħabba li bint il-vittma qalet illi ommha għamlet bosta rapporti lill- Pulizija dwar theddid fuq ħajjitha mir-raġel tagħha stess. Hija żvelat kif l-aħħar żewġ rapporti li għamlet ommha kienu xahar u nofs ilu u ieħor saħasnitra l-ġimgħa l-oħra. Ir-raġel żamm lill-mara ostaġġ f 'darha stess qabel imbagħad kienet irrapurtata nieqsa. II-Pulizija bdew tfittxijiet li kienu ta' suċċess biss wara argument jaħraq sew quddiem id-dar tal- vittma, fejn l-aggressur Roddy Williams kien kostrett jammetti li kien qed iżomm lil martu f 'kamra taħt l-art. Williams kien imressaq il-Qorti fuq diversi akkużi, fosthom ukoll li stupraha fl-istess post fejn żammha ostaġġ. 'Int agħlaq ħalqek għax ma tiswa għal xejn...' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham • Kważi 500 każ ta' abbuż psikoloġiku minn Jannar sal-ġimgħa l-oħra... • 5,517-il każ ta' vjolenza domestika fl- għases mill-2013 sal-lum IL-KODIĊI Kriminali tgħid illi l-vjolenza domestika hija dik it-tip ta' vjolenza li ssir fuq persuna li qed tgħix taħt l-istess saqaf mal-agressur għal mill-anqas sena Dan ifisser li dan l-att, imur lil hinn minn vjolenza esklussivament fuq it-tfal jew fuq is-sieħeb/sieħba, raġel/mara. Anke jekk persuna titlaq mir-residenza u l-attakk isir wara u dejjem jekk tkun fil-perjodu ta' sena illi fih il-persuna tkun tgħix mal-agressur, ikun meqjus bħala att ta' vjolenza domestika. Il-Liġi hija ċara wkoll f 'dak li jirrigwarda t-tifsira ta' x'inhi vjolenza domestika. 'L-Att dwar il-Vjolenza Domestika tiddefinixxi l-vjolenza domestika bħala kull att ta' vjolenza, pperpetwata minn membru ta' residenza fuq membru ieħor ta' residenza, anke jekk l-abbuż ikun biss verbali. Jinkludi wkoll kull ommissjoni ta' vjolenza fiżika u morali li jista' jikkawża ħsara lill-persuna oħra. X'tgħid il-Liġi dwar il- vjolenza domestika? • Fl-Ewropa persuna minn tlieta tesperjenza vjolenza fiżika u sesswali • 15% tan-nisa Maltin esperjenzaw vjolenza fiżika u / jew sesswali • Skont studju fl-2011, 26.5% tan-nisa Maltin esperjenzaw xi forma ta' abbuż • L-akbar żieda kienet f'rapporti dwar abbuż psikoloġiku • Sal-2011, 54% ta' dawk li kienu abbużati ma rrappurtawx l-abbuż • Fl-aħħar 10 snin Malta esperjenzat 10 każi ta' femiċidju • Ħafna drabi hija l-vittma li jkollha titlaq mid-dar u tfittex post ieħor. Dan ifisser li l-vittma ħafna drabi qed tkun vittimizzata iktar Fatti inkwetanti... Mill-bidu tas-sena kien hemm xejn inqas minn 463 rapport ta' abbuż permezz ta' swat u kull tip ta' aggressjoni fiżika Minn Jannar li għadda sal-ġimgħa l-oħra kienu irrapurtati erba' każi ta' attakki b'oġġetti li ħallew lill- vittma f 'qagħda gravi u 27 każ ieħor li ħalla lill-vittmi b'feriti ħfief

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017